OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/476742025-11-17T20:54:00Z2025-11-17T20:54:00ZIl-ġeografija ta' Ħal-KirkopSchembri, John A.Bonnici, Kurt/library/oar/handle/123456789/477222019-10-27T06:45:28Z2000-01-01T00:00:00ZTitle: Il-ġeografija ta' Ħal-Kirkop
Authors: Schembri, John A.; Bonnici, Kurt
Abstract: Jidher li Ħal Kirkop (Figura 1 [1985]) irreżista l-bidliet kbar ta' matul dan
iż-żmien, il-bidla politika, ekonomika u strutturali li għaddew minnha l-Gżejjer
Maltin. Dan sar minħabba d-daqs tal-popolazzjoni, il-firxa tal-bini, l-ekonomija
u l-użu ta' l-art ta' madwar ir-raħal (Figura 2).
L-iskop ta' dan il-kapitlu hu li jippreżenta l-ġeografija ta' Ħal Kirkop u l-inħawi
ta' madwaru. Għaldaqstant, huwa tajjeb li wieħed jibda b' deskrizzjoni tal-ġeografija
fiżika taż-żona, u jkompli b'deskrizzjoni tal-ġeografija tal-popolazzjoni,
ta' l-aħħar imsawra fuq l-aħħar mitt sena.
Description: This document includes a list of the Parish priests at Ħal-Kirkop.2000-01-01T00:00:00ZIl-flora u l-veġetazzjoni ta' Ħal KirkopLanfranco, Edwin/library/oar/handle/123456789/477052019-10-27T06:47:20Z2000-01-01T00:00:00ZTitle: Il-flora u l-veġetazzjoni ta' Ħal Kirkop
Authors: Lanfranco, Edwin
Abstract: Il-lokal ta' Ħal Kirkop hu wieħed agrikolu kif ukoll industrijali; jispikkaw
ukoll il-barrieri. Għaldaqstant, wieħed ma' jistenniex veġetazzjoni naturali.
Madanakollu, hemm ukoll dak li hu ta' interess.
Fit-toroq tar-raħal, insibu għadd ta' siġar ikkultivati sabiex isebbħu. Fost dawn
insibu l-Bżar Falz (Schinus terebinthifolia), iċ-Ċipress (Cupressus
sempervirens), is-Siġra ta' Ġuda (Cercis siliquastrum), l-Akaċja (Acacia
saligna) u l-Ewkaliptus (Eucalyptus gomphocephala). Ta' min jgħid li
għalkemm is-Siġra ta' Ġuda ma tikbirx salvaġġa fil-gżejjer Maltin, instabu
fdalijiet ta' njam maħruq tagħha mill-perjodu Neolitiku bikri (Fażi "Għar
Dalam") mill-Iskorba (Metcalfe, 1966) u, għaldaqstant, jidher li kienet siġra
naturali Maltija, fil-qedem. Is-siġra tal-Bżar Falz, indiġena tal-Amerika ta'
Isfel, hi siġra li tintuża ħafna bħala ornamentali fit-toroq Maltin; huwa
interessanti li f'dawn l-aħħar għoxrin sena bdiet taħrab u tikber weħidha fis-salvaġġ.2000-01-01T00:00:00ZL-ewwel reġistru tal-parroċċa ta' Ħal Kirkop 1592-1679Vella, Horatio Caesar Roger/library/oar/handle/123456789/476922021-04-07T06:29:14Z2000-01-01T00:00:00ZTitle: L-ewwel reġistru tal-parroċċa ta' Ħal Kirkop 1592-1679
Authors: Vella, Horatio Caesar Roger
Abstract: Dan l-istudju huwa frott ta' traskrizzjoni li jien għamilt mill-ewwel manuskritt
li l-Parroċċa taghna ta' Ħal Kirkop għad għandha fl-Arkivju Parrokkjali tagħha.
Dan il-manuskritt jiġbor fih tlett reġistri, dak taż-Żweġijiet, dak tal-Magħmudijiet
u dak ta' l-Imwiet, mill-1592, meta bdiet il-Parroċċa tagħna,
sal-1679 (1671 fil-każ tal-Magħmudijiet u ż-Żweġijiet). Din it-traskrizzjoni,
ipreżentata lill-Kappillan ta' Ħal Kirkop b'forma alfabetika bl-isem ta' Indiċi
ta' l-ewwel reġistru taż-żweġijiet, magħmudijiet u mwiet (1592-1671) tal-Parroċċa
San Leonardu, Kirkop (Kirkop, 1999), hija wkoll miżmuma mill-Kappillan
għall-iskop li għalih inkiteb, jiġifieri, sabiex jieħu post dan l-ewwel
reġistru manuskritt tar-raħal, waqt li jagħtih serħan kif jixraqlu, wara 408 sena
li beda jinkiteb u jintuża.
Permezz ta' dan ix-xogħol, sar iktar possibli li jsir dan l-studju fuq
il-popolazzjoni ta' Ħal Kirkop fl-ewwel snin ta' ħajjet il-parroċċa tagħna. Ma
jistax jonqos li kull nota storika li ltqgħajt magħha jiena inkorporajtha f'dan
l-istudju.2000-01-01T00:00:00ZĦal Kirkop sal-1592Fiorini, Stanley/library/oar/handle/123456789/476912019-10-27T06:47:07Z2000-01-01T00:00:00ZTitle: Ħal Kirkop sal-1592
Authors: Fiorini, Stanley
Abstract: !l-kitba erudita ta' Geoffrey Hull bl-isem The Origin of the Name 'Kirkop', li
tnissel l-etimoloġija tal-kunjom "Kirkop" u isem ir-raħal mill-Għarbi barquq
(isem ta' frotta, bil-Malti "berquq"), b'argument purament filoloġiku hi mgħallta
għaliex tbarri għal kollox id-drawwiet lokali, li nistgħu nqisuhom bħala l-liġijiet
li jiggvernaw it-tnissil tat-toponomastika tagħna. Analisi tat-toponimi Maltin
marbuta ma' lokalitajiet mgħammra għandha twassal għal dawn
il-konklużjonijiet li ġejjin: hemm distinzjoni netta bejn ismijiet li jġibu
quddiemhom il-kelma "Raħal" u dawk li ma jġibuhiex.2000-01-01T00:00:00Z