OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/111040
2025-11-10T03:44:25ZKatekeżi fuq San Ġwann Battista (4) : ir-rwol ta’ Ġwanni l-Battista, bħala xhud ta’ Ġesù
/library/oar/handle/123456789/111425
Title: Katekeżi fuq San Ġwann Battista (4) : ir-rwol ta’ Ġwanni l-Battista, bħala xhud ta’ Ġesù
Abstract: Fit-tielet kapitlu tal-Vanġelu ta’ San Ġwann (3:22-30) hekk naqraw: Wara dan, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f ’Għajnun, qrib Salim, għax f ’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs. Mela d-dixxipli ta’ Ġwanni tlewwmu ma’ wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, u ġew għand Ġwanni jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu.” Ġwanni weġibhom: “Ħadd ma jista’ jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema. Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li ‘jien m’iniex il-Messija,’ imma biss li ‘jien kont mibgħut qablu.’ Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib ta’ l-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus. U dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet. Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena.”2022-01-01T00:00:00ZIl-passjoni tal-profeta Ġeremija
/library/oar/handle/123456789/111423
Title: Il-passjoni tal-profeta Ġeremija
Abstract: Fost il-profeti kollha tat-Testment il-Qadim mingħajr dubju ta’ xejn, Ġeremija huwa dak li l-aktar li jixbah lil Kristu. Ta’ min ifakkar hawn li meta Ġesù staqsa dwar min jgħidu li hu n-nies uħud weġbuh li kien Ġeremija(Mt16,14). Mela toħroġ waħedha l-konklużjoni kemm dan il-bniedem kien milqugħ u aċċettat almenu fi żmien Ġesù.Isem dan il-bnidem kien fil-moħħ u fil-qalb tan-nies! Dan Ġeremija kien tassew figura l-aktar mill-qrib ta’ Ġesù dejjem fejn jidħlu t-tbatija, ċaħda, swat, kritika u abbandun!2022-01-01T00:00:00ZIx-xmara tal-Ġordan fil-bibbja
/library/oar/handle/123456789/111422
Title: Ix-xmara tal-Ġordan fil-bibbja
Abstract: Ix-xmara Ġordan (Hay-Jarden jew bl-Għarbi ‘esh-Sheria’) taqsam il-Palestina fuq in-naħa tal-Lvant u għalhekk fin-naħa opposta tal-Mediterran jew il-Baħar il-Kbir kif inhu msejjaħ fil-Bibbja (bl-Ebrajk: ‘Yam Haggadol’). Fin-naħa ta’ isfel tax-xmara fuq in-naħa tal-Punent insibu l-Ġudeja fejn insibu l-belt ta’ Ġerusalemm u fuq in-naħa tal-Lvant il-Pereja fejn kien hemm it-tribujiet ta’ Reuben, Gad u Manasse, u l-Mowab fejn il-muntanji tal-Mowab jilħqu t-3000 pied, fin-naħa tan-nofs fuq il-punent tagħha għandna s-Samarija u fil-Lvant hemm il-Gilejad u d-Dekapolis fejn insibu għaxart ibliet u fin-naħa ta’ fuq fil-punent insibu l-Galilija u fin-naħa tal-Lvant il-Golan u l-Basan. Hija x-xmara qaddisa li nsibu fiż-żewg Testmenti tal-Bibbja, hija x-xmara prinċipali tal-Art Imqaddsa. Hija msemmija 198 darba fil-Bibbja. Hija x-xmara li fiha San Ġwann il-Battista kien jgħammed lill-poplu u għalhekk hija xmara marbuta mal-immersjoni u mal-magħmudija. Il-pożizzjoni ġeografika tagħha kienet important ħafna billi tinsab bejn l-Egittu u l-Mesopotamja.2022-01-01T00:00:00ZMagdala, il-belt ta’ Marija Maddalena
/library/oar/handle/123456789/111326
Title: Magdala, il-belt ta’ Marija Maddalena
Abstract: Magdala kienet belt importanti fuq ix-xatt tal-punent tal-Għadira tal-Galilija, proprju fil-post li fih il-Wadi Ħamâm jisbokka fil-pjanura dejqa ta’ madwar l-Għadira, u taħt l-irdumijiet għoljin ta’ Arbel (181 metru fuq il-livell tal-baħar Mediterran u 380 metru fuq il-livell tal-Għadira). L-għolja ta’ Arbel, li hi Park Nazzjonali Israeljan, fiha l-fdalijiet ta’ fortizza-kastell bl-għerien kif ukoll sinagoga tal-era Biżantina. Illum il-belt ta’ Magdala ta’ żmien Ġesù ma għadhiex teżisti, imma nstabu ħafna fdalijiet arkeoloġiċi tagħha. Minn dan jidher li Magdala kienet belt importanti fuq xatt l-Għadira, nofs triq bejn Tiberija u Kafarnahum. Għalina Magdala għandha tifsira speċjali, għax kienet il-belt li fiha kienet tgħix l-akbar waħda fost id-dixxipli nisa ta’ Ġesù li jsemmu l-Evanġelji, jiġifieri Marjam, jew Marja, ta’ Magdala, l-ewwel xhud tal-qawmien tal-Mulej Ġesù (Ġw 20,11-18).2022-01-01T00:00:00Z