OAR@UM Community:/library/oar/handle/123456789/19522025-10-27T20:54:41Z2025-10-27T20:54:41ZDiskors ta' introduzzjoni/library/oar/handle/123456789/1404912025-10-23T08:35:15Z1973-01-01T00:00:00ZTitle: Diskors ta' introduzzjoni
Abstract: Inħossni onorat li sa niftaħ jiena din il-laqgħa u ferħan li, għalhekk,
f'isem il-Kunsill Ċiviku ta' Għawdex, ser inkun dalgħodu l-ewwel wieħed
li nippreżenta il-happy birthday lill-konċittadin tagħna, Dr. Ninu Cremona.
Ma hix ċertament ħaġa komuni li wieħed jilħaq id-90 sena, u hija ħaġa
wisq inqas komuni li wieħed jilħaq din l-era veneranda u jikkonserva
integti l-fakultajiet mentali tiegħu bħal ma kkonservahom Dr. Cremona,
il-festeġġjat tagħna. [silta]1973-01-01T00:00:00ZTifkira ta' ħabib lil ħabib/library/oar/handle/123456789/1404862025-10-23T05:01:19Z1973-01-01T00:00:00ZTitle: Tifkira ta' ħabib lil ħabib
Abstract: META żewġt iħbieb isiru jafu lil xulxin u kull meta jiltaqgħu dejjem jitkellmu fuq dak li għandhom għal qalbhom, f'dak il-ħin qatt ma jidħlilhom
f'rashom li xi darba xi ħadd minnhom irid jinfired mill-ieħor. Hekk hu
magħmul il-bniedem. Sakemm il-moħħ jaħdem, il-qalb tħabbat u l-ħbiberija
tgħaqqad, wieħed dejjem jaħseb f'dak il-ħin u fl-għada u minn moħħu
jwarrab il-ħsieb tal-mewt li għandha isem kull iwieħed minna mniżżel
fil-ktieb iswed tagħha. [silta]1973-01-01T00:00:00ZFid-disgħin sena ta' Dr. A. Cremona/library/oar/handle/123456789/1404782025-10-22T13:40:25Z1973-01-01T00:00:00ZTitle: Fid-disgħin sena ta' Dr. A. Cremona
Abstract: HEMM ħafna okkażjonijiet soċjali li tmur għalihom, ma ngħidx fuq il-qalb,
u hemm oħrajn fejn mhux biss tmur bil-qalb, imma tifraħ li tkun mistieden
għal din l-okkażjoni u tirringrazzja lil min ikun stiednek. Għax ngħidilkom
is-sewwa, jekk hemm ħbiberija li ili ngħożżha, din hi ħbiberija tas-sur Nin,
li wara l-ġieh li tatu l-Universita ta' Malta jistħoqqlu l-isem ta' duttur-D.Litt. X'differenza hemm fid-dottorat li jittieħed f'suġġett jew ieħor
wara snin twal ta' studju fl-Universita? Hemm id-differenza li d-dottorat
li jittieħed bi studju, li jittieħed formali bI-istudju ġo Universita jew
dak li jkun għadda minn mgħasra, bil-prova iebsa ta' l-eżamijiet u stħaqq
it-titlu ta' duttur, duttur tal-liġi ngħidu aħna, duttur tal-mediċina, umbagħad
dak li jkun jista' jaħdem il-professjoni tiegħu, sa hawn, imma, imbagħad
wara, jekk ma jagħmilx ħaġa oħra ħlief li jħaddem il-professjoni tiegħu,
dan jista' jissejjaħ professjonist, u formalment duttur, għax il-grad la
darba ħadu, ħadu imma mhux duttur fis-sens tal-kelma, dak il-professjonista illawrjat, li jitlaq l-istudji, jew inkella jieqaf mill-istudji. [silta]1973-01-01T00:00:00ZLil Ninu Cremona/library/oar/handle/123456789/1404772025-10-22T13:37:33Z1973-01-01T00:00:00ZTitle: Lil Ninu Cremona
Abstract: Poeżija bil-Malti miktuba minn Kan. M. A. Apap.1973-01-01T00:00:00Z