OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/134841 2025-11-11T01:12:39Z Storja tal-polpu magħżul mill-Patrijarki sal-eżilju (1) /library/oar/handle/123456789/135013 Title: Storja tal-polpu magħżul mill-Patrijarki sal-eżilju (1) Abstract: Ir-reliġjon tal-Israelin ewlenin tnisslet fil-kuntest tal-istruttura reliġjuża tal-Kangħanin, kif ukoll tar-reliġjonijiet li ġew qabel, jiġifieri dik tas-Sumeri u tal-Akkadin. Xi rakkonti bikrin li nsibu fit-Torah (Ġenesi, Eżodu, Levitiku, Numri u Dewteronomju) isibu l-għeruq tagħhom fill-eġġendi antiki miktuba fid-dawl tal-miti Mesopotamiċi u l-wirt kulturali tagħhom. Fid-dawl ta’ din l-istqarrija rridu nżommu quddiem għajnejna l-mumenti storiċi l-aktar importanti. Għas-sena 7000 QEK (qabel l-era komuni) il-popli antiki bdew jiżviluppaw l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem, filwaqt li bdew ukoll jibnu ċentri urbani fl-għoljiet fil-majjistral tal-Iran u l-Anatolja, lejn ix-xtut tal-Baħar Kaspju u l-Palestina. Lejn tmiem ir-raba’ millennju (3100 QEK) is-Sumeri, li ħolqu l-kitba kunejformi, waqqfu bliet-stati fin-nofsinhar tal-Mesopotamja. Kull belt kien ikollha alla proprju tagħha, kif jixhdu l-epiċi Sumeriċi. 2025-01-01T00:00:00Z Il–profezija tax–xebba omm (IS 7,14) /library/oar/handle/123456789/135012 Title: Il–profezija tax–xebba omm (IS 7,14) Abstract: Waħda mill-iktar profeziji li ħabbtu u forsi għadhom iħabbtu u jħabblu moħħ il-bniedem ta’ l-Iskrittura hija il-profezija hekk imsejħa tax-Xebba Omm. Din tinsab fil-ktieb ta’ Emanweli, mela fil-kapitlu sebgħa’ vers erbatax ta’ Isaija. Din il-profezija taqra hekk: “Araw, ix-xebba titqal u tiled iben, u ssemmih Għimmanu-el” (Is 7,14). 2025-01-01T00:00:00Z L-Apokalissi (6) /library/oar/handle/123456789/135009 Title: L-Apokalissi (6) Abstract: Fl-Apokalissi hemm issimboliżmu antropoloġiku jew antropomorfiku, jigifieri dwar il-bniedem. Naraw li l-bniedem hu ruħ (‘psuche’ li nsibuha 7 darbiet); hu persuna korporja (‘soma’ f ’18:13) u li għandu d-demm (‘haima’) li jagħti l-ħajja tiegħu. Naraw ukoll is-simboliżmu marbut mal-ilbies (il-libsa ‘teila’ f ’1:13): “Imbierek minn jishar, u jħares ilbiesu, biex ma jimxix għarwien u juri l-għera tiegħu” (16:5); u l-pożizzjoni li jieħu dak ikun bħal bil-wieqfa (‘istemi’) jew bilqiegħda, fuq kollox il-partijiet tal-ġisem tal-bniedem bħal: ras, wiċċ, id, xagħar, vuċi, u snien. Insemmu ukoll hawnhekk l-ilbies tal-bniedem, il-mantar (‘himation’), il-mantar imċappas bid-demm f ’19:16 u l-libsa bajda f ’6:11 (‘stole’, 5 darbiet, anke f ’Mikeja 16:5 insibu ‘stole leuke’). Naraw l-ilbies tal-ixkejjer f ’11:3: “Imma liż-żewġ xhieda tiegħi nagħtihom li, bl-ilbies tax-xkejjer fuqhom, iħabbru għal elf, mitejn u sittin jum.” Hemm il-mara (‘gune’) f ’12:1-17, il-mara żienja (17:3-21) u l-għarusa tal-ħaruf (21:9). Imsemmija hawnhekk il-Mara b’rabta mal-Madonna u mal-Knisja (ara 18,23 u 22:17). Hemm il-belt (‘polis’) li hija msemmija 27 darba b’rabta ma’ Ġerusalemm (21:14). It-tempju ‘naos’ (il-qalba tat-tempju) jissemma 16-il darba, qatt ma nsibu ‘hieron’ tas-sinottiċi, altar 8 darbiet, ċensier darbtejn u inċens 4 darbiet. Rigward dan Charpentier fl-1982 jikteb: “the Book of Revelation, the Apocalypse, is a book of fire and blood in the image of our world.” 2025-01-01T00:00:00Z Is-santwarju ta’ Najn /library/oar/handle/123456789/135008 Title: Is-santwarju ta’ Najn Abstract: Fil-Galilija hemm xi postijiet qaddisa marbutin mal-ġrajjiet evanġeliċi, li jinsabu kemmxejn barra mir-rotta ordinarja tal-pellegrinaġġi, u li għaldaqstant mhumiex hekk magħrufin. Normalment il-pellegrini jżuru s-santwarji ta’ Nazaret, Kana tal-Galilija, il-Muntanja Tabor, l-Għadira tal-Galilija, Haifa u Akri. Imma, barra dawn, hemm xi oħrajn li għandhom ukoll importanza fil-ħajja ta’ Ġesù. 2025-01-01T00:00:00Z