OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/119872
2026-06-21T19:37:15ZSanta Marija l-Eġizzjana (Egiziaca)
/library/oar/handle/123456789/110826
Title: Santa Marija l-Eġizzjana (Egiziaca)
Abstract: Fost il-qaddisin marbutin mal-Art Imqaddsa, forsi waħda mill-aktar kurjużi, imma fl-istess ħin, tipiċi, hi dik magħrufa bħala Santa Marija Egiziaca (jew Eġizzjana). Dwar il-ħajja ta’ din il-mara qaddisa ma għandniex xi dokumentazzjoni partikulari, għalkemm hemm ħajja tagħha attribwita lil San Sofronju, Isqof ta’ Ġerusalemm (560 - 638). Ċertu Żosimo, raħeb u eremita li kien jgħix fid-deżert tal-Lhudija, f ’wieħed mid-diversi monasteri jew laure fil-blat li għadhom jeżistu sal-lum (San Saba, San Teodosju, San Ġorġ Koziba, Qarantal, San Gerasimos, u oħrajn). Dan mar fis-solitudni tad-deżert Palestinjan biex hemm jgħaddi r-Randan. Quddiemu sab dehra li għall-ewwel ħasibha alluċinazzjoni. Ra mara li kienet imqadda bix-xemx u li kellha ġisimha għeri, ħlief għall-fatt li xagħarha kien kiber sa riġlejha u kien jgħattilha ġisimha kollu. Meta pprova jersaq lejha hi ma ħallitux ikellimha sakemm waddbilha l-mantar tiegħu biex tinsatar. Żosimo ra li din il-mara kienet maqtugħa mill-art fil-kontemplazzjoni. Għall-ewwel ħaseb li kienet xi dehra tax-xitan, imma l-mara sejħitlu b’ismu u meta resaq qrib tagħha bdiet tirrakkontalu ħajjitha.2020-01-01T00:00:00ZL-ittra lil Filemon : awtorità u skjavitù
/library/oar/handle/123456789/110825
Title: L-ittra lil Filemon : awtorità u skjavitù
Abstract: L-Ittra lil Filemon hija l-iqsar mill-ittri kollha ta’ l-Appostlu Pawlu. Hija l-ittra l-aktar personali ta’ Pawlu u l-unika li Pawlu kiteb b’idejh stess (v.19). Anke jekk hija miktuba lil Filemon, bħala persuna privata, hija anke ittra li ġiet mahsuba biex tinqara lill-komunità li tinġabar fid-dar ta’ Filemon (v.2). Jidher li l-ittra trid toħroġ għad-dawl il-fatt li l-affarijiet ‘personali’ tan-nisrani imissu wkoll l-imġiba konkreta tiegħuanke fil-komunità.2020-01-01T00:00:00ZElija meħud is-sema (2 Slat 2, 1-18)
/library/oar/handle/123456789/110824
Title: Elija meħud is-sema (2 Slat 2, 1-18)
Abstract: Dan huwa episodju li ġibed miegħu bosta interpretazzjonijiet uħud minnhom diffiċli wkoll. Biss wieħed jista’ jaqsam din il-ġrajja ta’ l-aħħar ta’ ħajjet il-profeta f ’żewġ partijiet: (a) il-vjaġġ tat-tluq u l-firda ( vv1-6) (b) il-ħtif lejn is-sema tal-profeta Elija (vv 14-18).2020-01-01T00:00:00ZĦarsa biblika lejn il-familja Mqaddsa
/library/oar/handle/123456789/110810
Title: Ħarsa biblika lejn il-familja Mqaddsa
Abstract: Fil-Festa tas-Sagra Familja, niċċelebraw l-ikona vera tal-familja, il-familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Ġużeppi (bil-Grieg: ton andra) u Marija (bil-Grieg: ten gynaika autou). Din il-festa twaqqfet b’mod universali fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja fl-1921 taħt il-Papa Benedittu XV u tiġi ċċelebrata dejjem il-Ħadd ta’ wara l-Milied jew fit-30 ta’ Diċembru meta l-Milied jaħbat il-Ħadd.2020-01-01T00:00:00Z