OAR@UM Community:/library/oar/handle/123456789/202412025-12-23T03:09:49Z2025-12-23T03:09:49ZMon. Kav. Dun Karm Scerri : Mużiċista/library/oar/handle/123456789/1417502025-12-01T06:46:10Z1997-01-01T00:00:00ZTitle: Mon. Kav. Dun Karm Scerri : Mużiċista
Abstract: Mons. Kav. Dun Karm Scerri (1905–1981), Naxxari, kien saċerdot u mużiċist Malti li ħalla impatt qawwi fuq il-mużika sagra f’Malta. Wara studji u tħejjija saċerdotali fi Franza, sar organista tal-Katidral ta’ Luçon u għallem kant gregorjan u lingwi klassiċi. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija nżamm priġunier f’kamp ta’ St Denis, fejn kompla jaqdi lill-Maltin u anke kkonverta Lhudi għall-fidi. Wara l-gwerra rritorna Malta, sar organista tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u waqqaf Schola Cantorum fin-Naxxar. Ikkompona diversi innijiet u xogħlijiet sagramentali, fosthom l-Oratorju “San Gregorio Magno”. ġie rikonoxxut b’diversi unuri kemm f’Malta kif ukoll barra. Miet fl-1981 u jibqa’ mfakkar għall-kontribut tiegħu lejn il-mużika liturġika Maltija.1997-01-01T00:00:00ZMro. Ġużeppi Zammit/library/oar/handle/123456789/1416622025-11-27T09:07:16Z2000-01-22T00:00:00ZTitle: Mro. Ġużeppi Zammit
Abstract: Dan l-artiklu jfakkar lill-kompożitur Malti Ġużeppi Zammit fl-100 anniversarju mit-twelid tiegħu.2000-01-22T00:00:00ZInfakkru lis-surmast Naxxari Giuseppe Stivala/library/oar/handle/123456789/1393512025-10-01T06:07:15Z1991-01-01T00:00:00ZTitle: Infakkru lis-surmast Naxxari Giuseppe Stivala
Abstract: Ir-rabta tas-Surmast Stivala mas-Soċjeta Vittorja tan-Naxxar ma tistax tkun akbar milli kienet. Giuseppe Stivala kien fil-fatt il-fundatur ta' din is-soċjeta' u serva fil-kumitat sa mit-twaqqif tagħha fl-1916. Is-Surmast Stivala ħallielna patrimonju kbir mużikali fosthom, marċi, innijiet, fantasiji, marċi funebri u kompozizzjonijiet oħrajn. Huwa kellu ukoll direzzjoni ta' surmast mill-aqwa u dixxiplina qawwija fuq il-bandisti.1991-01-01T00:00:00ZGiuseppe Micallef : ħajtu u ħidmietu/library/oar/handle/123456789/1389852025-09-12T10:55:54Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Giuseppe Micallef : ħajtu u ħidmietu
Abstract: Giuseppe Micallef twieled f'Ħaż-Żabbar fil-5 ta' Ġunju 1854 u kien is-surmast li waqqaf l-ewwel banda f'Ħaż-Żabbar jiġifieri is-Soċjeta' Filarmonica 'Maria Mater Gratiae'. Huwa trabba f'familja fqira u kien orfni meta kien żgħir fil-fatt huwa beda' jitgħallem il-mużika meta kien fl-istitut mal-banda degli orfani. Micallef kien mużiċist u serva fil-militar Ingliż, inkluż mar-Royal Malta Fencible Artillery u fuq tliet vapuri militari. Kien magħruf ukoll bil-laqam "Il-Baqrambun".2020-01-01T00:00:00Z