¸£ÀûÔÚÏßÃâ·Ñ

Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL5013

 
TITLE Id-Djalogu ma' Forom Artistiċi Oħra

 
UM LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
MQF LEVEL 7

 
ECTS CREDITS 5

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION It-testi letterarji spiss jidħlu fi djalogu ma’ forom artistiċi oħra. Dan jiġri b’mod espliċitu meta mezz jikkumplimenta ieħor biex jissawwar xogħol li jlaqqa’ iżjed minn forma artistika waħda, ngħidu aħna r-rumanz grafiku. Jista’ jsir b’adattament minn mezz għal ieħor, bħal meta rumanz jinqaleb f’film, inkella permezz ta’ referenzi diretti jew indiretti għal xogħol ieħor, bħal meta poeżija talludi għal kanzunetta jew pittura. F’din it-taqsima-studju nistħarrġu l-kunċetti tal-intertestwalità, l-adattament, l-interdixxiplinarjetà u l-intermedjalità fit-testi letterarji Maltin. Bis-saħħa tat-teorija tal-intermedjalità, li tistħarreġ il-konnessjonijiet u l-iskambji bejn mezzi u forom artistiċi differenti u torbot l-istudji letterarji mal-istudji kulturali, nanalizzaw fost l-oħrajn in-natura tar-referenzi letterarji għal forom artistiċi differenti u l-istrateġiji li bihom il-lingwa semjotika ta’ ġeneru artistiku tiġi imitata jew mibdula f’ġeneru ieħor.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta’ din it-taqsima-studju huma li l-istudenti:

- Japprezzaw ir-rabta bejn il-letteratura u forom artistiċi oħra;
- Ikollhom għarfien ta’ teoriji u perspettivi differenti fl-istudju tal-inetermedjalità;
- Jistħarrġu għadd ta’ testi letterarji Maltin li jiddjalogaw ma’ prodotti artistiċi oħra billi jirriflettu fuq il-proċessi involuti.

Kisbiet mit-°Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾:

1. °Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Japprezzaw l-iżviluppi fit-teoriji marbuta mal-intermedja u l-adattament;
- Jiddiskutu l-intermedjalità bħala suġġett u bħala prassi;
- Jidentifikaw u janalizzaw il-manifestazzjonijiet tal-interrelazzjoni bejn forom artistiċi differenti.

2. Ħ¾±±ô¾±±ð³Ù:

Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaċi:

- Jirriflettu b’mod kiritku fuq it-tlaqqigħ bejn mezz artistiku u ieħor;
- Jiddiskutu l-kwistjonijiet ewlenin li jmissu magħhom it-teoriji tal-intermedja u l-adattament;
- Janalizzaw varjetà ta’ xogħlijiet artistiċi mill-perspettiva tal-intermedjalità b’terminoloġija xierqa u b’referenza għal sorsi akkademiċi validi.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:

- Breder, Hans, u Klaus-Peter Busse, edituri. Intermedia: Enacting the Liminal. Books on Demand, 2005.
- Hutcheon, Linda, u Siobhan O’Flynn. A Theory of Adaptation. Routledge, 2013.
- Rippl, Gabriele, editur. Handbook of Intermediality: Literature - Image - Sound - Music. De Gruyter, 2015.
- Wolf, Werner, u Walter Bernhart, edituri. Framing Borders: in Literature and Other Media. Rodopi, 2006.

Testi Sekondarji:

- Elliott, Kamilla. Rethinking the Novel/Film Debate. Cambridge UP, 2003.
- Mitchell, W.J.T. Picture Theory: Essays on Verbal and Visual Representation. Chicago UP, 1994.
- Moran, Joe. Interdisciplinarity. Routledge, 2010.
- Pârlog, Aba-Carina. Intersemiotic Translation: Literary and Linguistic Multimodality. Palgrave Macmillan, 2019.

Ma' dawn it-testi teoretiċi se jingħataw għadd ta' siltiet minn perjodi u awturi tal-letteratura Maltija.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Presentation (15 Minutes) 25%
Assignment 75%

 
LECTURER/S

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years.

/course/studyunit