OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/119714 2025-11-12T20:15:57Z 2025-11-12T20:15:57Z Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 192 : April-Gunju : 2016 /library/oar/handle/123456789/52457 2020-03-16T12:16:27Z 2016-01-01T00:00:00Z Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 192 : April-Gunju : 2016 Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija. 2016-01-01T00:00:00Z Knejjes minsija ta' Gerusalemm : Hakeldama u l-Knisja-Ghar ta' San Onofrju /library/oar/handle/123456789/52452 2020-06-01T06:36:01Z 2016-01-01T00:00:00Z Title: Knejjes minsija ta' Gerusalemm : Hakeldama u l-Knisja-Ghar ta' San Onofrju Abstract: Din is-sensiela ta’ artikli għandha l-iskop li tippreżenta postijiet bibliċi u santwarji antiki mxerrdin fil-belt il-qadima ta’ Ġerusalemm u madwarha, li mhumiex tant magħrufin, imma li għandhom importanza fl-istorja tal-Bibbja u tal-Art Imqaddsa. L-ewwel post li se nippreżentaw f ’din is-sensiela huma l-fdalijiet tal-Knisja-Kripta ta’ Santa Marija talĦakeldama u l-Monasteru Grieg Ortodoss ta’ San Onofrju. 2016-01-01T00:00:00Z It-talb fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli /library/oar/handle/123456789/52447 2020-05-29T06:14:19Z 2016-01-01T00:00:00Z Title: It-talb fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli Abstract: Fit-tieni volum tiegħu, jiġifieri, fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, San Luqa jitkellem mill-Knisja tal-Bidu bħala Knisja li kienet titlob. Fil-fatt, għal aktar minn tletin darba, San Luqa jitkellem fuq l-ewlenin dixxipli ta’ Ġesù u jippreżentahom jitolbu jew inkella f ’episodji li jitkellmu fuq it-talb. Dawn ix-xeni nsibuhom l-aktar fl-ewwel parti tal-Atti tal-Appostli. 2016-01-01T00:00:00Z "Fih kollox jitkellem dwar il-hniena. M'hemmx xejn fih li m'ghandux hniena" /library/oar/handle/123456789/52442 2020-05-28T07:41:57Z 2016-01-01T00:00:00Z Title: "Fih kollox jitkellem dwar il-hniena. M'hemmx xejn fih li m'ghandux hniena" Abstract: Fl-aħħar artiklu għalaqna billi qrajna flimkien min-numru 8 tal-Misericordiae Vultus: “Quddiem il-kotra ta’ nies li kienet timxi warajh, meta ra li kienu għajjenin u mitluqin, mitlufin u bla ħadd min imexxihom, Ġesù ħassu jitqanqal minn qiegħ qalbu għalihom (ara Mt 9:36). B’din l-imħabba kollha ħniena hu fejjaq il-morda li kienu jressqulu quddiemu (ara Mt 14:14), u bi ftit ħobż u ħutiet tema’ ġmiegħi kbar (ara Mt 15:37). Dak li lil Ġesù kien imexxih fiċ-ċirkustanzi kollha ma kienx ħlief il-ħniena, li biha kien jaqra fil-qlub ta’ min kien ikollu quddiemu u jwieġeb għal aktar bżonn veru tagħhom. Meta ltaqa’ mal-armla ta’ Najn li kienet qed twassal lill-iben il-waħdieni tagħha lejn il-qabar, tqanqal bil-kbir għal dak l-uġigħ immens tal-omm li kienet qed tibki, u taha lura lil binha billi qajmu mill-mewt (Lq 7:15). Wara li ħeles lill-imxajtan ta’ Ġerasa, jafdalu din il-missjoni: ‘Mur inġabar id-dar ma’ niesek, u għidilhom kulma għamel miegħek il-Mulej, u kif ħenn għalik’ (Mk 5:19).” 2016-01-01T00:00:00Z