OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/1197172025-11-11T01:14:23Z2025-11-11T01:14:23ZLehen l-Art Imqaddsa : Numru 193 : Lulju-Settembru : 2016/library/oar/handle/123456789/522962020-03-15T06:09:53Z2016-01-01T00:00:00ZTitle: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 193 : Lulju-Settembru : 2016
Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija.2016-01-01T00:00:00ZIr-restawr tal-Edikola tal-Qabar ta' Kristu/library/oar/handle/123456789/522952020-05-28T13:43:35Z2016-01-01T00:00:00ZTitle: Ir-restawr tal-Edikola tal-Qabar ta' Kristu
Abstract: It-Tlieta 22 ta’ Marzu saret ċerimonja qasira quddiem l-Edikola tal-Qabar ta’ Kristu fil-
Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu f ’Ġerusalemm. Waqt din iċ-ċerimonja deher il-Patrijarka
Grieg Ortodoss Theophilos III imdawwar mill-Kustodju tal-Art Imqaddsa, dak iż-żmien P.
Pierbattista Pizzaballa ofm (illum Arċisqof u Amministratur Apostoliku tal-Patrijarkat Latin ta’ Ġerusalemm) u mill-
Patrijarka Armen Ortodoss
Nourhan Manougian.
Magħhom kien hemm
it-tliet superjuri rispettivi
tat-tliet komunitajiet li
jamministraw il-Bażilika,
u l-Professoressa Antonia
Moropoulou, l-inkarigata
min-National Technical
University of Athens
(NTUA), li ħadet ħsieb
tippreżenta r-riżultati tal-istudju
multidixxiplinari
li sar ftit xhur qabel fuq
l-Edikola. Dan l-istudju kien
ġie konkluż wara qbil mill-komunitajiet
rispettivi biex
jirrestawraw din l-Edikola,
li tinsab fi stat prekarju
ħafna, u kien ġie ppreżentat
uffiċjalment f ’Ateni quddiem
l-awtoritajiet konċernati u
r-rappreżentanti tal-Gvern
Grieg.2016-01-01T00:00:00ZGesu jfejjaq lil omm il-mara ta' Xmun (Mk 1: 29-34)/library/oar/handle/123456789/522902020-05-28T07:42:41Z2016-01-01T00:00:00ZTitle: Gesu jfejjaq lil omm il-mara ta' Xmun (Mk 1: 29-34)
Abstract: Wara r-rakkont tas-sejħa tal-ewwel dixxipli, San Mark jagħtina ġurnata li tinawgura
l-ministeru ta’ Ġesù (Mk 1:21-39). Din il-ġurnata tibda f ’jum is-Sibt filgħodu permezz ta’
miraklu li bih Ġesù jfejjaq raġel maħkum minn spirtu ħażin fis-sinagoga (v.21).1 Il-ġurnata
titkompla bil-fejqan ta’ omm il-mara ta’ Xmun. Fi nżul ix-xemx, imbagħad, inkomplu naqraw
kif in-nies bdew jieħdu l-morda quddiem Ġesù sabiex ifejjaqhom (v.32). Huwa biss fil-v.35 li
San Mark jindika l-bidu ta’ jum ieħor.2016-01-01T00:00:00ZSena tal-hniena sejha ghal qalb gdida/library/oar/handle/123456789/522892020-06-01T13:16:00Z2016-01-01T00:00:00ZTitle: Sena tal-hniena sejha ghal qalb gdida
Abstract: Is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena li qed niċċelebraw matul din is-sena mexxietna biex
niċċelebraw b’mod partikulari s-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, għajn tal-ħniena
infinita ta’ Alla li tidher fil-persuna kollha ta’ Ġesù Kristu. Sewwa li din ċ-ċelebrazzjoni tkun
mdawla bi ftit riflessjonijiet bibliċi li se naqsam magħkom f’dan l-artiklu.2016-01-01T00:00:00Z