OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/131902025-12-23T05:37:02Z2025-12-23T05:37:02ZIċ-ċensiment ta' l-1601 u dokumenti oħra/library/oar/handle/123456789/1403182025-10-20T10:20:22Z2003-01-01T00:00:00ZTitle: Iċ-ċensiment ta' l-1601 u dokumenti oħra
Abstract: Dan id-dokument jiddeskrivi ċ-ċensiment li sar fin-Naxxar tas-sena 1601 — l-aktar wieħed antik magħruf f’Malta. Sar fl-20 ta’ Frar għal żewġ kuntistabbli ġodda, Juliano DiBono u Mariano Portelli, biex ikunu jafu min kien jgħix fir-raħal taħt il-ħarsien tagħhom. Dak iż-żmien in-Naxxar kien għadu jirkupra minn żminijiet diffiċli ta’ ġuħ u pesta li ħasdu eluf ta’ nies. Id-dokument jinkludi lista ta’ 250 familja (madwar 924 persuna), b’ħafna “massari” – sinjal li r-raħal kien agrikolu u relattivament sinjur. L-aktar kunjomijiet komuni kienu Sammut, Portelli, Schembri, Gauci u Mifsud. Jissemmu wkoll xi każi personali u aneddoti dwar residenti, kif ukoll informazzjoni dwar relazzjonijiet, problemi legali u ħajja reliġjuża. Dan iċ-ċensiment hu ta’ valur storiku kbir għax jixħet dawl fuq il-ħajja, il-familji u l-istruttura soċjali tan-Naxxar fis-seklu 17.2003-01-01T00:00:00ZStatus Animarum 1687 : l-ewwel ċensiment għall-popolazzjoni ta' l-Imqabba/library/oar/handle/123456789/1157592023-11-21T07:47:19Z2002-01-01T00:00:00ZTitle: Status Animarum 1687 : l-ewwel ċensiment għall-popolazzjoni ta' l-Imqabba
Abstract: L-artiklu jitratta l-ewwel Status Animarum fl-Imqabba, li nżamm fis-sena
1687. Insibu infomazzjoni fuq dokumenti bażiċi fl-istudju tal-popolazzjoni
fiż-żmenijiet l-imgħoddija. Tlieta minn dawn id-dokumenti
kienu jikkonċernaw dawk kollha li kienu jitgħammdu, jiżżewgu jew jindifnu fil-parroċċa.
Ir-raba' dokument huwa l-Istatus Animarum, li litteralment tfisser
'il-kundizzjoni tar-ruħ' tal-parroċċjani. F'dan id-dokument
il-kappillan kien iniżżel għal kull dar fir-raħal, l-ismijiet tal-membri tal-familja, I-eta u jekk kinux
qerrew jew tqarbnu matul is-sena. Barra minn hekk, ġieli l-kappillan kien iniżżel xi informazzjoni oħra
bħall-professjoni jew l-istat soċjali. Għalkemm, l-Imqabba tas-seklu sbatax hija meqjusa bħala
wieħed mill-izgħar irħula f'Malta, l-istorja ta' niesha xorta waħda
tibqa' waħda nteressanti.2002-01-01T00:00:00Z"Mill-istorja tal-knisja parrokkjali ta' San Ġorġ" żwieġijiet mis-sena 1556 sas-sena 1625/library/oar/handle/123456789/1131622023-09-19T09:08:03Z1989-01-01T00:00:00ZTitle: "Mill-istorja tal-knisja parrokkjali ta' San Ġorġ" żwieġijiet mis-sena 1556 sas-sena 1625
Abstract: Is-sena 1551 l'hekk imsejjħa ta' l-Assedju t'Għawdex, kienet waħda fost oħrajn li ġraw qabel, waħda ta' qirda, imma fl-istess ħin, kienet il-'bidu' ta' tnissil ta' ħajja ġdida għal Għawdex. Dan l-artiklu jitkellem aktar dwar il-ħajja f'Għawdex f'dak iż-żmien u jagħti rendikont taż-żwieġijiet fil-knisja parrokkjali ta' San Ġorġ bejn is-sena 1556 sas-sena 1625.1989-01-01T00:00:00ZAċċidenti u diżgrazzji: fit-tieni reġistru tal-imwiet tal-matriċi/library/oar/handle/123456789/1130232023-09-12T08:32:47Z2021-01-01T00:00:00ZTitle: Aċċidenti u diżgrazzji: fit-tieni reġistru tal-imwiet tal-matriċi
Abstract: It-tagħrif ta' din il-kitba hi mit-tieni reġistru tal-Imwiet tal-Matriċi li fuq il-qoxra jġib it-titlu 'Morti Cattedrale dal 1603 al 1761'. Dawn ir-reġistrazzjonijiet tal-imwiet ikomplu mal-'Primus Liber', iżda dan hu l-ewwel reġistru bl-imwiet biss mill-25 ta' Awwissu 1603 sas-26 ta' Lulju 1761.2021-01-01T00:00:00Z