OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/108645
2026-06-14T00:23:06ZMons. Emmanuel Galea : t-tielet isqof mill-Belt Senglea u l-festa ta' Marija Bambina
/library/oar/handle/123456789/146166
Title: Mons. Emmanuel Galea : t-tielet isqof mill-Belt Senglea u l-festa ta' Marija Bambina
Abstract: Dan l-artiklu jagħtina nformazzjoni dwar l-ħajja u l-ħidma ta’ Monsinjur Emanuel Galea, li kien it-tielet Isqof mill-Belt Senglea u figura importanti fil-Knisja Maltija. Twieled fl-1891 f’familja reliġjuża li kellha influwenza qawwija fuq it-trobbija spiritwali tiegħu, u minn età żgħira wera intelliġenza u inklinazzjoni lejn it-tagħlim reliġjuż. Studja fil-Liċeo u fl-Università ta’ Malta, fejn kiseb diversi kwalifiki akkademiċi, u kompla jistudja barra minn Malta f’Ruma fejn kiseb dottorat fil-liġi tal-Knisja. Matul ħajtu, Galea ddedika ruħu għas-servizz pastorali u edukattiv, inkluż it-tagħlim tal-katekiżmu, u kien meqjus bħala mexxej spiritwali importanti. L-artiklu jsemmi wkoll il-proċess li beda biex possibilment jiġi kanonizzat, li juri kemm kien rispettat u apprezzat għall-kontribut tiegħu fil-Knisja u fis-soċjetà Maltija. Il-ħidma pastorali tiegħu kienet mifruxa u intensa, speċjalment fit-tagħlim tal-katekiżmu u fil-formazzjoni spiritwali tal-fidili. Galea kien magħruf għall-qrubija tiegħu man-nies, u kien iqatta’ ħafna ħin jassisti lill-familji, iż-żgħażagħ u dawk fil-bżonn. Huwa ma kienx limitat għall-predikazzjoni biss, iżda kien jinvolvi ruħu direttament fil-ħajja tal-komunità, billi joffri gwida spiritwali u jsaħħaħ il-valuri Nsara fil-ħajja ta’ kuljum. Il-Ħadd, 5 ta' Lulju, 1942, kien jum ta' ferħ għal Monsinjur Emanuel Galea u għas Sengleani, ghaliex fil Katidral ta' l-Imdina ġie kkonsagrat bħala isqof of bit-titular ta' Tralles. L-Isqof Emanuel Galea assista lill-Arċisqof Mawru Caruana fil-missjoni tiegħu, u wara serva wkoll taħt l-arċisqof Mikiel Gonzi.2003-01-01T00:00:00ZMonsinjur Injazju Panzavecchia : Saċerdot - Politiku (1855-1925)
/library/oar/handle/123456789/145961
Title: Monsinjur Injazju Panzavecchia : Saċerdot - Politiku (1855-1925)
Abstract: Mons. Injazju Panzavecchia twieled fl-1855, huwa ġie ordnata sacerdot fl-1879 u beda' jaħdem fil-parroċċa tal l-Isla fejn anke anke ġie mlaħħaq kanonku. Ħidma importanti tiegħu kienet dik ta' direttur ta' l-Ospizju jew kif inhi magħrufa llum Dar Sant' Anna, dar residenzjali għall-anzjani li qiegħda fix-xatt ta' l-Isla. Infatti hu kien direttur fis-snin 1888/89 u fis-sena 1893. Kien fi żmien Panzavecchia, meta f'din id-dar bdiet il-ħidma tas-Sorijiet Terzjarji Franġiskani li ma kellhomx idumu ma jibdew jagħtu sehem fil-ħajja ta' l-Ospizju. Beda
l-ħidma politika fis-sena 1880, b'sens patrijottiku-reliġjuż. Fis-sena 1891 ġie magħżul biex jirrappreżenta lill kleru Malti fil-Kunsill tal-Gvern, bħala politiku kien wieħed mill-ewlenin li tħabat biex Malta jkollha s-self Government. Kien jemmen fil-ħiliet tal-Maltin, u kien widdeb li l-pajjiż ma jistax jitmexxa bil-forza. Fit-2 ta' Ġunju, 1895, waqqaf il-Partito Papalare, fejn hu ġie maħtur bħala mexxej. Il-prinċipji tiegħu kienu bbażati fuq id-dritt li l-Maltin ikollhom aktar awtonomija u b'sens ta' patrijottiżmu ma jieqfu qatt milli jeħduha kontra l-Ingliżi li ma kinux qed jagħtu każ t-talbiet tiegħu. Fis-sena 1910, Mons. Panzavecchia waqqaf il-Comitato Patriottico, li kellu bħala skop ewlieni politika qawwija astensjonista u dan bi protesta kontra l-Gvern Ingliż. Fis-sena 1921, ġiet mogħtija l-kostituzzjoni l-ġdida li biha beda jkun hawn għall-ewwel darba Gvern Malti, li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-pajjiż. Hawnhekk, Mons. Panzavecchia fl-età ta' 66 sena, waqqaf il-partit tiegħu bl-isem ta' Unione Politica Maltese. Il-partit kien ispirat mir-Reliġjon Kattolika, il-kultura Taljana bħala xhieda taċ-ċiviltà Latina u Ewropea ta' Malta, u l-għajta għad-drittijiet kostituzzjonali fil-limiti tal-lealtà lejn l-Ingilterra.2004-01-01T00:00:00ZGħeluq il-ħamsin sena mill-mewt tal-Benedittin Dom Mauro Inguanez
/library/oar/handle/123456789/145550
Title: Għeluq il-ħamsin sena mill-mewt tal-Benedittin Dom Mauro Inguanez
Abstract: Dom Mauro Inguanez (1887–1955) kien studjuż kbir u reliġjuż Benedittin imwieled l-Isla. Wara li studja l-farmakoloġija f'Londra, huwa ħass il-vokazzjoni biex jissieħeb mal-Ordni Benedittin fil-Monasteru ta’ Montecassino, fejn ġie ordnat fl-1911. Matul il ħajja monastika tiegħu, sar espert mondjali fil-manuskritti u kkontribwixxa madwar 170 xogħol letterarju f'rivisti internazzjonali u lokali. Inguanez qatt ma nesa lil art twelidu u kien l-mutur ewlieni biex il-Knisja tal-Isla tiġi elevata għad-dinjità ta' Bażilka Minuri fl-1920 permezz tal-influwenza tiegħu fil-Vatikan.Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, huwa wera kuraġġ kbir meta kien strumentali biex jiġu salvati t-teżori letterarji ta' Montecassino qabel ma l-Abbazija ġiet meqruda mill-bombi. Huwa rriskja ħajtu biex iħares manuskritti rari, fosthom dawk tal-poeti Ingliżi Shelley u Keats, u ra li dawn jiġu depożitati b'mod sigur fl-arkivji tal-Vatikan. Fl-1947, huwa nħatar librar fil-Librerija Rjali ta' Malta u ngħata l-unur tal-O.B.E. bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu. Dom Mauro miet fl-1955 u jibqa' mfakkar fl-Isla permezz ta' pjazza u skola msemmija għalih, kif ukoll ir-relazzjonijiet stabbiliti bejn l-Isla u Cassino.2005-01-01T00:00:00ZSorijiet Benedittini tal-klawsura mill-Isla
/library/oar/handle/123456789/145339
Title: Sorijiet Benedittini tal-klawsura mill-Isla
Abstract: Din il-kitba tittratta dwar dawk is-sorijiet mill-Isla li tul is-snin, sa fejn hu dokumentat, ingħaqdu mas-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura tal-Monasteru San Pietru fl-Imdina. It-tagħrif huwa bbażat l-aktar fuq id-dokumentazzjoni li tinsab fl-Arkivju tal-Monasteru San Pietru, kif ukoll fuq dak li hemm dokumentat fl-Arkivju tal-Knisja Kolleggjata u Bażilika tal-Parroċċa tal-Isla, b’mod partikolari fil-Liber Baptizatorum. Jingħata rikonoxximent speċjali lill-Madre Badessa Marija Adeodata Testaferrata de Noto O.S.B. għall-għajnuna u l-kooperazzjoni tagħha, kif ukoll lis-Sur Fabian Mangion u lill-Kan. Pawl Schembri, li permezz tal-kollaborazzjoni tagħhom kien possibbli li jinkiseb it-tagħrif meħtieġ mill-arkivji rispettivi.2007-01-01T00:00:00Z