OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/119509 2025-11-11T09:20:25Z Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 183 : Jannar-Marzu : 2014 /library/oar/handle/123456789/55085 Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 183 : Jannar-Marzu : 2014 Editors: Chircop, Twanny Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija. 2014-01-01T00:00:00Z L-imberkin u l-mishutin f'MT 25, 31-46 /library/oar/handle/123456789/55083 Title: L-imberkin u l-mishutin f'MT 25, 31-46 Abstract: Mt 25,31-46 hija silta li nsibuha biss fl-Evanġelju skont San Mattew. L-istudjużi tal-Evanġelju mhux kollha jaqblu fuq jekk għandniex inqisu din is-silta fil-kategorija ta’ parabbola. Mingħajr ma nidħlu fid-dibattitu ta’ din il-kwestjoni, f ’dan l-artiklu se nikkonċentraw fuq il-mistoqsijiet li jqajjem Mt 25,31-46, filwaqt li se nippruvaw naraw x’seta’ kien qed jifhem Ġesù jew l-Evanġelista San Mattew f ’dan it-test li għall-konvenjenza sejrin insejħulu parabbola. 2014-01-01T00:00:00Z Ir-referenzi biblici fl-enciklika "Lumen Fidei" (2) /library/oar/handle/123456789/55077 Title: Ir-referenzi biblici fl-enciklika "Lumen Fidei" (2) Abstract: It-Tieni Kapitlu, “Jekk ma Temmnux, ma Tifhmux” (Is 7: 9) huwa maqsum f ’sitt sezzjonijiet b’dawn it-titli: Fidi u verità (23-25), Għarfien tal-verità u mħabba (26-28), Il-fidi bħala smigħ u viżjoni (29-31), Id-djalogu bejn fidi u raġuni (32-34), Il-fidi u t-tiftix ta’ Alla (35) u Fidi u teoloġija (36). 2014-01-01T00:00:00Z Malta salvat lil Pawlu Pawlu jsalva lil Malta /library/oar/handle/123456789/54991 Title: Malta salvat lil Pawlu Pawlu jsalva lil Malta Abstract: Żgur li waħda mill-isbaħ paġni li nsibu fl-Iskrittura Mqaddsa għalina l-Maltin u l-Għawdxin, huma l-kapitli 27 u 28 tal-Atti tal-Appostli fejn naraw ir-rakkont tal-vjaġġ ta’ San Pawl lejn Ruma biex jappella għand Ċesari. Hawnhekk l-awtur sagru San Luqa, preżenti huwa nnifsu ma’ San Pawl, idaħħalna f ’din l-esperjenza ta’ dan il-vjaġġ, liema vjaġġ isib il-kenn tiegħu fin-nawfraġju hawn f ’Malta. Esperjenza li ddaħħal li qarrej fil-vjaġġ ta’ din in-navigazzjoni, imma fuq kollox lilna bħala Maltin meta jsemmi l-isem ta’ ‘Malta’ fl-Atti 28:1. Hekk jiktbilna l-biblista J.S. Howson fit-Tieni Volum tad-Dizzjunarju Bibbliku li kien ippubblikat ġewwa Londra fl-1863 f ’paġna 315: “Malta has an illustrious place in Scripture, as the scene of the shipwreck of St. Paul which is described in such minute detail in the Acts of the Apostles.” 2014-01-01T00:00:00Z