CODE | MAL5010 | |||||||||
TITLE | Retorika u Ingann | |||||||||
UM LEVEL | 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course | |||||||||
MQF LEVEL | 7 | |||||||||
ECTS CREDITS | 5 | |||||||||
DEPARTMENT | Maltese | |||||||||
DESCRIPTION | Fi żmien meta bħala konsumaturi tal-kelma aħna esposti aktar minn qabel għal għadd bla qies ta’ diskorsi u narrattivi ta’ kull tip, din it-taqsima tistħarreÄ¡ l-istrateÄ¡iji retoriÄ‹i, bl-għeruq tagħhom fil-qedem, li jintużaw biex jikkonvinÄ‹una li dak li qed jgħidulna huwa veru. Waqt li minn dejjem kellha l-fama ta’ arti li biha tista’ tqarraq bin-nies, ir-retorika hija qabelxejn l-arti tal-persważjoni, il-ħila li tuża l-kliem bl-aktar mod effettiv skont iÄ‹-Ä‹irkustanzi biex iġġib lill-udjenza tiegħek miegħek. Fiha nfisha l-arti tar-retorika fit-tiswir ta’ diskors pubbliku mhix forma ta’ letteratura, imma tinqeda b’ħafna għodod letterarji, mill-anafora, l-epifora u l-metafora, sal-alliterazzjoni, ir-rima u t-tripletta retorika. Għalhekk anki l-att ta’ kitba ta’ diskors pubbliku jinqeda bi strateÄ¡iji u għodod li ssibhom ukoll fil-letteratura. Din it-taqsima tiddiskuti l-analiżi ta’ diskorsi pubbliÄ‹i ta’ xeħtiet differenti u toffri l-possibilità li l-istudenti jiktbu diskors huma wkoll. Id-diskors pubbliku jista’ jieħu l-forma, ngħidu aħna, ta’ diskors politiku, intervent waqt dimostrazzjoni, prietka, eloÄ¡ju waqt funeral, tifħira lil xi ħadd, kommemorazzjoni ta’ Ä¡rajja, diskors li jippromwovi kampanja, servizz jew prodott, u taħdita ta’ motivazzjoni. Kemm fl-analiżi kif ukoll fit-tiswir ta’ diskors, l-għodda prinÄ‹ipali tibqa’ t-tradizzjoni tar-retorika klassika. Għanijiet tal-Kors: L-għanijiet ta’ din it-taqsima-studju huma dawn: - Li jingħata għarfien profond tal-prinÄ‹ipji u l-istudji klassiÄ‹i tar-retorika u l-iżviluppi ewlenin li seħħu f'din l-arti qadima li tibqa' dejjem attwali; - Li jinkiseb għarfien tal-istudji aktar riÄ‹enti tar-retorika; - Li l-istrateÄ¡iji tar-retorika klassika l-istudenti jarawhom fid-diskors pubbliku tas-seklu wieħed u għoxrin; - Li l-għarfien tal-prinÄ‹ipji tar-retorika jservi ta' spunt biex l-istudenti jirriflettu fuq kif ix-xejriet individwali, fosthom ideoloÄ¡iÄ‹i u estetiÄ‹i, tal-kelliema u l-kittieba tal-letteratura u x-xejriet taż-żmien isawru l-lingwaġġ retoriku Malti. Kisbiet mit-°Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾: 1. °Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaÄ‹i: - Ipoġġu l-prinÄ‹ipji ewlenin tar-retorika klassika fil-kuntest storiku tagħhom; - Jiddefinixxu u japplikaw dawn il-prinÄ‹ipji fundamentali għal-letteratura Maltija u għad-diskors pubbliku Malti; - Juru n-natura kumplessa tar-retorika fil-kitba letterarja u fid-diskors pubbliku b'elementi letterarji; - Juru li l-karatteristiÄ‹i tar-retorika jistrieħu ħafna fuq l-ideat li jkollhom u l-funzjonijiet li jagħtuha l-kittieba u l-kelliema li jużawha. 2. Ħ¾±±ô¾±±ð³Ù: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaÄ‹i: - Jinterpretaw xogħol letterarju b’mod aktar miftuħ u dinamiku; - Iħaddmu applikazzjonijiet Ä¡odda ta’ strateÄ¡iji retoriÄ‹i klassiÄ‹i anki biex huma stess ifasslu diskorsi pubbliÄ‹i; - Jirriflettu fuq kif testi pubbliÄ‹i differenti jista' jkollhom rilevanza u funzjonijiet differenti għal udjenzi f'kuntesti differenti; - Japplikaw b’mod produttiv l-għarfien tagħhom tal-prinÄ‹ipji tar-retorika biex jinterpretaw id-diskors li jisimgħu u jaqraw. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Aristotle, The Art of Rhetoric. Collins Classics, 2012. - Flintoff, John-Paul. A Modest Book About How to Make an Adequate Speech. Short Books, 2021. - Leith, Sam. Words Like Loaded Pistols: Rhetoric from Aristotle to Obama. Basic Books, 2012. - Martin, James. Politics and Rhetoric: A critical introduction. Routledge, 2014. Testi Sekondarji: - Goodfellow, Maya. Hostile Environment: How Immigrants Became Scapegoats. Verso, 2019. - Philosophie Magazine. L'art de bien parler. Le livre de poche, 2021. - Rabin-Havt, Ari and Media Matters for America. Lies, Incorporated. The World of Post-Truth Politics. Anchor, 2016. - Sim, Stuart. Post-Truth, Scepticism & Power. Palgrave Macmillan, 2019. - Toye, Richard. Rhetoric: A Very Short Introduction. Oxford UP, 2013. - Clément Viktorovitch. Le pouvoir rhétorique. Le Seuil, 2021. Waqt din it-taqsima-studju se jintużaw ukoll testi letterarji bħal Kulħadd Ħalla Isem Warajh (Merlin Publishers, 2014) ta' Clare Azzopardi, u Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri (Bugelli, 1986) ta’ Oliver Friggieri. |
|||||||||
ADDITIONAL NOTES | Pre-requisite Qualifications: µþ²¹Ä‹±ð±ô±ô±ð°ù²¹³Ù | |||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture and Placement | |||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
|||||||||
LECTURER/S | ||||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |