OAR@UM Community:/library/oar/handle/123456789/1194292025-11-13T20:58:30Z2025-11-13T20:58:30ZIl-qawwa u l-glorja tal-fidi fl-ittra lil-Lhud, Kapitlu II (l-ewwel parti)/library/oar/handle/123456789/559462020-05-17T05:12:28Z2013-01-01T00:00:00ZTitle: Il-qawwa u l-glorja tal-fidi fl-ittra lil-Lhud, Kapitlu II (l-ewwel parti)
Abstract: Kien fil-11 ta’ Ottubru 2011 li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI ippubblika l-Ittra
Appostolika Porta Fidei li fiha ħabbar s-Sena tal-Fidi li bdiet f ’Ottubru tal-2012. F’din l-Ittra
Appostolika l-Papa ta r-raġunijiet għaliex kien sejjaħ għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Sena tal-Fidi.
Huwa ried li din is-Sena tal-Fidi, li tagħlaq fl-24 ta’ Novembru tal-2013, toffri “opportunità biex il-Knisja tidħol fi żmien
ta’ riflessjoni u tiskopri mill-ġdid
id-don tal-fidi”. Fil-fatt
il-Papa jikkumenta fuq
l-urġenza ta’ tiġdid fil-Knisja
fis-soċjetà tagħna, “li, illum
aktar mill-passat tħabbat
wiċċha mal-mistoqsijiet
li huma frott mentalità
mibdula”. Quddiem il-kriżi
kbira ta’ fidi fid-dinja tal-lum,
is-Sena tal-Fidi, u anke
din l-istess Ittra Appostolika,
hija sejħa għal konversjoni
mġedda lejn il-Mulej, il-
Feddej waħdieni tad-dinja.2013-01-01T00:00:00Z'Il-Lhud' fl-Evangelju skont San Luqa u fl-Atti tal-Appostli (1)/library/oar/handle/123456789/559342020-05-17T05:13:30Z2013-01-01T00:00:00ZTitle: 'Il-Lhud' fl-Evangelju skont San Luqa u fl-Atti tal-Appostli (1)
Abstract: L-Evanġelista San Luqa huwa uniku fost l-erba’ Evanġelisti għall-fatt li ma kitibx biss
l-Evanġelju, imma segwa din l-ewwel kitba tiegħu bit-tieni volum, dak li aħna nsejħulu l-Atti
tal-Appostli. Dan ifisser li jekk irridu nippruvaw nistudjaw xi tema partikulari mill-Evanġelju
skont San Luqa, ma nistgħux nagħlqu għajnejna għall-Atti tal-Appostli. Dan jgħodd b’mod speċjali għall-mod kif dan
l-awtur jitratta l-poplu
Lhudi/Iżrael fiż-żewġ
xogħlijiet tiegħu. L-attitudni
ta’ San Luqa lejn il-Lhud
aktarx li hija wieħed mill-aktar
suġġetti kontroversjali
fl-istudji kontemporanji ta’
Luqa-Atti. Dan minħabba
l-fatt li l-evidenza f ’dawn
iż-żewġ kitbiet ta’ San Luqa
twassalna f ’direzzjonijiet
differenti fl-istess ħin: Luqa-
Atti huma fost l-aktar kitbiet
favur il-Lhud u fl-istess ħin
huma wkoll fost l-aktar
kitbiet kontra l-Lhud fit-
Testment il-Ġdid.2013-01-01T00:00:00ZLehen l-Art Imqaddsa : Numru 179 : Jannar-Marzu : 2013/library/oar/handle/123456789/559142020-05-17T05:15:02Z2013-01-01T00:00:00ZTitle: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 179 : Jannar-Marzu : 2013
Editors: Chircop, Twanny
Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija.2013-01-01T00:00:00ZIs-sacerdozju ta' Kristu f'solidarjeta' maghna l-bnedmin (Lhud 5,14)/library/oar/handle/123456789/557712020-05-17T05:12:27Z2013-01-01T00:00:00ZTitle: Is-sacerdozju ta' Kristu f'solidarjeta' maghna l-bnedmin (Lhud 5,14)
Abstract: Mis-silta fuq imsemmija (Lhud 5, 1-4), id-deskrizzjoni tas-saċerdozju tħaddan fiha tliet
elementi wara xulxin. L-ewwel hemm definizzjoni ġenerali, din tafferma relazzjoni doppja
tal-qassis il-kbir, ma’ Alla u mal-bnedmin; L-ewwel “Kull qassis il-kbir meħud minn fost ilbnedmin,
hu mqiegħed għall-bnedmin f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, biex joffri doni u
sagrifiċċji għad-dnubiet” (5,1).2013-01-01T00:00:00Z