OAR@UM Collection:/library/oar/handle/123456789/512992025-11-10T18:35:41Z2025-11-10T18:35:41ZId-dixxiplu li habb Gesu' : l-anonimita' u l-identita' fir-raba' Evangelju/library/oar/handle/123456789/514642020-05-28T07:54:57Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: Id-dixxiplu li habb Gesu' : l-anonimita' u l-identita' fir-raba' Evangelju
Abstract: Mhux faċli tittratta l-preżentazzjoni tad-dixxiplu enigmatiku identifikat fir-Raba’ Evanġelju
bil-klawsola: “li kien iħobb Ġesù.” Ir-raġuni għal dan huma l-ħafna kwestjonijiet li hemm
marbuta mal-interpretazzjoni tal-preżenza ta’ dan il-personaġġ f ’din in-narrativa. Fost dawn il-kwestjonijiet li għadhom
qed jirċievu attenzjoni
minn numru ta’ studjużi
ta’ dan l-Evanġelju hemm
l-anonimità ta’ dan il-personaġġ
u r-rwol tiegħu
fl-istess narrativa. F’dan
l-artiklu sejrin nippruvaw
nesploraw ir-rabta li
hemm bejn l-anonimità u
l-identità, b’enfasi speċjali
fuq id-dixxiplu li kien
iħobb Ġesù bħala x-xhieda
wara n-narrativa tar-Raba’
Evanġelju.2018-01-01T00:00:00ZL-ezorcizmi ta' Gesu' fil-vangelu skont San Mark (3)/library/oar/handle/123456789/514612020-06-01T07:18:50Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: L-ezorcizmi ta' Gesu' fil-vangelu skont San Mark (3)
Abstract: Il-Vanġelu nifhmuh aħjar jekk inkunu nafu għal min kiteb San Mark. Dan il-Vanġelu nkiteb
għal dawk l-Insara li ma kinux ġejjin mill-ġudajiżmu, jiġifieri għal dawk li ma kinux ta’ nisel
Lhudi. Għalhekk insibu ftit riferimenti għall-profeziji tal-Antik Testment; it-tradizzjonijiet Lhud iridu jiġu mfissra,
l-Aramajk tradott; tingħata
importanza għas-sinifikat
tal-Vanġelu għall-pagani.
Il-Vanġelu huwa miktub
mhux tant fl-ambjent
tal-Art Imqaddsa, imma
f ’ambjent u f ’kuntest li
huwa lingwistikament u
kulturalment differenti; jiġi
miktub għad-dinja u għall-
Knisja Latino-Ellenistika.
San Mark jieħu għalhekk
ħsieb jippreżenta l-misteru
tas-salib lill-komunità
nisranija ġejja mill-paganiżmu.
Il-komunità
nisranija hija mmexxija biex
tagħraf aktar lil Ġesù Kristu,
u dan b’mod partikulari
fil-mixja warajh fir-realtà
tas-salib, fil-kuntest konkret
ta’ persekuzzjoni. Fis-Salib
tal-Imgħallem, huma
mistiedna jagħrfu l-Iben
ta’ Alla u l-opra tiegħu. U
ta’ dan, huma wkoll isiru
xhud u missjunarji tal-Bxara
t-Tajba, bħalma sar ir-raġel
meħlus mill-ispirti l-ħżiena,
fir-reġjun tad-Dekapoli, kif
rajna fil-ħarġa li għaddiet.2018-01-01T00:00:00ZL-Ghadira tal-Galilija qed tinxef?/library/oar/handle/123456789/513792020-06-01T07:19:45Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: L-Ghadira tal-Galilija qed tinxef?
Abstract: Il-Baħar tal-Galilija ma
għadux jidher li qisu
baħar. Magħruf b’diversi
ismijiet, fosthom l-Għadira
ta’ Tiberija, Kinneret, jew
l-Għadira ta’ Ġennesaret, fis-sena
2017 kien niżel għall-aktar
livell baxx f ’seklu,
skont il-kalkoli tal-Israeli
Water Authority. Huma eluf
il-pellegrini li jitpaxxew
bix-xtut ta’ din l-Għadira.
Tassew, skont l-Evanġelji,
din l-Għadira kienet wieħed
mill-postijiet preferuti ta’
Ġesù: is-sit ta’ bosta qabdiet
mirakolużi ta’ ħut, tal-mirakli
tat-tkattir tal-ħobż,
il-post li fih Ġesù rrivela
lilu nnifsu lid-dixxipli.
Imma llum din l-Għadira hi
differenti ħafna minn dik li
kien jaf Ġesù.2018-01-01T00:00:00ZLehen l-Art Imqaddsa : Numru 201 : Lulju-Settembru : 2018/library/oar/handle/123456789/513752020-06-01T10:13:31Z2018-01-01T00:00:00ZTitle: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 201 : Lulju-Settembru : 2018
Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija.2018-01-01T00:00:00Z