OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/1198732026-06-22T10:13:55Z2026-06-22T10:13:55ZLehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020/library/oar/handle/123456789/618892020-10-18T05:20:33Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020
Editors: Chircop, Twanny
Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija.2020-01-01T00:00:00ZIl-Liwjatan/library/oar/handle/123456789/618822024-04-26T09:02:36Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Il-Liwjatan
Abstract: Il-profeta Isaija, fis-sezzjoni hekk imsejħa “Apokalissa ta’ Isaija” (Is 24-47) jitkellem dwar
dragun primordjali li hu jsejjaħlu Liwjatan: “F’dak il-jum jikkastiga l-Mulej bix-xabla qalila,
kbira u qawwija tiegħu lil Liwjatan, is-serp ħafif, lil Liwjatan, is-serp jitkagħweġ; joqtol id-dragun
li hemm fil-baħar” (Is 27,1). Din il-figura misterjuża tissemma diversi drabi fil-Bibbja,
b’tifsiriet differenti.2020-01-01T00:00:00ZIl-qdusija fil-ktieb tal-Apokalissi/library/oar/handle/123456789/617822024-04-26T09:02:45Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Il-qdusija fil-ktieb tal-Apokalissi
Abstract: Kuntrarju għall-interpretazzjoni tradizzjonali tal-Apokalissi, numru ta’ studjużi jargumentaw
li, il-problema ewlenija li kienu qed jaffaċjaw il-komunitajiet Insara, li għalihom inkiteb
dan l-aħħar ktieb tal-Iskrittura, ma kinetx il-persekuzzjoni uffiċjali min-naħa tar-Rumani, għalkemm xi oppressjoni ’l hawn u ’l hemm aktarx li kienet possibbli. Minflok, l-akbar theddida għall-maġġoranza tal-knejjes li għalihom jiġi indirizzat dan il-ktieb kienet it-tentazzjoni li joħolqu kompromess mal-kultura dominanti Rumana li kienet marbuta mal-kult imperjali ta’ diversi allat tradizzjonali. Minħabba f ’hekk, l-awtur tal-Apokalissi, identifikat bl-isem ta’ Ġwanni, kien meħud fis-sema ħalli jara d-dinja mill-perspettiva tal-ġenna. Din il-viżjoni profetika ta’ Ġwanni li fiha jara l-qaddisin fis-saltna bla tmiem ta’ Alla ma sservix biss biex turi t-tama tal-knisja għall-ħwejjeġ li kien għad iridu jseħħu, imma wkoll biex tati lill-komunitajiet ekkleżjali alternattiva oħra tad-dinja li s’issa kienet qed tingħata mill-perspettiva imperjali. F’dan l-artiklu ħa naraw kif permezz tal-ġeneru letterarju apokalittiku, il-Ktieb tar-
Rivelazzjoni, jiżviluppa b’mod straordinarju t-tema tal-qdusija kemm dik ta’ Alla, kif ukoll dik ta’ dawk li
jemmnu fih.2020-01-01T00:00:00ZIl-gvernaturi Rumani fil-Palestina/library/oar/handle/123456789/617812020-10-18T05:21:35Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Il-gvernaturi Rumani fil-Palestina
Abstract: Wara r-rewwixta tal-Makkabin, il-preżenza espansiva tar-Rumani fil-Lvant Nofsani kienet aktar preżenza ta’ faraġ. Mhux ta’ b’xejn li l-Makkabin u mbagħad l-Asmonin ippruvaw iżommu relazzjonijiet ta’ ħbiberija magħhom. Hawnhekk ta’ min iżomm quddiem għajnejh dak li jikteb l-awtur sagru ta’ 1 Makk 8:1: “Ġuda sema’ b’isem ir-Rumani; x’qawwa militari kellhom, u kemm kienu jġibu lil min jinġibed lejhom; li kienu wkoll lesti li jagħmlu ħbieb ma’ dawk li jersqu lejhom, u li għalhekk kisbu dik il-qawwa kollha....”.2020-01-01T00:00:00Z