OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/2619 2025-11-16T18:59:02Z 2025-11-16T18:59:02Z Michele Cachia : Eroj Żejtuni /library/oar/handle/123456789/141144 2025-11-11T14:52:09Z 2000-10-01T00:00:00Z Title: Michele Cachia : Eroj Żejtuni Abstract: L-artiklu jiddeskrivi l-ħajja ta’ Michele Cachia, perit miż-Żejtun li kellu rwol importanti fil-qawmien tal-Maltin kontra l-Franċiżi fl-1798. Cachia kien magħruf għall-ħila tiegħu fl-inġinerija u l-organizzazzjoni tad-difiża, fejn għen fit-twaqqif ta’ diversi batteriji madwar iż-Żejtun u l-Port il-Kbir. L-awtur jenfasizza l-kuraġġ u l-integrità tiegħu, li għamluh figura rispettata kemm bħala inġinier kif ukoll bħala mexxej tal-poplu. Description: From the private collection of Mr. Salvino Camilleri. 2000-10-01T00:00:00Z Wara l-mewt ta' l-imħallef Prof. Wallace PH Gulia : ġentlom ta' qalb kbira u intelletwali b'fidi qawwija f'Alla /library/oar/handle/123456789/140887 2025-11-06T08:33:14Z 2000-06-24T00:00:00Z Title: Wara l-mewt ta' l-imħallef Prof. Wallace PH Gulia : ġentlom ta' qalb kbira u intelletwali b'fidi qawwija f'Alla Abstract: L-aħbar tal-mewt tal-Imħallef Wallace Philip Gulia, li seħħet nhar il-Ħadd, 11 ta’ Ġunju, ġabet magħha sens ta’ telf kbir, għax kienet tfisser il-mewt ta’ wieħed mill-aktar ġudikanti sinċieri u onesti li kellha Malta. Bil-mewt tiegħu, il-pajjiż tilef iben denju li għamel ġieħ lil Malta permezz tal-ħajja integra tiegħu u l-kontribut sostanzjali li ta fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, fil-qasam tal-kultura u f’dak soċjali. Fuq kollox, kien bniedem ta’ prinċipji reliġjużi u morali sodi, li kellu fiduċja sħiħa fil-Mulej, anke matul il-perjodu twil tal-handicap fiżiku li laqtu meta kien riesaq lejn il-quċċata tal-karriera tiegħu, u li kompla jġarrbu b’kuraġġ sal-aħħar ta’ ħajtu, meta ssejjaħ għal ħdan il-Ħallieq Divin tiegħu. 2000-06-24T00:00:00Z Ordni Militari Sovran ta' Malta /library/oar/handle/123456789/140488 2025-10-23T06:12:41Z 2011-01-01T00:00:00Z Title: Ordni Militari Sovran ta' Malta Abstract: F'dan l-artiklu tingħata informazzjoni qasira dwar l-istorja tal-Kavallieri ta' Malta, mill-bidu tagħhom bħala fondazzjoni Benedittina Ii tieħu ħsieb il-kura ta' dawk morda fl-Art Imqaddsa fis-seklu ħdax, sat-tmiem tagħhom fl-1798 meta tkeċċew minn Malta minn Napuljun. 2011-01-01T00:00:00Z Mir-reġistru parrokkjali tan-Naxxar (1546-1650) /library/oar/handle/123456789/140207 2025-10-16T10:07:58Z 2002-01-01T00:00:00Z Title: Mir-reġistru parrokkjali tan-Naxxar (1546-1650) Abstract: Dan l-artiklu jagħti nfromazzjoni dwar żwiġijiet, magħmudijiet u funerali fin-Naxxar bejn l1546-1650. Il-medja taż-żwieġ għall-irġiel kienet ta' 23.61 sena u tan-nisa kienet 23.51 sena. L-aktar ġurnata popolari għaż-żwieġ kienet kif wieħed jistenna, minħabba l-influenza tal-knisja, il-Ħadd. Il-Ħadd ukoll kienet l-aktar ġurnata popolari għall-magħmudijiet u funerali. L-anqas ġranet popolari kienu il-Ġimgħa u l-Erbgħa minħabba l-fatt li dawn il-jiem huma marbutin mal-mewt ta' Kristu. 2002-01-01T00:00:00Z