OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/127536 2025-11-11T11:04:43Z Malta u l-Maltin fir-reġistri tal-kustodja tal-Art Imqaddsa : it-tielet parti /library/oar/handle/123456789/127782 Title: Malta u l-Maltin fir-reġistri tal-kustodja tal-Art Imqaddsa : it-tielet parti Abstract: Għal darba oħra kelli l-okkażjoni li mmur naħdem fl-Art Imqaddsa fejn kont qed nittraskrivi l-ħames volum tal-Ordinazzjonijiet. Dawn il-volumi qed jiġu pubblikati mill-Kustodja bil-koperazzjoni tal-awtur bl-isem ta’ Ordinazioni: documenti della Custodia di Terra Santa, li kopji tagħhom jinsabu fl-Arkivju tal-Provinċja Franġiskana ta’ Malta ġewwa l-Belt Valletta, kif ukoll fl-Università ta’ Malta u fl-Arkivju tal-Kunvent ta’ San Salvatur f ’Ġerusalemm. Dawn jikkonsistu f ’ġabra ta’ dokumenti li s-Segretarju tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa kien jiġbor minn diversi għejun bejn l-1773 u l-1801, jiġifieri 29 sena. F’dan il-perjodu jissemmew ħames Segretarji: Padre Paolo d’Agnona (1773), Padre Michelangelo di Saorgio (1773), Padre Innocenzo di Pischiera (1782), Padre Atanasio di Ragusi (1796), u Fra Dario di Grecio (1801). Dan il-volum fih dawn il-paġni: 1-139 recto u verso, 140-188 recto biss, u 89 oħra recto biss. B’hekk dan il-volum fih 278 + 49 + 89, jiġifieri, 416 pagni, li jiena ttraskrivejt fi ħmistax-il jum ġewwa Terra Santa College f ’Ġerusalemm il-ġdida. Il-kontenut ta’ dan il-volum huwa djarju ta’ dak li ġara f ’dawk id-29 sena, li jinkludi rapporti, ittri, ħatriet tal-patrijiet f ’diversi kunventi u ospizji, kif ukoll ċirkulari u ordnijiet mibgħuta mis-Superjuri. Minħabba dawn tal-aħħar, dawn il-volumi jsibuhom bħala “Ordinazzjonijiet”. Bħas-soltu, jiena u nittraskrivi, l-attenzjoni tiegħi tinġibed lejn l-isem ta’ Malta u dak kollu li jirrigwarda l-Gżira tagħna. Għalhekk ser inniżżel għall-informazzjoni tal-qarrejja ta’ dan il-ġurnal Bibliku fejn issemmiet Malta. 2024-01-01T00:00:00Z Kif issawwru l-vanġeli? /library/oar/handle/123456789/127774 Title: Kif issawwru l-vanġeli? Abstract: Meta nużaw il-kelma ‘vanġelu’, l-ewwel ma jiġi f ’moħħna llum huma l-erba’ Vanġeli li jirrakkuntaw il-ġrajja ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem: il-Vanġelu skont San Mattew, San Mark, San Luqa u San Ġwann. Imma fil-fatt, il-kelma ‘vanġelu’, tfisser bxara tajba, aħbar ta’ ferħ li tingħata bil-fomm. X’aktarx li l-ewwel insara użaw din il-kelma Griega ‘euaggelion’, ‘vanġelu – aħbar tajba’, influwenzati mill-verb Grieg meħud minn dan is-sostantiv li ntuża f ’Iżaija 40 – 66, fejn il-profeta jitkellem mill-bxara t-tajba li Alla kellu favur l-eżiljati li twasslitilhom kelma ta’ ferħ u tama fit-tħabbira tal-ħelsien u r-ritorn lejn l-art imwiegħda. Għall-ewwel insara, il-kelma ‘vanġelu’, fissret bis-sħiħ il-bxara t-tajba ta’ fidwa mwassla minn Ġesù, li permezz tiegħu Alla jeħles lill-bniedem mill-ħażen u mill-mewt, fidwa li sseħħ fil-ġrajja tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-mewt. Il-Vanġeli miktuba allura jfakkruna fil-passaġġ li hemm bejn it-tħabbira li saret bil-fomm, f ’forma orali, għall-formulazzjoni letterarja, għall-forma miktuba tiegħu. Il-Vanġeli miktuba għaddew minn diversi stadji ta’ tiswir, jew ta’ formazzjoni, sakemm waslu għall-forma miktuba li bihom aħna nafuhom. Nistgħu għalhekk nużaw l-espressjoni ‘mill-Vanġelu għall-Vanġeli’. Imma ejjew nistaqsu lilna nfusna: liema kienu l-istadji ta’ formazzjoni tal-Vanġeli miktuba? 2024-01-01T00:00:00Z It-tluq u r-ritorn tal-glorja mit-Tempju ta’ Ġerusalemm /library/oar/handle/123456789/127772 Title: It-tluq u r-ritorn tal-glorja mit-Tempju ta’ Ġerusalemm Abstract: Fil-ktieb tal-profeta ta’ żmien l-eżilju tal-Babilonja, mela Eżekjel, wieħed jiltaqa’ ma’ bosta suġġetti; uħud minnhom ta’ natura kiebja u ta’ dwejjaq. Però dan il-profeta jitkellem u jgħallem wkoll dwar suġġetti u ġrajjiet ta’ konfort u nkoraġġiment. Eżempju klassiku huwa d-digriet ta’ Ċiru biex minn jixtieq jista’ jirrotorna lejn pajjiżu. Dan kollu ma jistax jonqos meta l-ktieb ta’ Eżekjel idomm fih mhux anqas minn tmienja u erbgħin kapitlu. Difatti dan Eżekjel huwa meqjus bħala wieħed mill-erba’ profeti “kbar” dejjem minħabba n-numru kbir ta’ kapitli li jdomm fih. 2024-01-01T00:00:00Z L-Apokalissi (3) /library/oar/handle/123456789/127770 Title: L-Apokalissi (3) Abstract: Bħala ordni u unita’ fl-istruttura l-Apokalissi naraw: il-Prologu (1:1-8); introduzzjoni u s-seba’ knejjes (1:9-3:22); introduzzjoni u s-seba’ siġilli (4:1-8:1); introduzzjoni u s-seba’ trombi (8:2-11:18); introduzzjoni u l-korla tan-nazzjonijiet (11:19-15:4); introduzzjoni u l-korla ta’ Alla (15:5-18:24); introduzzjoni u l-ġudizzju finali (19:1-20:15); introduzzjoni u Ġerusalemm l-Ġdida (21:1-22:5) u l-Epilogu (22:6-21). It-terminu ta’ ‘ekklesia’ (insibuh 20 darba fl-Apokalissi, 19-il darba f ’Apok 1-3 u darba oħra f ’Apok 22:16) jifforma ‘inclusio’ f ’1:4 ma’ 22:16, hekk ukoll it-tema tal-profezija tifforma ‘inclusio f ’1:1 ma’ 22:6, l-istess ukoll it-tema tal-Eżodu tifforma ‘inclusio’ f ’1:6 ma’ 20:6; u Alpha u Omega f ’1:18 ma’ 21:6-7 (riferenza għal-Liturgija tal-blandun ta’ Sibt il-Għid). 2024-01-01T00:00:00Z