OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/15719 2025-12-22T09:30:08Z 2025-12-22T09:30:08Z Il-Missjunarju tal-Maltin : buzzett b’tifkira taċ-Ċentinarju Pawlin ta’ Dun Anton Xiberras /library/oar/handle/123456789/117498 2024-01-17T12:08:47Z 2023-01-01T00:00:00Z Title: Il-Missjunarju tal-Maltin : buzzett b’tifkira taċ-Ċentinarju Pawlin ta’ Dun Anton Xiberras Abstract: Bħala qassis, Dun Anton Xiberras iddedika ħajtu għall-għajnuna lill-missjoni evanġelizzatriċi tal-Knisja fl-uffiċċju missjunarju u għall-ħidma pastorali fil-parroċċa ta’ San Ġiljan. Huwa kien ukoll poeta u prożatur prolifiku t’għexieren kbar ta’ xogħlijiet letterarji. Is-sena l-oħra ħabat il-100 anniversarju minn twelidu. Nhar il-11 ta’ Diċembru, il-Kunsill Lokali ta’ raħal twelidu ċċelebrah b’serata kommemorattiva f’Jum in-Naxxar fl-oratorju tan-Naxxar, fejn l-Orkestra ‘Prior Credidi’, taħt id-direzzjoni orkestrali tiegħi, daqqet xi innijiet soċjali u reliġjużi minn tiegħu u saru diskorsi dwar ħajtu u ħidmietu minn Pawlu Catania u Andrew Borg. Fl-istess serata ttella’ wkoll il-buzzett missjunarju ‘Ħolma Vera’ li huwa kien kiteb fl-1954 għall-festa tas-Santa Infanzja. Id-direzzjoni kienet f’idejn Tonio Vella u li fih ħadu sehem erbat itfal Naxxarin. Għall-istess okkażjoni, il-Kunsill tan-Naxxar ħareġ ukoll ktejjeb dwaru b’kitba tiegħi. Dun Anton kiteb ħafna buzzetti missjunarji, speċjalment għar-rivista Malta Missjunarja. Dawn dehru fil-paġna ddedikata lit-tfal taħt il-psewdonimu Ix-Xiħ Missjunarju. Uħud minnhom saħansitra xxandru fuq ir-Rediffusion bħala radjudrammi. Fost dawn insibu wieħed bl-isem ta’ ‘Il-Missjunarju tal-Maltin’, b’tifkira taċ-ċentinarju Pawlin li kien sar fl-1960. Fih, minbarra San Pawl u koppja Maltija, jieħu sehem ukoll San Publju. Kien għalhekk li jien ħassejt li dan il-buzzett missjunarju għandu jidher kelma b’kelma fil-ktieb tal-festa ta’ din is-sena. B’hekk ikun jista’ jitgawda, mhux biss mill-Furjaniżi, imma wkoll minn dawk il-Maltin kollha li għandhom għal qalbhom il-Prinċep tal-gżira u protettur ta’ Malta 2023-01-01T00:00:00Z Il-Ġilju fi ġnien l-għanja Marjana /library/oar/handle/123456789/115958 2023-11-27T06:49:46Z 2023-01-01T00:00:00Z Title: Il-Ġilju fi ġnien l-għanja Marjana Abstract: Bejn l-2018 u l-2019 kont ippreżentajtilkom żewġ artikli ferm interessanti fuq l-innu l-kbir ta’ Mro Joseph Darmanin (1918-2006) u versi ta’ Dun Frans Camilleri (1919-1990): ‘Innu lill-Madonna tal-Ġilju (I)’ – l-ewwel żewġ movimenti [Festa 2018, pp.124-141] u ‘Innu lill-Madonna tal-Ġilju (II) – it-tielet moviment [Festa 2019, pp.135-153]. Wara l-pandemija, jiġifieri s-sena l-oħra, ppreżentajtilkom artiklu ieħor, din id-darba fuq l-innu tal-Ġilju fil-verżjoni l-qasira: ‘Innu lill-Madonna tal-Ġilju (Innu Banda Lily) [Festa 2022, pp.119-123]. Iżda minbarra dawn l-innijiet li semmejt insibu għadd t’għanjiet reliġjużi oħrajn li fihom jissemma l-ġilju, magħruf ukoll bħala l-ġilju tal-Madonna, peress li huwa simbolu tal-verġinità u l-purezza t’Omm Alla. Għal din is-sena se nlaqqagħkom ma’ tnejn minnhom: ‘Int Kollok Sbejħa!’, versi ta’ Dun Frans Camilleri u mużika, jew ta’ Mro Nazzareno Formosa, jonkella ta’ Mro Joseph Abela Scolaro, u ‘Infaħħru ’l Marija’, b’versi ta’ Ġużi Mallia u mużika tas-surmast Ġużeppi Camilleri. Bl-stess isem insibu ieħor b’versi ta’ Dun Karm Farrugia u mużika ta’ Johann Crüger. Mhux biss, iżda dan l-innu ta’ Farrugia/Crüger insibuh ukoll taħt isem ieħor: ‘Lill-Madonna minn Uliedha’. Description: Part 1 (2023) - 2023-01-01T00:00:00Z L-Innu l-Kbir f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes ta’ Mro Carmelo Scicluna (1903-1981) /library/oar/handle/123456789/112755 2023-08-31T10:36:56Z 2022-01-01T00:00:00Z Title: L-Innu l-Kbir f’ġieħ il-Madonna ta’ Lourdes ta’ Mro Carmelo Scicluna (1903-1981) Abstract: L-Innu Vokali u Strumentali ddedikat lill-Verġni Marija taħt it-titlu ta’ Lourdes huwa kompożizzjoni ta’ Mro Carmelo Scicluna (1903-1981) li huwa kiteb 75 sena ilu u li jġib id-data tat-30 ta’ Settembru 1947. L-innu, li għandu versi bil-Malti ta’ Dun Frans Camilleri (1919-1990), indaqq għall-ewwel darba mill-banda Qrendija fuq planċier ġdid taħt id-direzzjoni tal-kompożitur innifsu nhar il-11 ta’ Frar tas-sena ta’ wara b’tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes fl-1858. Għal dan l-anniversarju speċjali, Nicholas Azzopardi, l-editur ta’ dan il-ktieb annwali, u f’isem is-Socjeta Filarmonika Lourdes tal-Qrendi, talabni biex ninsiġlu artiklu mużikali bil-Malti relatat mal-Banda Lourdes u l-Innu l-Kbir. F’din l-ewwel parti, fost affarijiet oħrajn, se ntikom tagħrif dwar l-oriġini ta’ dan l-innu Marjan u dwar il-protagonisti fuq imsemmija li bil-ħidma ta’ bejniethom tawna ġawhra oħra li kompliet tgħani r-repertorju bandistiku lokali. Description: Part 1 (2022) 2022-01-01T00:00:00Z The best of Willie Attard : fl-okkażjoni t’għeluq il-52 sena minn mewtu /library/oar/handle/123456789/112753 2023-08-31T10:35:59Z 2022-01-01T00:00:00Z Title: The best of Willie Attard : fl-okkażjoni t’għeluq il-52 sena minn mewtu Abstract: Bħala wieħed li nħobb nirriċerka fuq ħajjet u ħidmet is-surmast Willie Attard, ma jistax jonqos li dis-sena ma nkellimkomx fuq ix-xogħlijiet li kellhom jindaqqew fil-medley ‘The Best of Willie Attard’ waqt il-kunċert li kellu jsir sentejn ilu fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn mewtu li ġrat fit-3 ta’ Marzu, 1970, fl-età ta’ kważi 71 sena, peress li huwa twieled fil-11 ta’ Mejju, 1899. Dal-medley kien jikkomprendi siltiet minn seba’ xogħlijiet oriġinali għall-banda mill-pinna tiegħu ta’ bejn l-1928 u l-1956, li jvarjaw minn sempliċi marċi brijużi u ieħor funebri, għal bċejjeċ aktar impenjattivi, bħalm’huma d-‘Danza Orientale’, il-fantasija melodika ‘Cuor d’Artista’, u l-iScherzo ‘I Due Amici’, għal dwett bejn żewġ solisti u banda. Magħhom inżidu wkoll il-marcia religiosa ‘Reġina tal-Paċi’. F’dal-artiklu se nitkellmu wkoll fuq l-element Marjan f’xogħlijietu, aktar u aktar peress li hu kien surmast ta’ żewġ baned fejn jiġu ċċelebrati l-festa f’ġieħ il-Madonna, dik ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa u l-Assunta fir-Rabat, Għawdex. Niżżi ħajr lil Kaptan Mro Twanny Attard talli għoġbu jgħaddili l-partituri biex stajt ninseġ dal-artiklu. Description: This article includes the following images : Mro. Willie Attard - Firma Willie Attard - Mro. Willie Attard (Indipendenza) - Mater Dolorosa - Frontizspizju partitura Mater Dolorosa - Reġina tal-Paċi - Frontispizju partitura Reġina tal-Paċi - Pagna awtografata Reġina tal-Paċi - Kunċert Attard 1954 - Programm tal-Festa 1956 2022-01-01T00:00:00Z