OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/1042
2026-06-18T21:12:37ZId-definizzjoni tal-Malti stanard fl-ewwel nofs tas-seklu 19
/library/oar/handle/123456789/144071
Title: Id-definizzjoni tal-Malti stanard fl-ewwel nofs tas-seklu 19
Abstract: Din it-teżi tistħarreġ kif kienu jħarsu lejn il-Malti standard għadd ta’ letterati Maltin u
barranin fl-ewwel nofs tas-seklu 19. Jingħataw prominenza x-xogħlijiet ta’ Mikiel Anton
Vassalli, Francesco Vella, Stefano Zerafa, Ludovik Mifsud Tommasi, Christoph F. Schlienz,
George Percy Badger, Salvatore Cumbo, Ġan Anton Vassallo, Ġan Battista Falzon, Richard
Taylor, Mikelanġ Camilleri u Fortunato Panzavecchia. Din it-teżi ssemmi s-sehem li kellha l-ewwel għaqda tal-Malti mwaqqfa fl-1836 minn Gaetano Laferla, u dik li ġiet warajha, l-Academia Filologica Maltìa, imwaqqfa fl-1842. Tistħarreġ ukoll is-sehem li kellhom il-Knisja Kattolika, l-iktar entità li kellha influwenza fl-ħajja tal-komunità lokali kontemporanja, u l-ewwel missjunarji Protestanti. Din it-teżi tistħarreġ ukoll id-deċiżjonijiet ewlenin marbutin mal-Malti li ħa l-Gvern Ingliż; l-aktar dawk li kienu ġew xprunati mill-Kummissarji Rjali John Austin u George Cornewall Lewis fl-aħħar tat-tletinijiet. Fit-teżi jidhru l-fehmiet ta’ dawn kollha bħala parti minn diskussjoni sħiħa li damet għaddejja s-snin fuq x’kellu jkun post il-Malti f’komunità li kienet għadha tqis it-Taljan u l-Ingliż bħala l-varjetajiet l-għolja. Fit-teżi jidhru fuq kollox il-fehmiet ta’ dawk li xi drabi ffukaw id-diskussjoni tagħhom fuq il-varjetajiet differenti tal-Malti u kif il-varjetà tal-ibliet kienet qed tinfirex u ssir l-istandard fost il-kelliema. Għal xi kittieba li riedu jiktbu bil-Malti, u li riedu jgħallmu l-Malti fl-iskejjel, il-kitba kellha tirrifletti dak li kien qed jiġi ppronunzjat min-nies tal-ibliet. Għal oħrajn il-kitba kellha tibqa’ tirrifletti dak li kien għadu qed jiġi ppronunzjat min-nies li kienu jgħixu fil-kampanja.
Description: Ph.D.(Melit.)2026-01-01T00:00:00ZIl-mixja tal-kliem fid-dizzjunarji Maltin : analiżi ta’ lemmi marbutin mal-kuluri
/library/oar/handle/123456789/141164
Title: Il-mixja tal-kliem fid-dizzjunarji Maltin : analiżi ta’ lemmi marbutin mal-kuluri
Abstract: Il-lingwa Maltija hija mogħnija b’bosta dizzjunarji li jeħduna lura iktar minn tliet mitt sena, ilkoll bl-istorja tagħhom. Dawn l-għejun huma importanti fl-oqsma tal-lingwistika storika u tal-lessikografija ladarba l-kitba bil-Malti damet ma rrankat u għandna għadd limitat ta’ kitbiet storiċi. Dan huwa l-ewwel studju li jħares lejn erbatax-il ġabra Maltija mifruxa fuq medda twila ta’ żmien u jqabbel it-tagħrif u l-attestazzjonijiet li jingħataw. Biex jintlaħaq dan l-għan hemm kampjun ta’ 206 lemmi marbutin mat-tema tal-kuluri. L-isfond tad-dizzjunarji huwa importanti biex nifhmu l-kuntest li ssawru fih u l-preparazzjoni tal-awturi rispettivi. Jgħinna wkoll norbtuhom u nqabbluhom flimkien filwaqt li napprezzaw l-istorja intrikata tagħhom. Kelli bżonn nistabbilixxi sistema biex niġbor l-attestazzjonijiet mid-dizzjunarji u nippreżentahom b’mod aċċessibbli biex ikunu jistgħu jiġu analizzati. Għalhekk, ħejjejt żewġ metodoloġiji: waħda msejsa fuq is-sejbiet tal-kliem fid-dizzjunarji u l-oħra fuq it-tifsir dettaljat li jingħata għal dak il-kliem. Ninkludi wkoll spjega tal-proċess li wassalni biex bnejt il-metodoloġija. Dan jagħti opportunità biex il-qarrejja jifhmu ċerti deċiżjonijiet u jkun hemm interpretazzjoni wiesgħa u differenti tal-informazzjoni li nistgħu nisiltu minn dawn l-opri. Permezz tal-istudju nagħti analiżi li turi l-utilità u l-importanza ta’ studji komparattivi li jinvolvu taħlita ta’ ġabriet lessikografiċi storiċi u oħrajn riċenti. Insibu tifsiriet li ppersistew maż-żmien u oħrajn li jidhru f’ġabriet individwali jew fi ftit, li, abbażi tal-kelma, joħolqu osservazzjonijiet li jagħtu dawl ġdid lill-istudju tal-lessikografija u l-lingwistika storika. Il-kwalità tat-tagħrif tirrifletti l-għan tad-dizzjunarji kif ukoll tagħmel differenza meta nqabbluhom flimkien. Fuq kollox nuri li hemm potenzjal għal iżjed studju komparattiv marbut mad-dizzjunarji fuq il-passi li nedejt.
Description: M.A.(Melit.)2025-01-01T00:00:00ZMinn xiħ għal pops : ir-rappreżentazzjoni tal-missier mid-disgħinijiet ’il hawn
/library/oar/handle/123456789/139244
Title: Minn xiħ għal pops : ir-rappreżentazzjoni tal-missier mid-disgħinijiet ’il hawn
Abstract: Fil-qofol tagħha, din ir-riċerka tistħarreġ ir-rappreżentazzjoni tal-missier fil-letteratura
Maltija ta’ wara s-snin disgħin. L-istudju jibda billi jikkontestwalizza din il-figura u jħares
lejn l-attributi tal-missier fil-mitoloġija Griega Nordika, u fil-Bibbja, bħala s-sorsi meqjusa
l-pedament tal-kultura tal-Punent u li għadhom jinfluwenzaw din il-kultura sal-lum.
Imbagħad l-istudju jħares lejn il-missier kif sawruh il-kittieba Romantiċi, Realisti,
u Moderni, li kienu kollha esklużivament irġiel.
Fil-kapitli ċentrali l-istudju jħares lejn ix-xogħol ta’ poeti u prożaturi
kontemporanji rġiel, u l-kitbiet tal-awturi nisa tas-seklu wieħed u għoxrin. Dan il-perjodu
jippermetti għall-ewwel darba tqabbil bis-sħiħ bejn il-kittieba taż-żewġ sessi, minħabba li
huwa propju fih li l-kittieba nisa jidħlu fix-xena letterarja Maltija kwantittivament u
kwalitattivament, kif jixhed ir-rikonoxximent li jikseb xogħolhom. F’dawn il-kapitli tiġi
analizzata r-rappreżentazzjoni tal-missier mill-missirijiet infushom, imma anki minn
binhom, binthom u s-sieħba tagħhom bħala koġenituri ta' wliedhom, f'polifonija ta'
esperjenzi u vuċijiet.
Description: M.A.(Melit.)2025-01-01T00:00:00ZFesta ta’ kliem f’maħżen lingwistiku : ir-reġistru tal-festi esterni
/library/oar/handle/123456789/139243
Title: Festa ta’ kliem f’maħżen lingwistiku : ir-reġistru tal-festi esterni
Abstract: Il-festi Maltin għandhom post wisq speċjali f’qalbi, għalhekk ħassejt li ma nistax nagħmel
studju daqstant importanti f’ħajti u ma jkunx fuq xi ħaġa marbuta daqshekk mill-qrib miegħi.
Ta’ għaxar snin kont diġà bdejt immur il-maħżen ma’ ħija, daqqa nwaħħal xi bozza ġo xi holder,
daqqa niżbogħ xi injama u daqqiet naħsel xi partijiet ta’ pedestall li jkunu mtlew bl-għabra
mill-festa ta’ qabel.
Minn tifel daqs naqra saż-żagħżugħ tal-ġurnata tal-lum, l-imħabba lejn il-festa u dak kollu
marbut magħha ma naqset xejn u aktar ma bdejt nikber, aktar bdejt nosserva kemm il-festa
għandha valur importanti għall-wirt tradizzjonali Malti. Ta’ tmintax-il sena bdejt kors tal-Baċellerat fil-Malti u matulu fhimt l-importanza ta’ kemm huwa bżonjuż li nippreservaw kliem
li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed jintilef. Kien minn dak iż-żmien ’l hawn li bdejt nifhem
kemm ir-reġistru li jinstema’ ġewwa l-maħżen tal-armar m’għandu qatt jintilef iżda jiġi miġbur
għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)2025-01-01T00:00:00Z