CODE | MAL5016 | |||||||||
TITLE | °Õ±ðż¾± | |||||||||
UM LEVEL | 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course | |||||||||
MQF LEVEL | 7 | |||||||||
ECTS CREDITS | 30 | |||||||||
DEPARTMENT | Maltese | |||||||||
DESCRIPTION | Din it-taqsima-studju tikkonsisti fil-kitba ta' teżi ta' mhux aktar minn 20,000 kelma, ibbażata fuq riÄ‹erka serja f'sorsi li huma meqjusin validi għall-qasam magħżul ta' speÄ‹jalizzazzjoni letterarja. Ir-riÄ‹erka u l-kitba meħtieÄ¡a f'dan il-livell postgradwatorju jridu juru ħila analitika u/jew interpretattiva f'Ä¡eneri bħall-poeżija, il-proża, u d-drama, u/jew f'aspetti oħra letterarji bħall-istorja tal-letteratura Maltija, il-poetika u l-manifesti ta' Ä¡enerazzjonijiet varji ta' kittieba Maltin, u l-iżvilupp tematiku li jikkaratterizza perjodu partikulari jew perjodi differenti ta' kitba letterarja. Il-kitba tat-teżi ssir abbażi ta' proposta qasira dwar ir-riÄ‹erka li tiÄ¡i ppreżentata lill-Bord tal-Istudji ta' ILMA, wara li din il-proposta tkun inbniet ma' tutur jew tutriÄ‹i prospettiva. Il-kitba tat-teżi nnifisha tista' tittratta kemm testi letterarji bikrin jew tradizzjonali, kif ukoll xogħlijiet aktar reÄ‹enti jew kontemporanji; iżda f'kull każ it-teżi għandha turi għarfien tajjeb tal-funzjonijiet inferenzjali, sottili, u evokattivi li jiddistingwu l-lingwa letterarja (il-letterarjetà ) minn diskorsi oħra. Dan ix-xogħol ta' riÄ‹erka għandu juri wkoll kif id-devjazzjoni artistika mid-diskors familjari jissarraf f'approfondiment tal-għarfien tal-istess realtà jew natura umana li donnu jkun qiegħed jiddefamiljarizza. °Õ±ðż¾± f'dan il-livell postgradwatorju tesiÄ¡i wkoll apprezzament analitiku tat-tħaddim tal-vuÄ‹i letterarja, li tista' tkun espressiva bħalma sikwit hi fil-lirika, narrattiva bħalma normalment issibha f'rakkont, u drammatika bħalma jwettquha l-atturi ta' xogħol teatrali. It-tleħħin tal-letteratura, bis-sottilezzi insinwattivi u suġġestivi tiegħu, għandu jservi ta' mudell biex it-teżi tal-MA bit-°Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾ fl-Interpretazzjoni tal-Letteratura Maltija tqis kull aspett ieħor tat-test letterarju bħala xejra performattiva. It-teżi sservi, finalment, biex issir valutazzjoni akkademikament rigoruża ta' kemm xogħol letterarju għandu jitqies relevanti f'kuntesti letterarji lokali u internazzjonali, u ta' kemm jista' jagħti kontribut artistikament validu f'okkażjonijiet speÄ‹jalizzati bħal dibattiti u workshops fuq il-letteratura. °Õ±ðż¾± tal-ILMA, f'dan id-dawl, tissokta tirfina l-istandards, il-kriterji, u l-konvenzjonijiet evalwattivi li fuqhom jistrieħ il-mertu ta' xogħol letterarju u fuqhom jiżviluppa s-sens ta' storja tal-letteratura. L-istudenti iridu jibdew jaħdmu fuq it-teżi fit-tielet semestru tal-ewwel sena u jkomplu sat-tmiem tal-kors, jiÄ¡ifieri sas-sitt semestru jew it-tielet semestru tat-tieni sena. Għanijiet tal-Kors: L-għanijiet ta’ din it-taqsima-studju huma dawn: - Li jinkiteb xogħol estensiv u ta' livell għoli dwar il-letteratura Maltija, li jkun pubblikabbli u joffri kontenut Ä¡did fil-qasam magħżul; - Li tissawwar fakultà interpretattiva b'saħħitha ta' sitwazzjonijiet, karattri, u ambjenti letterarji; - Li jinkiseb għarfien akkademiku dwar id-diversi riżorsi istituzzjonali u individwali li flimkien jiffurmaw it-tradizzjoni letterarja Maltija, u li jsir ukoll użu effiÄ‹jenti ta' dawn ir-riżorsi; - Li t-teżi kompluta sservi ta' bażi għal aktar riÄ‹erka, seminars, forums, u tagħlim f'oqsma akkademiÄ‹i marbutin magħha, u li tkun pass sod fid-direzzjoni lejn riÄ‹erka fil-livell ogħla ta' PhD. Kisbiet mit-°Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾: 1. °Õ²¹²µÄ§±ô¾±³¾: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaÄ‹i: - Jartikulaw l-osservazzjonijiet interpretattivi u analitiÄ‹i tagħhom dwar il-letteratura b'mod luÄ‹idu, mexxej, u fl-istess ħin rigoruż; - Jifhmu s-sottilezzi u japprezzaw il-merti tal-qawwa inferenzjali tal-lingwaġġ letterarju; - Jagħrfu kif id-distanza kreattiva (id-devjazzjoni) mid-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet ta' kuljum toffri spazju biex il-qarrejja jiskopru r-realtà f'livell aktar profond, ħieles mill-klixejiet u l-platitudnijiet li jissimplifikawha; - Jifhmu u jħaddmu l-qawwa persważiva tal-għodod letterarji; - Jagħrfu jpoġġu l-għodod kreattivi tal-letteratura f'kuntest storiku ħalli b'hekk jintwera l-iżvilupp tal-arti tal-kelma matul perjodi differenti. 2. Ħ¾±±ô¾±±ð³Ù: Fi tmiem il-kors l-istudenti se jkunu kapaÄ‹i: - Jagħrfu kif stili u Ä¡eneri differenti ta' kitba jwasslu għal esperjenzi artistiÄ‹i varji, kull waħda minnhom bid-dinamika distinta (tal-kreattività ) tagħha; - Jevalwaw il-kitbiet li jaqraw f'rabta mal-kultura, l-istorja, l-istituzzjonijiet edukattivi, u oqsma oħra tal-ħajja relatati mal-ktieb; - Japplikaw huma stess, f'kitbiet oriÄ¡inali tagħhom, it-tekniki ta' devjazzjoni artistika li jkunu stħarrÄ¡u matul il-kitba tat-teżi; - Jibnu ħiliet perÄ‹ettivi u analitiÄ‹i sofistikati fl-interpretazzjoni tar-realtà u tal-kundizzjoni umana; - Irawmu fihom ħila akbar fl-argumentazzjoni, fid-dibattitu, u fi trażmissjonijiet pubbliÄ‹i dwar il-letteratura inÄ¡enerali. Biblijografija: Testi Ewlenin: - Brillenburg Wurth, Kiene and Ann Rigney. The life of texts: an introduction to literary studies. Amsterdam UP, 2019. - Eco, Umberto. How to Write a Thesis. Translated by Caterina Mongiat Farina and Geoff Farina. Mit Press, 2015. - Fabb, Nigel and Alan Durant. How to write essays and dissertations: a guide for English literature students. 2nd edition. Routledge, 2014. - Friggieri, Oliver. Dizzjunarju ta' Termini Letterarji. Ir-4 edizzjoni. Klabb Kotba Maltin, 2010. - Furseth, Inger and Euris Larry Everett. Doing your Master's dissertation: from start to finish. Sage, 2013. - Habib, M. A. R. Modern literary criticism and theory: a history. Blackwell, 2008. - Habib, M. A. R. MLA Handbook. 9th edition. Modern Language Association of America, 2021. |
|||||||||
ADDITIONAL NOTES | Pre-requisite Qualifications: µþ²¹Ä‹±ð±ô±ô±ð°ù²¹³Ù | |||||||||
STUDY-UNIT TYPE | Dissertation | |||||||||
METHOD OF ASSESSMENT |
|
|||||||||
LECTURER/S | ||||||||||
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints. Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice. It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2025/6. It may be subject to change in subsequent years. |