OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/119708 2025-11-11T10:20:07Z Gesu' Kristu wicc il-hniena tal-Missier /library/oar/handle/123456789/52789 Title: Gesu' Kristu wicc il-hniena tal-Missier Abstract: Il-Bulla tal-Indizzjoni tas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena kienet bdiet bil-kelma qawwija tal- Papa Franġisku, “Ġesù Kristu hu wiċċ il-ħniena tal-Missier”. Dan il-ħsieb ikompli jiżviluppah fin-numru 8 tal-istess Bulla Misericordiae Vultus, fejn jitkellem mill-persuna u l-ħidma ta’ Ġesù bħala espressjoni tal-ħniena tal-Missier u tal-parabboli tal-ħniena li jgħallem l-istess Ġesù. 2016-01-01T00:00:00Z It-tifsir tan-numri fil-Bibbja /library/oar/handle/123456789/52788 Title: It-tifsir tan-numri fil-Bibbja Abstract: Fil-Bibbja niltaqgħu ma’ ħafna simboli dwar Alla, dwar il-bniedem, dwar l-annimali; niltaqgħu mas-simboliżmu li jinvolvi l-kuluri u anke dak tannumri li nsejħulu aritmetiku. Naraw in-numru 666 jirreferi għal Neruni (ara Apok 13:17- 18) u huwa marbut mal- Antikrist, in-numru sebgħa li juri totalità fejn dan jissemma ħafna drabi fl-Apokalissi ta’ San Ġwann għas-seba’ knejjes, seba’ siġilli, seba’ ittri, seba’ bwieqi, seba’ trombi u seba’ kwiekeb. Insibu n-numru 1000 għal Alla u juri milja f’Alla, in-numru 10 li juri perfezzjoni divina u fuq kollox in-numru 12 għat-tribujiet u l-appostli. In-numru 3 li juri perfezzjoni spiritwali waqt li n-numru 4 juri perfezzjoni materjali, in-numru 6 juri imperfezzjoni, u n-numru simboliku ta’ 144,000 li nsibu f ’Apok 14:1 li jfisser il-multiplikazzjoni tat-12-il tribù (jiġifieri l-Antik Testment) u t-12-il appostlu (il-Ġdid Testment) li jiffurmaw il-poplu wieħed ta’ Alla (in-numru 1000). Għalhekk se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi numri sinifikattivi fil-Bibbja. 2016-01-01T00:00:00Z Id-demm tal-patt u l-qawmien ta' Kristu /library/oar/handle/123456789/52785 Title: Id-demm tal-patt u l-qawmien ta' Kristu Abstract: Dawn il-versi jirritornaw għas-suġġett dwar il-patt, imma taħt dawl ġdid u dan għaliex l-awtur tkellem minn “patt ta’ dejjem”. U preċiżament hawn toħroġ id-differenza! Din hija l-unika darba msemmi fit-Testment il-Ġdid. Diġà l-espressjoni “Alla tal-paċi” (sliem) għandha x’taqsam sħiħ mal-patt. Il- Mulej irrivela lilu nnifsu bħala Alla tas-sliem, meta fi Kristu irrikonċilja miegħu d-dinja u waqqaf il-Patt il-Ġdid. Hekk huwa warrab kull forma ta’ firda u għażla. 2016-01-01T00:00:00Z Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 191 : Jannar-Marzu : 2016 /library/oar/handle/123456789/52732 Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 191 : Jannar-Marzu : 2016 Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija. 2016-01-01T00:00:00Z