OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/1041 2025-11-11T09:30:29Z Id-dizzjunarju ta’ Mons. C. Psaila /library/oar/handle/123456789/140944 Title: Id-dizzjunarju ta’ Mons. C. Psaila Authors: Ellul, Dwayne Abstract: Dwayne Ellul jitfa’ dawl fuq faċċata sikwit minsija mill-figura kumplessa ta’ Mons. C. Psaila: il-ħidma tiegħu fuq id-Dizzjunarju Ingliż u Malti, magħruf l-aktar bħala d-Dizzjunarju ta’ Dun Karm. 2025-01-01T00:00:00Z Minn xiħ għal pops : ir-rappreżentazzjoni tal-missier mid-disgħinijiet ’il hawn /library/oar/handle/123456789/139244 Title: Minn xiħ għal pops : ir-rappreżentazzjoni tal-missier mid-disgħinijiet ’il hawn Abstract: Fil-qofol tagħha, din ir-riċerka tistħarreġ ir-rappreżentazzjoni tal-missier fil-letteratura Maltija ta’ wara s-snin disgħin. L-istudju jibda billi jikkontestwalizza din il-figura u jħares lejn l-attributi tal-missier fil-mitoloġija Griega Nordika, u fil-Bibbja, bħala s-sorsi meqjusa l-pedament tal-kultura tal-Punent u li għadhom jinfluwenzaw din il-kultura sal-lum. Imbagħad l-istudju jħares lejn il-missier kif sawruh il-kittieba Romantiċi, Realisti, u Moderni, li kienu kollha esklużivament irġiel. Fil-kapitli ċentrali l-istudju jħares lejn ix-xogħol ta’ poeti u prożaturi kontemporanji rġiel, u l-kitbiet tal-awturi nisa tas-seklu wieħed u għoxrin. Dan il-perjodu jippermetti għall-ewwel darba tqabbil bis-sħiħ bejn il-kittieba taż-żewġ sessi, minħabba li huwa propju fih li l-kittieba nisa jidħlu fix-xena letterarja Maltija kwantittivament u kwalitattivament, kif jixhed ir-rikonoxximent li jikseb xogħolhom. F’dawn il-kapitli tiġi analizzata r-rappreżentazzjoni tal-missier mill-missirijiet infushom, imma anki minn binhom, binthom u s-sieħba tagħhom bħala koġenituri ta' wliedhom, f'polifonija ta' esperjenzi u vuċijiet. Description: M.A.(Melit.) 2025-01-01T00:00:00Z Festa ta’ kliem f’maħżen lingwistiku : ir-reġistru tal-festi esterni /library/oar/handle/123456789/139243 Title: Festa ta’ kliem f’maħżen lingwistiku : ir-reġistru tal-festi esterni Abstract: Il-festi Maltin għandhom post wisq speċjali f’qalbi, għalhekk ħassejt li ma nistax nagħmel studju daqstant importanti f’ħajti u ma jkunx fuq xi ħaġa marbuta daqshekk mill-qrib miegħi. Ta’ għaxar snin kont diġà bdejt immur il-maħżen ma’ ħija, daqqa nwaħħal xi bozza ġo xi holder, daqqa niżbogħ xi injama u daqqiet naħsel xi partijiet ta’ pedestall li jkunu mtlew bl-għabra mill-festa ta’ qabel. Minn tifel daqs naqra saż-żagħżugħ tal-ġurnata tal-lum, l-imħabba lejn il-festa u dak kollu marbut magħha ma naqset xejn u aktar ma bdejt nikber, aktar bdejt nosserva kemm il-festa għandha valur importanti għall-wirt tradizzjonali Malti. Ta’ tmintax-il sena bdejt kors tal-Baċellerat fil-Malti u matulu fhimt l-importanza ta’ kemm huwa bżonjuż li nippreservaw kliem li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed jintilef. Kien minn dak iż-żmien ’l hawn li bdejt nifhem kemm ir-reġistru li jinstema’ ġewwa l-maħżen tal-armar m’għandu qatt jintilef iżda jiġi miġbur għall-ġenerazzjonijiet futuri. Description: B.A. (Hons)(Melit.) 2025-01-01T00:00:00Z Il-lakuni f’Lil Hinn mill-Jien ta’ Alex Vella Gera /library/oar/handle/123456789/139242 Title: Il-lakuni f’Lil Hinn mill-Jien ta’ Alex Vella Gera Abstract: Din it-teżi tiddiskuti l-funzjoni determinanti tal-lakuni fl-interpretazzjoni ta’ rumanz, speċjalment fil-każ ta’ rumanz Malti Postmodernista. Filwaqt li tħares lejn il-funzjoni tal-lakuni inġenerali, tiffoka fuq rumanzett ta’ Alex Vella Gera, Lil Hinn mill-Jien (2009), bħala eżempju ta’ kif il-letteratura Postmoderna Maltija tipproponi l-lakuni bħala mezz kif il-qarrejja jieħdu sehem fil-ħolqien tan-narrattiva. Il-letteratura ma teżistix mingħajr l-ispazju, il-vojt, jew in-nuqqas ta’ test miktub. Test jista’ jitqies bħala letterarju meta jmur lil hinn mill-espliċitu. L-espliċitu jeħtieġ l-impliċitu, għaliex sabiex tingħad xi ħaġa, hemm ċerti affarijiet li ma jistgħux jingħadu. It-tifsira ta’ test mhijiex magħmula mill-kliem ta’ fuq il-paġna biss, imma wkoll minn dak li nsibu fl-ispazji ta’ bejn il-kliem u s-sentenzi, mill-impliċitu. Huwa biss meta l-qarrejja jimlew dawn l-ispazji li test letterarju jista’ jitwettaq u jieħu l-ħajja. Il-lakuna hija għodda narrattiva li, permezz tagħha, test letterarju jsir ineżawribbli għaliex dejjem jista’ jinqara b’mod ġdid. Għaldaqstant, kull darba li test jinqara, mill-istess persuna jew minn persuna differenti, jitwettaq b’mod differenti. Description: B.A. (Hons)(Melit.) 2025-01-01T00:00:00Z