OAR@UM Community:/library/oar/handle/123456789/512082025-11-10T18:28:15Z2025-11-10T18:28:15ZLehen l-Art Imqaddsa : Numru 199 : Jannar-Marzu : 2018/library/oar/handle/123456789/515512020-02-23T06:07:40Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 199 : Jannar-Marzu : 2018
Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija.2018-01-01T00:00:00ZIl-mixja ta' Gesu' nhar Hamis ix-Xirka/library/oar/handle/123456789/515502020-05-28T09:52:20Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: Il-mixja ta' Gesu' nhar Hamis ix-Xirka
Abstract: Wara li Ġesù ċċelebra l-Aħħar Ċena mal-Appostli fiċ-Ċenaklu nhar Ħamis ix-Xirka filgħaxija,
l-evanġelisti jgħidulna li hu ħareġ magħhom u mar fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, eżattament
fil-qasam jismu Ġetsemani, fejn għadda tliet sigħat jitlob fl-agunija u fejn Ġuda wasal
mas-suldati tat-Tempju biex jittradixxi lill-Imgħallem, li mbagħad ittieħed lura fil-Belt ta’
Ġerusalemm biex jidher quddiem is-Sahedrin u jiġi kkundannat għall-mewt mill-gvernatur
Ruman Pilatu.2018-01-01T00:00:00ZIr-rabta tal-Missier u l-Iben fl-Evangelju skont San Gwann/library/oar/handle/123456789/515302020-05-28T11:05:37Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: Ir-rabta tal-Missier u l-Iben fl-Evangelju skont San Gwann
Abstract: Waħda mill-mistoqsijiet kbar fl-istudji tal-Evanġelju skont San Ġwann hija jekk għandniex
nippruvaw nifhmu dan l-Evanġelju b’mod Kristoloġiku jew inkella b’mod Teoloġiku. F’kelma
oħra, minħabba li dan l-Evanġelju huwa tant iffokat fuq il-preżentazzjoni tal-persuna ta’ Ġesù
bħala l-Iben ta’ Alla, fl-istudju ta’ dan l-Evanġelju tibqa’ l-mistoqsija jekk għandniex nibdew
mill-figura ta’ Ġesù biex permezz tiegħu nkunu nistgħu nħarsu lejn il-Missier, jew inkella għandniex nibdew millpreżentazzjoni
tal-figura ta’
Alla l-Missier u l-imħabba
tiegħu li ntweriet lilna meta
bagħat lill-Ibnu fid-dinja.
Dan l-artiklu se jikkonċentra
fuq din il-kwestjoni
fundamentali fin-narrativa
tar-Raba’ Evanġelju.2018-01-01T00:00:00ZL-ezorcizmi ta' Gesu' fil-vangelu skont San Mark (1)/library/oar/handle/123456789/515282020-06-01T07:16:47Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: L-ezorcizmi ta' Gesu' fil-vangelu skont San Mark (1)
Abstract: Matul din is-Sena Liturġika (B), fil-Ħdud ta’ Matul is-Sena jinqara l-Vanġelu skont San Mark.
L-istudji tal-Vanġeli juru li kien l-ewwel wieħed li nkiteb; il-ġrajjiet li fih jiġu rrakkuntati
juru tajjeb li huma frott min verament kien għex u għamel esperjenza diretta ta’ Ġesù;
mill-ġrajjiet irrakkuntati wieħed jista’ jmiss aktar b’idejh lil Ġesù tal-istorja. Barra minn
hekk, l-istudji profondi li saru fuq San Mark ħarġu aktar għad-dawl il-kapaċità tal-awtur, kemm bħala kittieb, kif
ukoll bħala teologu tajjeb li
għaraf jagħġen tajjeb it-tradizzjonijiet
kollha li ġew
mgħoddija lilu. Għaġna
tajba li wasslet biex ikollna
f ’idejna Vanġelu tassew
ħaj li jurina ftit ftit min
hu verament Ġesù, u dan
fil-kuntest ta’ ideat teoloġiċi
fundamentali li fuqhom
huwa mlaqqam il-Vanġelu:
il-persuna ta’ Ġesù, is-Saltna
ta’Alla, kif tagħraf lil Ġesù,
il-ħtieġa tal-fidi, il-qawwa
tat-talb, id-dixxepolat eċċ.2018-01-01T00:00:00Z