OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/15377
2025-11-13T09:34:29ZIt-tempju u l-figura ta’ Ġesù fl-evanġelju skont San Ġwann
/library/oar/handle/123456789/139575
Title: It-tempju u l-figura ta’ Ġesù fl-evanġelju skont San Ġwann
Abstract: L-Evanġelju skont San Ġwann jippreżentalna lil Ġesù bħala t-Tempju l-ġdid ta’ Alla, tema Kristoloġika programmatika li nsibuha mferrxa man-narrattiva ta’ dan l-Evanġelju. Qed nitkellmu minn aspett tal-Kristoloġija li mhuwiex nieqes mill-kumplament tat-Testment il-Ġdid, għalkemm l-Evanġelju skont San Ġwann joffri żvilupp aktar sistematiku ta’ din it-tema. Dan jagħmlu permezz ta’ serje ta’ allużjonijiet testwali li nsibu f ’numru ta’ rakkonti fejn il-Logos inkarnat huwa muri bħala “il-post” privileġġjat għal-laqgħa bejn Alla u l-poplu tiegħu. F’dan l-istudju sejrin inħarsu lejn din it-tema li tgħinna nifhmu aktar il-mod kif ir-Raba’ Evanġelista fehem il-persuna ta’ Ġesù f ’rabta mat-Tempju. Dan sejrin nagħmluh billi se nikkonċentraw fuq l-episodju ta’ meta Ġesù daħal fit-Tempju u hemmhekk sab numru ta’ bejjiegħa, filwaqt li sfida lil dawk preżenti biex iħottu t-Tempju u jwegħedhom li jibnih fi tlitt ijiem.2025-01-01T00:00:00ZIl-Kristoloġija tal-Evanġelju skont San Ġwann
/library/oar/handle/123456789/137604
Title: Il-Kristoloġija tal-Evanġelju skont San Ġwann
Authors: Micallef, Martin
Abstract: Huma ħafna l-istudji dwar l-Evanġelju skont San Ġwann, xhieda tal-interess kbir li bosta wrew u għadhom juru f’dan “l-Evanġelju Spiritwali.”
F’dawn l-istudji nsibu analiżi tal-karattri li jissemmew f’dan l-Evanġelju;
tat-temi u s-simboli użati f’din in-narrattiva; analiżi dwar l-istruttura
ta’ dan l-Evanġelju; tagħrif dwar l-isfont Lhudi ta’ ħafna mill-ideat u
kunċetti li jissemmew, bħalma huma l-festi u l-istituzzjonijiet Lhud li
l-Evanġelista San Ġwann isemmi, inkluż it-Tempju u l-‘Lhud’ bħala
kategorija tat-teoloġija li tissemma f’rabta mad-‘dinja,’ biex nirreferu
biss għal xi wħud.
Dan kollu iżda jintrabat ma’ dak li tassew jagħti karattru uniku lil dan
l-Evanġelju: il-Kristoloġija li tisboq bil-bosta dak li naqraw fl-Evanġelji
Sinottiċi. Sa mill-bidu nett tal-istorja tal-Knisja, il-Kristoloġija tar-Raba’
Evanġelju kienet fil-qalba tad-dibattiċi li waslu biex minn naħa tiġi
definita d-duttrina tat-Trinità, b’mod speċjali dik dwar il-persuna ta’
Ġesù, u min-naħa l-oħra biex jiġi identifikat tagħlim żbaljat li l-Knisja
qisitu bħala ‘eretiku’.
F’dan l-istudju sejrin inħarsu lejn xi aspetti tal-Kristoloġija ta’ San
Ġwann li tista’ tgħinna napprezzaw aktar is-sbuħija u l-profondità tal-ħsieb
tar-Raba’ Evanġelista. L-għan tagħna mhuwiex li nagħmlu espożizzjoni
eżawrjenti tas-suġġett. Fuq dan inkiteb ħafna. L-għan ta’ dan l-istudju
huwa pjuttost wieħed modest li jgħin lill-qarrejja kif għandhom jaqraw
u jippruvaw jifhmu xi ftit aħjar il-ħsieb tar-Raba’ Evanġelju.2025-06-01T00:00:00ZLi temmen : kundizzjoni għad-dixxipulat fl-Evanġelju skont San Ġwann
/library/oar/handle/123456789/137256
Title: Li temmen : kundizzjoni għad-dixxipulat fl-Evanġelju skont San Ġwann
Abstract: Li temmen – bil-Grieg: pisteuo – huwa wieħed mill-verbi l-aktar użati fl-Evanġelju skont San Ġwann. Dan il-verb, fil-fatt jissemma 98 darba f ’dan l-Evanġelju, b’differenza għall-Evanġelji Sinottiċi fejn huwa użat sitt darbiet fl-Evanġelju skont San Mattew; ħames darbiet fl-Evanġelju skont San Mark; u ħdax-il darba fl-Evanġelju skont San Luqa. F’dan l-istudju sejrin nisiltu sitt testi mill-Evanġelju skont San Ġwann li fihom jissemma dan il-verb bħala kundizzjoni għad- dixxipulat.2025-01-01T00:00:00ZPadre Pelagio's plans of the Ggantija temples
/library/oar/handle/123456789/135783
Title: Padre Pelagio's plans of the Ggantija temples
Authors: Micallef, Martin
Abstract: Padre Pelagio Mifsud Gauci Piscopo from Maz-Zebbug (1708-1781) is
considered as "the most knowledgeable person at that time about local
history and the antiquities of our islands." Some of his writings were
published in Malta and abroad, while most of them remained unpublished.
A number of these writings include various drawings and diagrams,
together with site-plans, maps, landscapes, portraits, and coats of arms
that he produced. Though these designs, especially the site-plans, are not
elaborate, they are of great value since some of them are reckoned as being
among the earliest designs of these places. This study deals specifically
with Padre Pelagio's site-plans of the Ggantija temples in Gozo.2024-01-01T00:00:00Z