OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/1082752026-06-23T08:01:02Z2026-06-23T08:01:02ZKnejjes ta’ San Ġwann, Għawdex/library/oar/handle/123456789/1049232023-04-11T07:55:25Z2012-01-01T00:00:00ZTitle: Knejjes ta’ San Ġwann, Għawdex
Abstract: It-Torri tal-Qortin tal-Pergla nbena fl-1720 fuq il-quċċata ta’ Qortin, bejn wieħed u ieħor fin-nofs ta’ torri ieħor li inbena qablu, msejjaħ ta’ Marsalfron, mibni fl-1616. Kien iddisinjah l-Inġinier Franċiż Mondion.
Description: Knejjes ta’ San Ġwann, Għawdex : Part 2 : Il-Kappella ta’ San Ġwann fit-torri tal-Qortin tal-Pergla (2012)
Knejjes ta’ San Ġwann, Għawdex : Part 3 : San Ġwann tan-Nadur (2013)2012-01-01T00:00:00ZŻewġ knejjes ta’ San Żakkarija, Malta/library/oar/handle/123456789/1049222023-01-05T10:14:33Z2004-01-01T00:00:00ZTitle: Żewġ knejjes ta’ San Żakkarija, Malta
Abstract: Dan l-artiklu qed iwassal tagħrif fuq il-kult ta’ San Żakkarija f’Malta u jsemmi fosthom li meta Ħaż-Żabbar sar parroċċa fl-1615, kien fl-1641 li ż-Żabbarin taw irkaptu għall-bini ta’ knisja ġdida. Meta tlestiet fl-1696, dak iż-żmien il-knisja kienet fejn kellu jiġi l-kor tal-ġdida u b’hekk ħattew il-knisja ta’ San Żakkarija. Ġan Franġisk Abela, fl-1646 jgħid li t-Tarġa ta’ San Żakkari ssemmiet għall-knisja li kien hemmu isemmi wkoll il-Ġnien ta’ San Żakkari għax il-knisja kienet ġo fih. Skont riċerka ta Prof. Wettinger, San Żakkarija jissema l-ewwel darba fl-1399 u li l-knisja qiegħda mar-raba tal-familja Meir, Lhud. Barra ma’ għajn Rihana , San Żakkarija jissemma mar-raħal minsi ta’ Ħal Pessa.2004-01-01T00:00:00ZBust fil-bronż tas-Surmast Indri Borg : opra ġdida ta’ l-arti għall-Banda Prekursur/library/oar/handle/123456789/1049212024-04-25T08:48:09Z2004-01-01T00:00:00ZTitle: Bust fil-bronż tas-Surmast Indri Borg : opra ġdida ta’ l-arti għall-Banda Prekursur
Abstract: L-artist Joseph Sagona qed iwassal tagħrif fuq ix-xogħol tal-bust tas-Surmast Indri Borg li kien għadu qed jinħadem sabiex jitpoġġa fil-Każin tal-Banda Prekursurt tax-Xewkija. Qabel beda l-imudellatura fit-tafal, l-artist studja tajjeb ritratt tas-Surmast Borg u b’hekk jistabilixxi ċerti karatteristi tiegħu. Wara li tlestiet l-imudellatura, l-artist żar kemm lid-diriġenti tal-Banda Prekursur, kif ukoll nies anzjani li kienu midħla tas-Surmast Borg biex setaw jiġġudikaw f’dak li għandu x’jaqsam max-xebħ tal-persuna. Wara li tlesta il-mudell fil-ġibs, sar l-iċċissar u l-irfinar ta’ l-iskultura nnifisha, u tħejja id-disinni għal bażi li fuqha ser jitpoġġa l-bust. Bħalissa għaddej il-proċess biex il-mudell tal-ġibs ikun fondut bil-bronż.2004-01-01T00:00:00ZL-Għaqda Filarmonika ‘Prekursur’ Xewkija Għawdex/library/oar/handle/123456789/1049202023-01-05T10:12:24Z2003-01-01T00:00:00ZTitle: L-Għaqda Filarmonika ‘Prekursur’ Xewkija Għawdex
Abstract: L-Għaqda Filarmonika ‘Prekursur’ ta-Xewkija, Għawdex, ġiet imwaqqfa fit-13 ta’ Mejju 1929 mis-Sur Wenzu Cauchi, bil-għan li tiġi mwaqqfa banda Mużikali fix-Xewkija. L-ewwel laqgħa tal-kumitat tmexxiet mill-Kavallier Lorenzo Zammit Haber nhar 13 ta’ Mejju 1929 u l-Banda daqqet għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 1930.2003-01-01T00:00:00Z