OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/117884 2025-12-23T07:49:19Z 2025-12-23T07:49:19Z Mill-Arkivji : Programme 104 : Mario Gauci /library/oar/handle/123456789/137772 2025-07-30T09:38:57Z 2025-06-29T00:00:00Z Title: Mill-Arkivji : Programme 104 : Mario Gauci Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-29 ta’ Ġunju 2025 se nitkellmu mas-Sur Mario Gauci, id-Direttur u l-Arkivista tal-Arkivju tal-Katidral fl-Imdina. Hu se jkellimna fuq l-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni li jinsab fl-istess Arkivju tal-Katidral fl-Imdiba. Riċentament, Mario ta taħdita interessanti bl-isem ta’ L-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni ta’ Malta fin-nisġa storika tal-Mediterran (1561-1798). Is-Sur Gauci għandu baċellarat fl-Arkivistika, Libreriji u Studji tal-Informazzjoni, u Masters fl-Istudji tal-Barokk. Ippubblika diversi studji akkademici, awtur ta’ ktieb fuq l-Arkivju tal-Katidral, u editur ta’ tliet pubblikazzjonijiet. Mario ħa jgħidilna kif seħħ il-bidu tal-Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta kif ukoll jagħti xi eżempji mill-istess arkivju. Kemm insibu dokumenti u kemm il-serje ta’ klassifikazzjoni fih? Mario jsemmi x’kienu l-aktar każijiet li dehru quddiem it-Tribunal tal-Inkwiżitur. Id-dagħa kien l-aktar komuni. Fl-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni nsibu d-dagħa miktub bil-Malti li jagħmlu wieħed interessanti għall-istudjużi tal-ilsien Malti. Is-seher, il-maġija, is-sawm u l-astinenza mhux biss biż-żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, iżda wkoll fi ġranet oħra matul is-sena kienu wkoll fost l-aktar każijiet ‘kriminali’ li kienu jidhru quddiem l-Inkwiżitur. Magħhom il-kotba projbiti f’dak li kien hemm pubblikat fl-Indiċi. Dawn huma biss ftit minn każijiet oħra li jagħmlu dan l-Arkivju mfittex fost l-iskulari Maltin u internazzjonali. Barra d-dokumenti hekk imsejħa ‘Proċessi Kriminali’, l-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni jħaddan l-Atti Ċivili, il-Korrispondenza u l-Memorji. X’inhuma dawn? Insibu f’wieħed mill-Memorji li Malta kienet meqjusa bħala l-aktar pajjiż skandaluż. Għala? Jingħad ukoll li fis-seklu 18 kien hawn aktar minn 4000 separazzjoni. Kif kienet il-ħajja tal-Maltin u x’kundanna kienu qed jieħdu dawk li kienu qed jidhru quddiem l-Inkwiżitur? Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM 2025-06-29T00:00:00Z Mill-Arkivji : Programme 103 : George Cini /library/oar/handle/123456789/137769 2025-07-30T09:26:33Z 2025-06-22T00:00:00Z Title: Mill-Arkivji : Programme 103 : George Cini Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-22 ta’ Ġunju 2025 se niltaqgħu mas-Sur George Cini li ħa jkellimna fuq Strada Stretta jew ‘The Gut’ kif kienet magħrufa mal-flottot navali u r-reġimenti li fittxew l-għajn espliċitu tad-divertiment f’dak offrut fir-Red District tal-kapitali. Cini li ppubblika tliet kotba (bil-Malti u bl-Ingliż) b’għad kbir ta’ intervisti mill-protagonisti li għexu jew ħadmu f’din it-triq, se jitkellem fit-tul dwar ‘The Gut’ u x’wassal li tqieset waħda notorja. Kienet triq li nisslet ekonomija kbira. Kienet it-triq li minnha ħarġu għad kbir ta’ mużiċisti. Liema kienu l-aktar stabbilimenti mfittxija mill-baħrin? Kemm kienu jixorbu l-baħrin? Cini jsemmi l-Victoria Music Hall, il-Cotton Club, ir-Rexford, fost stabbilimenti oħra. Min kien Ġużi l-Cairo? X’konnessjoni kellhom il-familji Dowling, Curmi, Palmier u Fiteni ma’ din it-triq u t-toroq tal-inħawi? George Cini jsemmi wkoll kif kienet tkun il-lejla f’din it-triq, il-gelgul tax-xorb, l-intriċi tal-barmaids, tlajjar u prostituzzjoni, storbju, ġlied, tkissir u anke mwiet li żewqu din l-arena f’waħda ikkulurita. Kif seħħ il-qtil ta’ Maria Sewda u Irene Johnson li kienu wkoll barmaids fi Strada Stretta? Min kienet Rita Cordina, l-Isparrow? Barra s-swali taż-żfin u l-ħwienet tax-xorb, Strada Stretta kien fiha minn kollox. Il-ħanut tat-tattoos, tal-fotografija u ħwienet oħrajn kienu qed jaqdu s-servizz tal-Maltin u l-baħrin. Fl-istejjer frivoli u x-xenarju kkulurit, ma tistax tixħet lil kulħadd f’urna waħda għax minn din it-triq ħarġu wkoll il-qaddisin. Ħafna minn dawk attivi f’ħidmiethom kienu tal-affari tagħhom. Is-Sur George Cini ħadem fl-industrija tar-reklamar u l-marketing kif ukoll bħala reporter u night editor mal-gazzetta ta’ kuljum Times of Malta. Iggradwa BA (Hons) fl-Istudji tal-Kommunikazzjoni u MA fil-Ġurnaliżmu. Cini jgħallem il-ġurnaliżmu fl-Università ta’ Malta. Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM 2025-06-22T00:00:00Z Mill-Arkivji : Programme 102 : David Grech /library/oar/handle/123456789/137756 2025-07-30T08:18:23Z 2025-06-15T00:00:00Z Title: Mill-Arkivji : Programme 102 : David Grech Abstract: Mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-15 ta’ Ġunju 2025 huwa s-Sur David Grech, riċerkatur tal-avjazzjoni. Huwa se jkellimna fuq ir-riċerka li għamel dwar il-Vulcan Bomber XM645 li kien waqa’ f’Ħaż-Żabbar 50 sena ilu. David se jgħid x'wassal li beda jirriċerka fuq il-waqa' tal-Vulcan XM645 Bomber, ir-riċerka li għamel sew fl-Arkivju Nazzjonali f’Malta kif ukoll f’dak tal-Ingilterra. Huwa jirreferi għaż-żewġ inkjesti li saru, waħda Malta u l-oħra l-Ingilterra; il-bosta rapporti ppubblikati fil-ġurnali, kif ukoll intervisti ma’ dawk li b’xi mod kienu hemm. X'kien dan l-ajruplan? Għala kien qed jittajjar fuq Malta? Kif kienet il-ġurnata tal-14 t'Ottubru 1975? X'ġara eżatt fis-1:30pm? Grech jagħti deskrizzjoni ċara tal-vittmi li mietu f’din id-diżgrazzja 5 tal-ekwipaġġ u mara Żabbarija, Vinċenza Zammit. Jgħid li l-pilota kien salva. Fil-qosor jgħidilna x'kienet is-sitwazzjoni f’dak il-ħin tad-diżgrazzja u kif l-aħbar xterdet madwar Malta kollha. Kif kien irrapurtat fil-midja internazzjonali? X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern, forzi armati, il-paramediċi, l-istampa u l-Knisja? David Grech jagħmel referenzi għal diżgrazzji oħra simili, dik tal-waqa' tal-Lavro Lancaster f'Ħal-Luqa fl-1952, u dak tar-Rabat, Vickers Wellington fl-1946 qrib l-iskola. David Grech twieled Malta u jgħix iż-Żejtun. Huwa ggradwa fit-teknoloġija tal-informatika u għandu master's degree. David kien xhud kontemporanju tat-tmiem traġiku ta’ XM645, il-vulcan li kien waqa f’Ħaż-Żabbar f’Ottubru tal-1975. Huwa għandu interess qawwi fl-istorja tal-avjazzjoni u passjoni għar-riċerka. Dawn kollha sawwarhom fil-pubblikazzjoni 'Forty-Six Feet Short: The Tragic End of Vulcan Bomber XM645 and the Aftermath’. F’din il-pubblikazzjoni, l-awtur jipprovdi lill-qarrejja rakkont konvinċenti u imparzjali ta’ waħda mill-istejjer koroħ fl-istorja tal-avjazzjoni Maltija. Wara karriera twila fis-settur tal-IT, David issa jaħdem fl-avjazzjoni. Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM 2025-06-15T00:00:00Z Mill-Arkivji : Programme 101 : Joseph Bezzina /library/oar/handle/123456789/137754 2025-07-30T08:07:00Z 2025-06-08T00:00:00Z Title: Mill-Arkivji : Programme 101 : Joseph Bezzina Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-8 ta’ Ġunju 2025 se nitkellmu ma’ Rev. Dr. Joseph Bezzina minn Għawdex li għal bosta snin kien l-Arkivist tal-Kurja Episkopali ta’ Għawdex kif ukoll kien il-fundatur tal-Arkivju Nazzjonali Sezzjoni Għawdex. Dr. Bezzina se jgħidilna x’ħajru biex jistudja l-istorja u jieħu interess fir-riċerka u fl-arkivji. Kif sar arkivista tal-Kurja Episkopali ta’ Għawdex u x’kienet il-ħidma tiegħu? Ħuwa jgħid kif għal għaxar snin sħaħ ħadem f’dan l-arkivju u fassal kataloga fuq linji moderni. Huwa jkompli jgħid kif ġietu l-opportunità li fl-1989 jwaqqaf l-Arkivju Nazzjonali f’Għawdex. X’kien il-kontribut tiegħu f’dan il-qasam? Wara l-liġi l-ġdida tal-Arkivji fl-2005, Dr. Bezzina nħatar Assistent Arkivista Nazzjonali Sezzjoni Għawdex li baqa’ attiv sal-2020 f’ħidma konġunta mal-Arkivista Nazzjonali, Dr. Charles J. Farrugia. Xi diffikultajiet sab fit-twettieq ta’ din il-ħolma arkivistika Għawdxija? Matul il-programm Dr. Bezzina jitkellem fuq il-karriera tiegħu u fir-riċerka li għamel li sawruh li jippubblika diversi kotba, fosthom Religion and Politics in a Crown Colony u Storja tal-Knisja f’Malta, miż-Żminijiet Appostoliċi sas-Sena Elfejn. Rev. Dr. Joseph Bezzina twieled il-Belt Victoria, Għawdex, fl-1950. Studja fl-Università ta’ Malta; fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex; u l-Università Pontifiċja Gregorjana, Ruma. Kien ordnat qassis mill-Qdusija Tiegħu l-Papa San Pawlu VI fl-1975. Għandu tliet gradi akademiċi fl-Istorja, inkluż dottorat fl-Istorja tal-Knisja. Kiseb ukoll l-Award tal-Papa, l-ogħla unur tal-Università Gregorjana, meta spiċċa l-ewwel fl-eżamijiet finali tas-sena 1982. Kien membru tas-Senat Akkademiku tal-Università Gregorjana (1976-1978) u għal sbatax-il sena Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Knisja, tal-Patroloġija, u tal-Arkeoloġija Kristjana fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta (1994-2011). Għallem l-Istorja tal-Knisja fl-Università; fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex; u fis-Seminarju Interdjoċesan, Shkodër, l-Albanija. Kien l-Arkivist tal-Kurja Episkopali ta’ Għawdex u fl-1989 kien il-fundatur tal-Arkivju Nazzjonali Sezzjoni Għawdex sal-2020. Għal 15-il sena kien l-Assistant Arkivist Nazzjonali ta’ Malta. Huwa l-awtur ta’ numri kbir ta’ pubblikazzjonijiet u studji ppubblikati f’rivisti ta’ storja f’Malta u barra. Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM 2025-06-08T00:00:00Z