OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/1149972025-12-29T10:30:33Z2025-12-29T10:30:33ZFi lsien in-nies : il-Malti madwarna/library/oar/handle/123456789/1163652023-12-11T10:08:14Z2023-01-01T00:00:00ZTitle: Fi lsien in-nies : il-Malti madwarna
Abstract: Fil-Kostituzzjoni ta’ Malta l-ilsien Malti hu stabbilit bħala l-ilsien nazzjonali ta’ Malta, filwaqt li l-Malti u l-Ingliż huma l-ilsna uffiċjali ta’ Malta. F’dan l-artiklu l-Prof. Ray Fabri u s-Sur Thomas Pace jispjegaw għaliex hu importanti li l-ambjent ta’ madwarna jkun bilingwi. Il-poplu Malti meqjus ‘uffiċjalment’ bilingwi, jiġifieri fil-ħajja ta’ kuljum juża żewġ lingwi, il-Malti u l-Ingliż. Fl-istess ħin lingwa minnhom, jiġifieri l-Malti, tingħata rwol privileġġat, għax meqjusa mhux biss lingwa uffiċjali imma wkoll il-lingwa nazzjonali.2023-01-01T00:00:00ZMeta l-kliem ikun fula maqsuma ... jew kważi!/library/oar/handle/123456789/1163152023-12-06T16:26:14Z2023-01-01T00:00:00ZTitle: Meta l-kliem ikun fula maqsuma ... jew kważi!
Abstract: Meta nitkellmu, u wisq iżjed aħna u niktbu, nippruvaw noqogħdu attenti biex norqmu l-messaġġ tagħna ħalli jinstema’ jew jinqara aħjar. F’dan Il-proċess nibdew nagħqdu fil-kurituri ta’ moħħna biex ma nużawx il-ħin kollu l-istess kliem. Imma mhux biżżejjed li nvarjaw. Irridu naraw li nagħżlu l-aħjar kelma għall-kuntest li jkollna. F’dan l-artiklu, is-Sur Dwayne Ellul jixħet ħarstu lejn is-sinonimi u l-isfumaturi li ġġorr magħha kull kelma f’lingwa.2023-01-01T00:00:00ZMerħba bikom - welcome : il-bilingwiżmu u t-turiżmu/library/oar/handle/123456789/1163142023-12-06T16:24:53Z2023-01-01T00:00:00ZTitle: Merħba bikom - welcome : il-bilingwiżmu u t-turiżmu
Abstract: L-ilsien nazzjonali tal-gżejjer tagħna jqanqal kurżità kbira fost il-barranin. L-elementi Għarbin, Sqallin, Taljani u Ingliżi magħġunin flimkien jagħmlu l-lingwa aktar rikka u affaxxinanti. F’dan l-artiklu tal-Prof. Ray Fabri u s-Sur Thomas Pace nuru li l-lingwa Maltija hija ta’ interess ewlieni għat-turist li jkun jixtieq jifhem il-kultura ta’ pajjiżna u tista’ tagħmel lil Malta post attraenti tul is-sena kollha mal-barranin li jżuruna.2023-01-01T00:00:00ZL-ilsien Malti fl-istampa u x-xandir/library/oar/handle/123456789/1163132023-12-06T16:21:01Z2023-01-01T00:00:00ZTitle: L-ilsien Malti fl-istampa u x-xandir
Abstract: Il-Malti qed jiżdidhulu r-riżorsi u l-għodod li bihom dawk li jaħdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni jistgħu jaħdmu aħjar, dejjem jekk ikunu mħejjijin sewwa u għandhom rieda tajba. Dan l-artiklu miktub mis-Sur Charles Flores jagħti ħarsa lejn il-ħidma tiegħu, bi sħab ma’ entitajiet oħra, b’risq il-Malti f’dan il-qasam.2023-01-01T00:00:00Z