OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/119429 2025-11-13T20:59:48Z Il-qawwa u l-glorja tal-fidi fl-ittra lil-Lhud, Kapitlu II (l-ewwel parti) /library/oar/handle/123456789/55946 Title: Il-qawwa u l-glorja tal-fidi fl-ittra lil-Lhud, Kapitlu II (l-ewwel parti) Abstract: Kien fil-11 ta’ Ottubru 2011 li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI ippubblika l-Ittra Appostolika Porta Fidei li fiha ħabbar s-Sena tal-Fidi li bdiet f ’Ottubru tal-2012. F’din l-Ittra Appostolika l-Papa ta r-raġunijiet għaliex kien sejjaħ għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Sena tal-Fidi. Huwa ried li din is-Sena tal-Fidi, li tagħlaq fl-24 ta’ Novembru tal-2013, toffri “opportunità biex il-Knisja tidħol fi żmien ta’ riflessjoni u tiskopri mill-ġdid id-don tal-fidi”. Fil-fatt il-Papa jikkumenta fuq l-urġenza ta’ tiġdid fil-Knisja fis-soċjetà tagħna, “li, illum aktar mill-passat tħabbat wiċċha mal-mistoqsijiet li huma frott mentalità mibdula”. Quddiem il-kriżi kbira ta’ fidi fid-dinja tal-lum, is-Sena tal-Fidi, u anke din l-istess Ittra Appostolika, hija sejħa għal konversjoni mġedda lejn il-Mulej, il- Feddej waħdieni tad-dinja. 2013-01-01T00:00:00Z 'Il-Lhud' fl-Evangelju skont San Luqa u fl-Atti tal-Appostli (1) /library/oar/handle/123456789/55934 Title: 'Il-Lhud' fl-Evangelju skont San Luqa u fl-Atti tal-Appostli (1) Abstract: L-Evanġelista San Luqa huwa uniku fost l-erba’ Evanġelisti għall-fatt li ma kitibx biss l-Evanġelju, imma segwa din l-ewwel kitba tiegħu bit-tieni volum, dak li aħna nsejħulu l-Atti tal-Appostli. Dan ifisser li jekk irridu nippruvaw nistudjaw xi tema partikulari mill-Evanġelju skont San Luqa, ma nistgħux nagħlqu għajnejna għall-Atti tal-Appostli. Dan jgħodd b’mod speċjali għall-mod kif dan l-awtur jitratta l-poplu Lhudi/Iżrael fiż-żewġ xogħlijiet tiegħu. L-attitudni ta’ San Luqa lejn il-Lhud aktarx li hija wieħed mill-aktar suġġetti kontroversjali fl-istudji kontemporanji ta’ Luqa-Atti. Dan minħabba l-fatt li l-evidenza f ’dawn iż-żewġ kitbiet ta’ San Luqa twassalna f ’direzzjonijiet differenti fl-istess ħin: Luqa- Atti huma fost l-aktar kitbiet favur il-Lhud u fl-istess ħin huma wkoll fost l-aktar kitbiet kontra l-Lhud fit- Testment il-Ġdid. 2013-01-01T00:00:00Z Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 179 : Jannar-Marzu : 2013 /library/oar/handle/123456789/55914 Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 179 : Jannar-Marzu : 2013 Editors: Chircop, Twanny Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija. 2013-01-01T00:00:00Z Is-sacerdozju ta' Kristu f'solidarjeta' maghna l-bnedmin (Lhud 5,14) /library/oar/handle/123456789/55771 Title: Is-sacerdozju ta' Kristu f'solidarjeta' maghna l-bnedmin (Lhud 5,14) Abstract: Mis-silta fuq imsemmija (Lhud 5, 1-4), id-deskrizzjoni tas-saċerdozju tħaddan fiha tliet elementi wara xulxin. L-ewwel hemm definizzjoni ġenerali, din tafferma relazzjoni doppja tal-qassis il-kbir, ma’ Alla u mal-bnedmin; L-ewwel “Kull qassis il-kbir meħud minn fost ilbnedmin, hu mqiegħed għall-bnedmin f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, biex joffri doni u sagrifiċċji għad-dnubiet” (5,1). 2013-01-01T00:00:00Z