OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/478982026-06-20T10:58:53Z2026-06-20T10:58:53ZMalta : interpretazzjoni storika u metaforika fil-poeżija Maltija/library/oar/handle/123456789/705502021-03-08T09:26:45Z2019-01-01T00:00:00ZTitle: Malta : interpretazzjoni storika u metaforika fil-poeżija Maltija
Abstract: L-għanjiet tat-teżi huma l-istħarriġ ta’ xi jħossu l-poeti għall-pajjiż, l-għarfien
tal-kontribut poetiku lill-gżira meqjusa nazzjon, u l-iskopertà tal-metafora ta’ Malta
bħala mara. Ilkoll jintrabtu mal-prinċipju tan-nazzjonaliżmu kulturali u politiku, u malprinċipji
tar-Romantiċiżmu u l-Moderniżmu li l-poeti nqdew bihom biex ifaħħru jew
jikkritikaw lil Malta u lill-Maltin. It-teżi toffri stħarriġ tal-figura ta’ Malta bħala pajjiż
fis-sens fiżiku nazzjonali, u bħala perċezzjoni poetika msarrfa f’figura metaforika.
Kif jixhed it-titlu, it-teżi se tinqasam f’żewġ taqsimiet: l-interpretazzjoni Storika
magħmula minn l-ewwel tliet kapitli, u l-interpretazzjoni Metaforika li fiha l-aħħar
żewġ kapitli. L-ewwel kapitlu se jittratta l-mixjiet storiċi ta’ kif issawru, tħaddmu u
nbidlu l-ideat ta’ nazzjon, il-karatteristiċi nazzjonali, u l-kunċett tan-nazzjonaliżmu. Ittieni
kapitlu se jinkludi l-istħarriġ dwar l-importanza tal-istorja għan-nazzjon, b’enfasi
fuq il-ġrajjiet kollha tal-poplu sal-ġlieda għall-ħelsien fl-imblokk tal-Franċiżi. It-tielet
kapitlu jispjega l-ħsibijiet politiċi ta’ Mikiel Anton Vassalli, ta’ Manwel Dimech u talfundaturi
tal-partiti ewlenin, l-ideat Romantiċi li bihom kellhom jingħelbu l-inġustizzji
tal-kolonizzaturi u jinkisbu t-tamiet għall-ħelsien, u l-manjieri li bihom il-Modernisti
esprimew il-kritika lejn il-poplu wara l-Indipendenza. Ir-raba’ kapitlu jiffoka fuq itteoriji
filosofiċi u lingwistiċi dwar il-metafora li jfissru aħjar il-ħsibijiet dwar lidentifikazzjoni
ta’ Malta ma’ mara. L-aħħar kapitlu jistħarreġ l-irwoli differenti li l-poeti jagħtu lill-gżira meta jippreżentawha bħala xbieha femminili, u kif permezz
tagħha jipprovdu l-ħsibijiet nazzjonalistiċi.
Il-poeti, bħal Ġan Anton Vassallo, Manwel Pace, Ġorġ Zammit, Charles Coleiro,
Daniel Massa u Mario Azzopardi, jippreżentaw dawn il-funzjonijiet u oħrajn ladarba
jidentifikaw lil Malta bħala mara minħabba li t-termini referenzjali bħal, “gżira,” “art”
u “blata,” huma femminili. Minbarra l-fattur lingwistiku, hemm fatturi oħrajn, ilkulturali
u l-istoriku, li bihom jesprimu l-karbiet tagħhom kontra l-kolonizzazzjoni u lprogress.
B’hekk il-poeti jippoetiċizzaw il-kuntesti politiċi u soċjali, u jesprimu lgħanjiet
tagħhom ħalli jsawru ġejjieni perfett. L-istħarriġ metaforiku jissaħħaħ u
jintrabat mal-istorja għaliex minnha jinftiehmu l-kundizzjonijiet temporali, u jingħarfu
l-aspetti u l-kunċetti l-aktar essenzjali għall-membri tan-nazzjon. Kull konklużjoni
tissaħħaħ bir-riferimenti għall-poeżiji minn bosta antoloġiji poetiċi li, flimkien ma’
kotba u artikli li huma studji għar-riċerka, jidhru fil-lista biblijografika.
Description: M.A.MALTESE2019-01-01T00:00:00ZIr-reġistru tat-tqala u tal-ħlas/library/oar/handle/123456789/623462020-10-25T06:33:42Z2019-01-01T00:00:00ZTitle: Ir-reġistru tat-tqala u tal-ħlas
Abstract: Din it-teżi hija mqassma fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta x-xogħlijiet lijitkellmu dwar it-tqala u l-ħlas, u huwa maqsum fi tnejn. L-ewwel taqsima tagħti ħarsa lejn xogħlijiet informattivi dwar it-tqala u l-ħlas. F’dawn ix-xogħlijiet insibu kotba li huma miktubin għall-istudenti li jridu jsiru qwiebel u għalhekk għandhom funzjoni didattika, u nsibu kotba oħrajn li huma indirizzati għall-ommijiet, sabiex jedukawhom kif għandhom irabbu lil uliedhom peress li żmien ilu n-nuqqas ta’ iġjene kien qiegħed iwassal għal ħafna mwiet tat-trabi. It-tieni taqsima tittratta s-superstizzjonijiet, iddrawwiet u t-tradizzjonijiet marbuta mat-tqala u mal-ħlas. F’din it-taqsima naraw kif flantik, in-nies kienu jassoċjaw it-tqala u l-ħlas mal-qaddisin u mat-talb, mal-qamar u mal-ħaxix, fost l-oħrajn. Fit-tieni kapitlu nippreżenta l-metodoloġija li użajt sabiex ġbart it-termini u linformazzjoni li kelli bżonn biex nindirizza l-għanijiet tal-istudju. F’dan il-kapitlunitkellem dwar l-għażla tas-sorsi li minnhom nislet it-termini u l-informazzjoni.
Nitkellem ukoll dwar l-għażla ta’ dawn it-termini u kif fassalt il-mistoqsijiet għallintervisti. Niddeskrivi l-intervisti strutturati, nispjega l-mistoqsijiet fid-dettall, u nitkellem fuq l-għażla tal-parteċipanti. Ma’ dan il-kapitlu ninkludi l-kwestjonarju, li hu għodda ewlenija fil-ġbir tat-termini ta’ dan ir-reġistru.
It-tielet kapitlu huwa maqsum fi tnejn. Fl-ewwel taqsima nsibu l-analiżi talkwestjonarju u tas-sorsi. Dan il-kapitlu hu maqsum f’diversi taqsimiet għaliex nitkellem fuq it-termini li ntużaw, il-varjanti lessikali, l-influwenza mill-Ingliż f’dan irreġistru, u l-bqija. Fit-tieni taqsima l-ewwel nagħti deskrizzjoni tal-glossarju u tattqassim tiegħu u mbagħad nippreżenta l-glossarju.
Fl-aħħar ta’ din it-teżi hemm ħames appendiċi. L-ewwel appendiċi jinkludi littra tal-informazzjoni li ngħatat lill-qwiebel. It-tieni appendiċi jinkludi l-formola talkunsens li ffirmaw il-qwiebel. Fit-tielet appendiċi nsibu l-irrekordjar tal-intervisti. Firraba’ appendiċi nsibu t-traskrizzjonijiet tat-tliet intervisti mal-qwiebel, u l-ħames
appendiċi jinkludi taqsima mill-kwestjonarju li fiha l-qwiebel immarkaw liema termini
jużaw l-iżjed.
Description: B.A.(HONS)MALTESE2019-01-01T00:00:00ZĠabra analitika tal-materjal lingwistiku fil-programm “Seħer il-Malti” (Ott. 2011 – Ġun. 2012)/library/oar/handle/123456789/491352020-06-01T12:57:04Z2019-01-01T00:00:00ZTitle: Ġabra analitika tal-materjal lingwistiku fil-programm “Seħer il-Malti” (Ott. 2011 – Ġun. 2012)
Abstract: Għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena, il-programm “Seħer il-Malti” offra
pjattaforma għas-semmiegħa Maltin u Għawdxin, kemm minn Malta kif ukoll minn
barra xtutna, biex joffru l-esperjenza lingwistika tagħhom lil xulxin dwar bosta oqsma
tal-ħajja. Għalhekk dan il-programm jista’ jitqies bħala għajn importanti ta’ tagħrif
dwar il-kliem, l-espressjonijiet u elementi oħra tal-ilsien Malti, spiss imżejnin
b’varjazzjonijiet lingwistiċi ħerġin mid-djalett jew mir-reġistru tas-semmiegħa.
Billi jiena kemm-il darba segwejt dan il-programm, ħassejt il-ħtieġa li jfittex
jinġabar dan il-materjal lingwistiku li hu ta’ interess għall-Malti, u bit-teżi tiegħi tal
Baċellerat ġietni tassew ix-xoqqa f’moxtha. Għalhekk l-għan tiegħi fit-teżi sar li
nanalizza t-tagħrif maħruġ mill-programm irrekordjat u nagħmel ġabra tal-kliem, l-
espressjonijiet, u tagħrif ieħor fuq il-Malti, miġbur direttament minn fomm is-
semmiegħa li jikkontribwixxu għall-programm. Din il-ġabra tkun tista’ titqies bħala
forma ta’ konservazzjoni ta’ numru ta’ elementi lingwistiċi u termini li maż-żmien
jistgħu jintilfu, kif ukoll ta’ lessiku li jaf ma ġiex imniżżel fid-dizzjunarji li għandna sa
issa, ladarba ħadd minn dawn ma nqeda b’mezz tant dirett u interattiv bħar-radju.
Ta’ min jiftakar li, billi huwa mezz mitkellem, ir-radju jilħaq u huwa aċċessibbli għal
kulħadd, imqar għal min ma jkunx jaf jikteb, għall-kuntrarju tal-mezzi tradizzjonali
bħall-kotba u l-gazzetti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE2019-01-01T00:00:00ZAnaliżi tar-rettorika mħaddma minn Dr Eddie Fenech Adami bejn l-1981 u l-1982/library/oar/handle/123456789/491262020-04-20T12:50:17Z2019-01-01T00:00:00ZTitle: Analiżi tar-rettorika mħaddma minn Dr Eddie Fenech Adami bejn l-1981 u l-1982
Abstract: Bħal kull użu prammatiku ieħor ir-rettorika għandha l-kuntest partikolari, xi drabi
mqanqal, tagħha. L-isfond jagħti lir-rettorika ġustifikazzjoni u intensità f’mument
storiku li ħtieġha bħala għodda pubblika. Id-diskorsi politiċi trattati f’din it-teżina,
ippreżentati minn Eddie Fenech Adami matul l-1981 u l-1982, huma relevanti
minħabba l-kuntest problematiku, kontroversjali u uniku li seħħew fih: il-kampanja
elettorali li wasslet għall-elezzjoni ta’ Diċembru li “pproduċiet riżultat li Mintoff stess
stqarr li kien pervers” (Friggieri, “Eddie Fenech Adami” 14) għaliex il-Partit Laburista
kiseb il-maġġoranza ta’ siġġijiet fil-Parlament u l-minoranza ta’ voti u l-Partit
Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza tal-voti u l-minoranza ta’ siġġijiet, b’reazzjonijiet
intensi mill-Partit Nazzjonalista, fosthom il-bojkott lil Xandir Malta, l-assenza mill
postijiet tax-xogħol fl-Imnarja, l-assenteiżmu parlamentari u “l-‘mass meetings’
verament kbar” (ibid.). L-eżempji li ntgħażlu fit-teżina ma jkoprux ir-ripertorju
lingwistiku sħiħ tal-kelliem, iżda għal raġunijiet ta’ spazju kelli dejjem immur għall
aktar strateġiji diskursivi prominenti. Pereżempju, fit-tielet kapitlu kelli ndejjaq l
analiżi tiegħi dwar l-atti tad-diskors u nillimita ruħi għal partijiet li dehru l-aktar
interessanti fil-kuntest ta’ dan l-istudju.
Il-kwistjoni ta’ dimensjoni kostituzzjonali u nazzjonali wasslet għal deċiżjonijiet
kruċjali u d-diskorsi mqanqlin kienu l-motivazzjoni wara d-deċiżjonijiet li ttieħdu. L
integrazzjoni tar-rettorika ma’ deċiżjonijiet kruċjali tidher mill-Perjodu Klassiku fil
kultura diskursiva tal-Punent, għaliex l-arti tal-persważjoni affettwat il-fiduċja li l
poplu kellu fil-figura pubblika. Apparti dan, minħabba li d-deċiżjonijiet li jittieħdu
jinfluwenzaw ħajjet iċ-ċittadini, konsegwentement ir-rettorika għandha titqies fid
dawl tal-impatt kbir li tista’ tħalli fuq ħajjithom. Huwa għalhekk li tagħmel parti
intrinsika minn kull demokrazija. Minħabba l-vitalità tar-rettorika sa mill-qedem, l
ewwel kapitlu ser jittratta l-bażi tar-rettorika, l-istudji ta’ ħassieba u filosofi magħrufa
bħal Aristotli u Platun, kif ukoll ħarsa aktar riċenti lejn il-mod kif ir-rettorika
tħaddmet minn oraturi famużi bħal John Quincy Adams, Adolf Hitler u Martin Luther
King Jr.
Description: B.A.(HONS)MALTESE2019-01-01T00:00:00Z