CODE | MAL5012 | ||||||
TITLE | L-Ermenewtika Letterarja: Teorija u Prattika | ||||||
UM LEVEL | 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course | ||||||
MQF LEVEL | 7 | ||||||
ECTS CREDITS | 5 | ||||||
DEPARTMENT | Maltese | ||||||
DESCRIPTION | Din it-taqsima-studju tistabbilixxi, qabelxejn, għarfien tal-istorja tal-ermenewtika, mill-etimoloÄ¡ija Griega tal-kelma sal-eseÄ¡eżi ta’ skritturi mqaddsa li jappartjenu għal reliÄ¡jonijiet differenti, imbagħad sal-iżviluppi ħafna aktar reÄ‹enti tagħha f’teoristi prominenti bħal Hans Georg Gadamer u Paul Ricoeur. Dawk l-iżviluppi storiÄ‹i tal-ermenewtika li ħolqu rotta differenti fl-iżvolÄ¡iment prattiku u teoretiku tagħha, bħad-De Doctrina Christiana ta’ Santu Wistin, se jiÄ¡u msarrfin fil-preÄ‹etti u l-perspettivi fundamentali tagħhom, u ppreżentati f’ordni kronoloÄ¡ika. B’hekk it-taqsima-studju tippreżenta l-istudju tal-interpretazzjoni bħala interess akkademiku fi żvilupp kontinwu. Fil-parti storika tat-taqsima-studju se tingħata attenzjoni partikulari lill-ermenewtika biblika tal-perjodu medjevali, bl-erba’ livelli ta’ tifsir tagħha (mis-sens litterali sal-livelli allegoriÄ‹i tal-interpretazzjoni), minħabba l-influwenza fundamentali li din is-sistema ermenewtika kellha fuq diversi perjodi ta’ eseÄ¡eżi li Ä¡ew wara. It-taqsima-studju se tiffoka wkoll fuq ir-rwol kruÄ‹jali ta’ Friedrich Schleiermacher fit-tnissil tal-ermenewtika moderna. Wara dawn il-perjodi storiÄ‹i, it-taqsima-studju tiffoka fuq prinÄ‹ipji ewlenin tal-ermenewtika moderna, fosthom dawn li Ä¡ejjin: il-fatt li kull interpretazzjoni tibda f’għarfien jew fehim diġà eżistenti iżda parzjali; ir-rikostruzzjoni tad-diskors interpretat b’tali mod li l-interpretu jifhmu daqs jew aktar milli fehmu l-awtur stess, bl-implikazzjoni li l-proÄ‹ess interpretattiv huwa bla tmiem (Schleiermacher); ir-relattività tal-interpretazzjoni skont il-qasam ta’ studju bin-normi ta’ validità partikulari tiegħu, bħax-xjenzi umani u l-metodu tagħhom ta’ fehim (Wilhelm Dilthey); iÄ‹-Ä‹irku ermenewtiku (il-possibbiltajiet interpretattivi Ä¡odda li jitnisslu minn presuppożizzjonijiet qodma, jew id-dinamika bejn il-parti u s-sħiħ); it-tqabbil tal-esperjenza interpretattiva ma’ logħba li fiha kull azzjoni individwali tiÄ¡i sottomessa għan-normi (il-possibbiltajiet u l-limiti) prestabbiliti li jiddefinixxu tip ta’ logħob, anki jekk in-normi prestabbiliti dejjem se jiÄ¡u attwati f’sitwazzjoni jew applikazzjoni Ä¡odda (Gadamer); id-definizzjoni tat-tradizzjoni bħala għarfien operattiv li għadu qiegħed jevolvi, u li jitnewwel lil kull min lest jipparteÄ‹ipa fil-mixja progressiva tal-wirt kulturali (Gadamer); il-preÄ¡udizzji (jew il-perspettivi prestabbiliti) bħala punt tat-tluq neÄ‹essarju għall-interpretazzjoni (Gadamer); is-suppliment u t-tkabbir tal-fehim bħala modi kif wieħed jippreserva l-għarfien tradizzjonali b’interpretazzjoni attwali (Ricoeur); il-kunflitt inevitabbli u produttiv bejn sistemi differenti ta’ interpretazzjoni jew ta’ għarfien (Ricoeur); il-pluralità ta’ sinifikati u d-devjazzjoni kontinwa għal Ä¡o testi oħra fil-proÄ‹ess ermenewtiku (Ricoeur); il-kunÄ‹etti ta’ storja effettiva ta’ interpretazzjonijiet u ta’ fużjoni bejn orizzonti (jew sferi) idjaq u usa’ ta’ fehim (Gadamer); u d-djalogu li jseħħ bid-dinamika intrinsika tas-suġġett jiżvolÄ¡i bejn l-interpretu u t-test, b’ċerta awtonomija minnhom (Gadamer). Dawn il-prinÄ‹ipji u l-metodi ermenewtiÄ‹i se jiÄ¡u applikati kontinwament fuq xogħlijiet letterarja Maltin, kemm ta’ proża kif ukoll ta’ poeżija. Għat-taqsima-studju jingħataw siltiet minn varjetà kbira ta’ testi letterarji bil-Malti, li jappartjenu għal perjodi differenti. B’dan il-mod, it-taqsima-studju se tkun qed toffri għadd Ä¡mielu ta’ siltiet letterarji l-aktar adatti għal kull kunÄ‹ett ermenewtiku msemmi fuq. Għanijiet tal-Kors: L-għanijiet ta’ din it-taqsima-studju huma dawn: - Li jingħataw il-perjodi tal-istorja tal-ermenewtika, bl-iżvolÄ¡imenti ewlenin tagħha; - Li tinkiseb il-filosofija wara l-preÄ‹etti ermenewtiÄ‹i ewlenin mislutin minn perjodi differenti; - Li l-metodoloÄ¡ija ermenewtika moderna tiÄ¡i applikata fuq il-letteratura Maltija; - Li l-interpretazzjoni tal-letteratura Maltija skont il-preÄ‹etti ermenewtiÄ‹i sservi bħala pont għal applikazzjonijiet ermenewtiÄ‹i f’oqsma oħra ta’ studju: bħall-politika, ir-reliÄ¡jon, u l-Ä¡urisprudenza. Kisbiet mit-°Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾: 1. °Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaÄ‹i: - Ipoġġu t-teoristi tal-ermenewtika fil-kuntest storiku tagħhom; - Jiddefinixxu u japplikaw prinÄ‹ipji fundamentali tal-ermenewtika (bħaÄ‹-Ä‹irku ermenewtiku, id-djalettika bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni, u s-suppliment interpretattiv); - Jużaw in-natura inkompleta u progressiva ta’ kull att interpretattiv bħala tkabbir fl-artikulazzjoni innovattiva tat-test letterarju; - Iqabblu u jikkuntrastaw tradizzjonijiet u normi interpretattivi differenti. 2. Ħ¾±±ô¾±±ð³Ù: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaÄ‹i: - Jinterpretaw xogħol letterarju b’mod aktar miftuħ u progressivament rikostruttiv; - Iħaddmu applikazzjonijiet Ä¡odda ta’ modi tradizzjonali kif jiÄ¡i interpretat it-test; - Jamalgamaw flimkien sistemi differenti ta’ interpretazzjoni, anki fejn dawn ikunu f’kunflitt ma’ xulxin; - Japplikaw b’mod produttiv il-preÄ¡udizzji kulturali li bilfors jaffettwaw l-interpretazzjoni tagħhom; - Iħallu jseħħ djalogu medjanti bejnhom u t-test, b’tali mod li s-suġġett ta’ dan il-proÄ‹ess ermenewtiku jitħalla jiżvolÄ¡i b’mod medjanti. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Anthony C. Thiselton, Hermeneutics – An Introduction, William B. Eerdmans Publishing Company, 2009. - Lawrence K. Schmidt, Understanding Hermeneutics, Acumen Publishing Limited, 2006. - Hans-Georg Gadamer, Truth and Method, A&C Black, 2013. - Hans-Georg Gadamer, Philosophical Hermeneutics, University of California Press, 2008. - Paul Ricoeur, The Conflict of Interpretations, Northwestern University Press, 2007. - Paul Ricoeur, Hermeneutics and the Human Sciences, Camridge University Press, 1998. - Paul Ricoeur, Interpretation Theory – Discourse and the Surplus of Meaning, Texas Christian University Press, 1976. Testi Sekondarji: - Wilhelm Dilthey, Poetry and Experience, Princeton University Press, 1985. - Wilhelm Dilthey, Introduction to the Human Sciences, Princeton University Press, 1989. - Wilhelm Dilthey, The Foundation of the Historical World in the Human Sciences, Princeton University Press, 2002. Nota: Ma’ dawn it-testi teoretiÄ‹i se jingħataw għadd ta’ siltiet minn perjodi u awturi tal-letteratura Maltija bħala prattika ermenewtika. Is-siltiet se jkunu kemm ta’ proża kif ukoll ta’ poeżija, u se joffru diversità ta’ stili narrattivi u liriÄ‹i, tematika varjata, u għadd ta’ perspettivi tematiÄ‹i. |
||||||
STUDY-UNIT TYPE | Lecture | ||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
||||||
LECTURER/S | |||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |