OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/55806 2025-11-10T03:06:33Z 2025-11-10T03:06:33Z Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 175 : Jannar-Marzu : 2012 /library/oar/handle/123456789/57522 2020-06-14T05:14:44Z 2012-01-01T00:00:00Z Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 175 : Jannar-Marzu : 2012 Editors: Chircop, Twanny Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija. 2012-01-01T00:00:00Z Il-Knisja bhala l-gisem ta' Kristu /library/oar/handle/123456789/57358 2020-06-07T05:17:33Z 2012-01-01T00:00:00Z Title: Il-Knisja bhala l-gisem ta' Kristu Abstract: Il-belt ta’ Efesu tinsab fuq il-kosta tal-punent tal-Asja Minuri, illum fi t-Turkija. Kienet il-belt kapitali tal-Provinċja Rumana tal-Asja Minuri. Ilbelt kienet magħrufa ħafna fl -antikità bħala ċentru kbir tal-maġija, fi l-fatt meta kien hemm San Pawl u n-nies bdew jaraw il-mirakli tiegħu, ħafna minn dawk li kienu jagħmlu s-sħarijiet ġiebu l-kotba talmaġija u ħarquhom (ara Atti 19:19). Hawnhekk San Pawl għamel madwar tliet snin bħala parti kbira mill-ministeru ta’ evanġelizzazzjoni matul it-tielet vjaġġ missjunarju, kif insibu tajjeb fi l-kapitlu 19 tal-Atti ta’ l-Appostli. Kien ukoll għamel żjara qasira hawnhekk wara Korintu, qabel ma temm it-tieni vjaġġ missjunarju, lura lejn Antijokja (ara Atti 18:18-22). F’Efesu nerġgħu niltaqgħu ma’ Akwila u Priska (Prixxilla) u ma’ Apollo, Lhudi għaref minn Lixandra (ara Atti 18:23-28). Minħabba dan iż-żmien twil ta’ San Pawl f ’Efesu xi studjużi jsostnu li xi ittri ta’ San Pawl għandhom rabta ma’ din il-belt. Minn hawnkekk kiteb żgur l-Ewwel Ittra lill-Korintin. Hawnhekk San Pawl jaħtar lil Timotju bħala ragħaj spiritwali ta’ din il-belt ferm importanti. 2012-01-01T00:00:00Z Editorjal : Israel u l-Vatikan. F'hiex wasalna? /library/oar/handle/123456789/57326 2020-06-07T05:17:21Z 2012-01-01T00:00:00Z Title: Editorjal : Israel u l-Vatikan. F'hiex wasalna? Abstract: Fl-1 ta’ Diċembru 2011 saret il-laqgħa plenarja tal-Bilateral Permanent Working Commission bejn l-Istat ta’ Israel u l-Vatikan fi l-Ministeru tal-Aff arijiet Barranin Israeljan. Din il-laqgħa saret wara l-progress li ġie rreġistrat fi l-laqgħa tal-Kummissjoni li kienet saret fi l-Vatikan fl -14 ta’ Ġunju 2011, u li ddiskutiet l-artiklu 10, paragrafu 2 tal-Fundamental Agreement rigward proprjetà, tassazzjoni u ekonomija f’dak li jmiss il-preżenza tal-Knisja Kattolika fl-Istat ta’ Israel. In-negozjati min-naħa tal-Knisja Kattolika huma mmexxija minn Monsinjur Antonio Franco, Nunzju Apostoliku għal Israel u Delegat Apostoliku għal Ġerusalemm. 2012-01-01T00:00:00Z Il-Bahar il-Mejjet qieghed imut? /library/oar/handle/123456789/57323 2020-06-07T05:17:31Z 2012-01-01T00:00:00Z Title: Il-Bahar il-Mejjet qieghed imut? Abstract: Il-Baħar il-Mejjet, bil-Lhudi “Yam Ha-Melah” (Baħar il-Mielaħ) u bl-Għarbi “Bahar al- Mayyit” (Baħar il-Mejjet) jew Bahar Lut (Baħar ta’ Lot), jinsab fl -aktar post baxx fi l-krosta tal-pjaneta, 417-il metru taħt il-livell tal-baħar. Hu fond 377 metru. Hekk din l-għadira kbira ta’ ilma mielaħ hi l-aktar post baxx li jeżisti fifi d-dinja. Is-salinità tal-Baħar il-Mejjet hi l-aktar waħda għolja fi ddinja, u tasal sa 33.7% ta’ melħ. Il-Baħar il-Mejjet hu 67 kilometru twil u 18-il kilometru fl -aktar estensjoni wiesgħa tiegħu. Jinsab fi l-ħondoq tal-Ġordan, li hu wied kbir li jofroq żewġ plakki tektonici kbar, dik Afrikana fuq il-punent u dik Arabika fuq il-lvant. Dan il-fenomenu ġeoloġiku hu evidenti meta wieħed iħares fuq iż-żewġ naħat tal-Baħar il-Mejjet. Fuq innaħa Israeljana wieħed jara l-muntanji aridi tad-deżert tal-Lhudija li jixirfu fuq il-Baħar il-Mejjet, fi lwaqt li fuq in-naħa Ġordana wieħed jilmaħ il-muntanji ta’ Mowab, aktar għoljin imma aktar għammiela, li jwassluk fuq l-altipjan kbir Arabiku li jestendi lejn is-Sirja, l-Iraq u l-Għarabja Sawdita. Din hi r-raġuni għaliex iż-żona madwar il-Baħar il-Mejjet hi waħda mill-aktar reġjuni sismoloġikament attivi tad-dinja, u t-terremoti huma komuni. Il-Baħar il-Mejjet fi h ukoll diversi minerali ta’ natura vulkanika, li jindikaw attività vulkanika fi l-qiegħ ta’ dan il-baħar, li tagħha nsibu wkoll evidenza f ’avvenimenti bibliċi, bħal fi l-każ tal-qerda ta’ Sodoma u Gomorra bix- “xita ta’ kubrit u nar” (Ġen 19,23-25). 2012-01-01T00:00:00Z