OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/483622025-12-22T20:36:28Z2025-12-22T20:36:28ZIs-sehem tal-psikoloġija fit-tfassil tal-policiesDarmanin, Alfred/library/oar/handle/123456789/485232019-11-10T06:10:20Z1995-01-01T00:00:00ZTitle: Is-sehem tal-psikoloġija fit-tfassil tal-policies
Authors: Darmanin, Alfred
Abstract: Il-Kamp tiegħi huwa l-psikoloġija, u se nitkellem b'mod skematiku kif il-psikoloġija
tista' taffettwa l-politika tal-pajjiż għall-ġejjieni, u se nieħu tliet
oqsma. L-ewwel qasam huwa l-edukazzjoni. Jidhirli li importanti li għal
ġejjieni ssir bidla radikali fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni b'mod speċjali
f' dak li huwa school psychological services. Jidhirli għandha ssir sistema aktar
effettiva ta' kif isir dan is-servizz li huwa utili, ta' educational psychologists,
ta' counsellors, u guidance teachers. Naħseb li hemm bżonn ta' ristrutturazzjoni
għal aktar effettività li jiġu impjegati wkoll, barra educational psychologists,
clinical psychologists, għax nafu li t-tfal, il-problemi li jkollhom m'humiex
biss ta' natura marbuta ma' l-iskola imma mal-ħajja, mal-familja. Naħseb kien
pass tajjeb b'dik li bdiet il-PSE - personal and social education, imma din
ukoll naħseb għad hemm ħafna fejn titjieb.
Description: This document includes the closing address by Dr. Alfred Sant, and the book’s synopsis on the back cover.1995-01-01T00:00:00ZĦtieġa ta' pjan strateġiku għall-UniversitàMallia, Edward A./library/oar/handle/123456789/485152019-11-10T06:09:20Z1995-01-01T00:00:00ZTitle: Ħtieġa ta' pjan strateġiku għall-Università
Authors: Mallia, Edward A.
Abstract: lli ftit anqas minn ħames snin fid-dipartiment tal-Fiżika tal-Fakultà tax-Xjenza;
ftit anqas minn hekk fis-Senat, u ftit xhur fil-Kunsill. Nixtieq għalhekk
insemmi xi problemi li laqtuni, l-iżjed biex jibda jinħoloq forum ta' diskussjoni
bejn l-Università u d-dinja politika-soċjali ta' madwarna.
Fil-Kunsill, li bażikament jiggverna l-Università, hemm maġġoranza ta'
nies appuntati mill-Prim Ministru u minn ministri oħra (u issa anki fil-Fakultà
tat-Teoloġija bil-ftehim Gvern-Vatikan). Dawn ikunu ġeneralment nies minn
barra l-Università. Inħoss li wasal iż-żmien li din il-bixra tal-Kunsill tinbidel.
Nies minn barra l-Università għandu jkun hemm, kemm biex il-Gvern ikollu
ħjiel kif sejra l-Università kif ukoll biex dawn in-nies iwasslu fost il-poplu -
li jħallas għall-Università - stampa ċara ta' kif taħdem. Madankollu, il-ħtieġa
kbira li nara li għandu l-Kunsill hu li x-xogħol tiegħu jkun magħruf minn iżjed
nies fl-Università stess, u li f'dan ix-xogħol ikollu element ta' oppożizzjoni
kostruttiva, ħaġa li n-nies ta' barra l-Università ma jkollhomx żmien għaliha.
Mingħajrha, tendenzi ta' nuqqas ta' trasparenza, ta' daqq ta' qanpiena waħda,
ta' poteri fi ftit idejn ikunu diffiċli li trażżanhom.1995-01-01T00:00:00ZL-ethos Malti mheddedSammut, Frans/library/oar/handle/123456789/484972019-11-10T06:10:18Z1995-01-01T00:00:00ZTitle: L-ethos Malti mhedded
Authors: Sammut, Frans
Abstract: Kull meta joqrob biex jintemm seklu, u l-aktar meta jkun se jintemm
millennju, ikun hemm paniku sħiħ fost is-superstizzjużi. Mat-tgerbib tas-snin
u fuq kollox b'riħet il-progress kbir fl-oqsma tax-xjenza, il-bniedem m'għadux
superstizzjuż daqskemm kien dari. Għall-inqas għalissa għadna ma rajniex
nies jiġru mherwlin mat-toroq iħabbru tmiem id-dinja u l-wasla tal-ġudizzju
Universali. Jekk tidwil l-imħuħ irnexxielu jeħlisna minn dehriet bħal dawn,
lanqas ma rridu nkunu aħna li noħolqu xi twerwir li mbagħad jixtered bħan-nar
mal-pajjiż kollu.
Min-naħa l-oħra lanqas ma nistgħu noqogħdu b'idejna fuq żaqqna u ma
nsemmux ċertu twegħir li jidher riesaq fuq ix-xefaq u jhedded l-ethos Malti.
Wieħed irid ikun qed jgħix fis-sħab biex ma jintebaħx bis-sinjali taż-żminijiet
u jibqa' ma jagħrafx fihom twiddiba għal dawk li qegħdin jaħmu minn taħt
ħwejjeġ li jafu jagħmlu ħsara kbira lin-nazzjon żagħżugħa Maltija.1995-01-01T00:00:00ZL-intellettwali u l-klassi diriġenti f'MaltaInguanez, Joe/library/oar/handle/123456789/484892019-11-10T06:08:12Z1995-01-01T00:00:00ZTitle: L-intellettwali u l-klassi diriġenti f'Malta
Authors: Inguanez, Joe
Abstract: Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nitkellem fuq kategorija ta' ċittadini li
jekk irridu nħarsu lejn is-sena elfejn ma nistgħux ninjorawha. Qed nirreferi
għall-intelletwali u l-"klassi" diriġenti ta' pajjiżna. Kategorija li fl-opinjoni
tiegħi qabdet triq li lili tinkwetani kemm bħala saċerdot kif ukoll bħala għalliem
fl-Università.
Qed nara tiżviluppa f'pajjiżna trend lejn il-ħajja li dehret ukoll fi Spanja
wara l-waqgħa ta' Franco. L-Ispanjoli kienu bdew isejħulha pasotismo, li
kienet tfisser ċertu tip ta' kwalunkwiżmu ġej mid-disenchantment taż-żgħażagħ
lejn l-impenn soċjali in ġenerali u lejn il-politika in partikulari. Inħoss li fostna
qed jissaħħaħ dak it-tip ta' dak l-atteġġjament li Banfield isejjaħlu l-familjaliżmu
amorali li hu komuni ħafna fil-kultura ta' Sqallija.1995-01-01T00:00:00Z