OAR@UM Collection:
/library/oar/handle/123456789/28342
2025-12-24T17:31:43ZInbid qadim fi fliexken godda : il-partiti politici u l-ghoti ta gvern responsabbli
/library/oar/handle/123456789/28616
Title: Inbid qadim fi fliexken godda : il-partiti politici u l-ghoti ta gvern responsabbli
Authors: Frendo, Henry
Abstract: 'L-ordni l-qadim ta' l-affarijiet qed jitmermer u minfloku qed jifforma ordni ġdid li m 'hux, bħal ta' qabel, mibni fuq il-fdal talqadim, imma fuq sisien għal kollox ġodda'; hekk ġabet il-Voce dei Popolo fl-1919, meta kienet qed tikkummenta fuq rappreżentazzjoni ħerqana tar-Romanticismo ta' Girolamo Royetta li kienet ittellgħet fit-Teatru Manoel: dik 'il-wirja mill-aqwa ta' patrijottiżmu li laħqet il-qofol tagħha fix-xena tal-ħalfa ta' Mazzini u meta Vitaliano Lamberti jgħajjat "Issa l-waqt!'" Il-laqgħat iffullati ta' l-Assemblea Nazionale kienu rappreżentattivi u simboliċi daqs iż-żigarelli bojod u ħomor li libsu n-nies fuq sidirhom. Is-sala tal-Giovine Malta kienet mimlija b 'nies ġejjin 'minn kull klassi soċjali, nies bla partit politiku li madankollu għandhom twemmin wieħed, in-Nazzjonaliżmu'. Ferħan se jtir bid-dimostrazzjoni li għamlulu quddiem daru biex jiċċelebraw il-kisba ta' Gvern Responsabbli, Sceberras qal lill-folla li kien wasal il-waqt li l-partiti jwarrbu d-differenzi politiċi kollha ta' bejniethom, u jaħdmu għalenija biex iħaddmu l-Kostituzzjoni l-ġdida fi spirtu ta' lealta'.
Din l-ewforja kienet katarsi, tisfija ta' l-imgħoddi mill-ħażen kollu tiegħu, u, għal mument, l-antiċipazzjoni ta' dinja mibdula wara snin sħaħ ta' mistennija w tbatija, ħolma qasira għaliex il-kunflitt huwa endemiku fis-soċjeta u għax is-soluzzjoni kienet tinsab sewwasew filli jitrawmu l-partiti politiċi bħala mekkaniżmu razzjonali li bih il-fehmiet differenti jitqiegħdu f'ċerta ordni u jitqabblu ma' xulxin fi ħdan l-ordni kostituzzjonali li, mibdul mill-qiegħ, kien appik se jibda
jitħaddem.
Description: Published in English as Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience1990-01-01T00:00:00ZIt-triq twila ghall-gvern responsabbli : il-politika u s-socjeta Maltija taht kostituzzjoni mhux rapprezentattiva 1903-1919
/library/oar/handle/123456789/28608
Title: It-triq twila ghall-gvern responsabbli : il-politika u s-socjeta Maltija taht kostituzzjoni mhux rapprezentattiva 1903-1919
Authors: Frendo, Henry
Abstract: It-trasferiment ta' Gerald Strickland għall-Gzejjer Leeward la kien konċessjoni u lanqas soluzzjoni, kien wieħed mill-aħħar sforzi ta' l-Uffiċċju Kolonjali f'attentat koordinat biex kemm jista' jkun jassiguraw li meta jirrevokaw il-Kostituzzjoni ta' l-1887, kienet taqa' l-ħtija kollha fuq spallejn il-membri eletti. Chamberlain, bħal Grenfell, kien tal-fehma li dil-Kostituzzjoni kienet 'twieldet biex tfalli' minħabba li l-membri eletti setgħu jfixklu lill-Gvematur billi, waqt li kienu jeżerċitaw kontroll fuq il-finanzi, kienu jilmintaw li poter fil-fatt ma kellhomx.Skond Chamberlain, għalih aktar ma dawn kienu jfixklu, aktar kien jaqbillu.
Fil-fatt l-estimi ta' l-edukazzjoni li l-membri eletti kienu rrifjutaw li jgħaddu f' April ta' l-1903, reġgħu tressqu f'Ġunju; jewilla, kien jistaqsi Azzopardi fil-Kunsill, il-membri uffiċjali kienu ntilfu minn sensihom, jew inkella kienu jaħsbu li l-poplu Malti u r-rappreżentanti tiegħu kienu mġieġen? Bi Strickland imwarrab fil-ġenb, bi Gvematur ġdid fil-persuna tal- Ġeneral Clarke, u bil-festi ta' l-Inkoronazzjoni mitmuma, l-aħħar sinjali ta' reżistenza fil-Kunsill ħolqu skuża tajba għal-Letters Patent u l-Istruzzjonijiet Irjali tat-3 ta' Ġunju li abolixxew il-maġġoranza eletta fil-Leġislatura u l-element mhux uffiċjali fl- Eżekuttiv, u lil Malta ġabuha għal darb'oħra Kolonja tal-Kuruna bħalma kienet taħt il-Kostituzzjoni ta' l-1849.
Description: Published in English as Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience1990-01-01T00:00:00ZIntroduzzjoni : messaggi mill-imghoddi
/library/oar/handle/123456789/28607
Title: Introduzzjoni : messaggi mill-imghoddi
Authors: Frendo, Henry
Abstract: Dan il-ktieb hu essenzjalment it-tieni parti tat-teżi dottorali li ppreżentajt f'Oxford fl-1976 dwar "The Formation of Maltese PoIitical Parties", li kienet tiġbor fiha mhux biss ir-riċerka li għamilt fit-tlett snin li domt nistudja hemm iżda wkoll dawk ta' qabel li aspetti minnhom kienu xxandru diġa f'kitbiet oħra bikrija tiegħi bħal dawk dwar is-Sette Giugno u Manwel Dimech fil-bidu tas-snin sebgħin. (Fis-sustanza tagħha din dehret fl-oriġinal bI-Ingliż fil-volum sħiħ maħruġ minn Midsea fl-1979 intitolat Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience, b'introduzzjoni tal Professur Dennis Austin, li issa hu aut of print). L-ewwel parti tagħha, b'introduzzjoni u xi adatazzjonijlet, ħarġet bħala Ir-Rieda għall-Ħelsien, 1880-1905. (Akkademja għall-Iżvilupp ta' Ambjent Demokratiku, 1980). Ix-xogħoI ta' traduzzjoni kien sar minn Sylvana Cristina, gradwata bl-unuri fl-Istorja mill-Universita ta' Malta u, wara producer magħrufa fuq l-istazzjon taxxandir TVM, mnejn telqet fl-1988 għal kariga eżekuttiva f'kamp ieħor. (F'dik il-ħabta jien kont diġa' ħallejt il-gżira, u mort Ginevra naħdem ma' aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti li tgħin li rrifuġjati).
It-traduzzjoni ta' din it-tieni parti tax-xogħol saret minn Charles Dalli, student ta' l-Istorja fl-Universita ta' Malta u membru tal-Għaqda tal-Malti (Universita) li issa reġgħettwaqqfet. Hi traduzzjoni kapaċi u fidila li taqra tajjeb, u li tikteb il-kelma kif tinħass meta din tkun stranjiera u tirrendi ruħha għal trattament fonetiku. Madankollu id-Dalli m'hijiex waħda purista u hu stess iddeskriva l-posiżjoni lingwistika tiegħu miegħi bħala 'FriggieIjana', jiġifieri taċċetta
kliem Maltin ta' kull nisel u tħaddimhom skond kif titlob lingwa ħajja u għammiela, ċioe mingħajr il-fisazzjoni antika dwar mnejn ġiet kelma jew oħra li tista' tintuża b'sinifikat preċiż. Id-direzzjoni fil-parti tat-teżi li għandna quddiemna hawn, kif jindika diġa isem il-ktieb "Lejn Gvern Responsabbli", teħodna mill-eqqel tal-kolonjaliżmu Ingliż fil-bidu ta' dan is-seklu, meta l-kostituzzjoni ta' "gvern rappreżentattiv" miksuba mill-Partito Nazionale kapitanat minn Fortunato Mizzi fl-1887, titneħħa fl-1903.
Mit-tneħħija tal-kostituzzjoni fl-1903 sal-kisba ta' kostituzzjoni aħjar fl-1921, wara moviment diffiċli u kultant mifrud ta' reżistenza, hu perijodu ta' frustrazzjoni, ta' ripressjoni, ta' dilemma. Il-mistoqsija ċentrali - u forsi anki familjari għalina l-lum - hi: x'tagħmel meta int, oppożizzjoni li temmen li tirrappreżenta lill-maġġoranza, ma taċċettax il-leġittimita tal-gvern li int fl-istess ħin trid tinfluwenza u tbiddel? Dilemma kattiva. Biex tkompli, fil-bidu ta' dan is-seklu imutu ż-żewġ mexxejja l-iktar prominenti li kienu taw ħajja lill-bipartitiżmu Malti, Fortunat Mizzi fl-1905, l-iktar wieħed importanti mit-tnejn, u Sigismondo Savona, fl-1908 - li kienet propIju l-ħatra tiegħu bħala Rettur anglofil ta' l-Universita u Direttur ta' l-Edukazzjoni fl-1880 li pprovokat moviment ta' rizentiment u ta' reżistenza intemament diviżiva bħal qatt qabel.
Description: Published in English as Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience1990-01-01T00:00:00ZIt-trasformazzjoni ta’ kultura nazzjonali : lejn sistema b’zewg partiti
/library/oar/handle/123456789/28595
Title: It-trasformazzjoni ta’ kultura nazzjonali : lejn sistema b’zewg partiti
Authors: Frendo, Henry
Abstract: Fil-bidu ta' l-għoxrinijiet ta' dan is-seklu Malta kienet iżjed urbanizzata, anqas agrikulturali u x' aktarx aktar sekularizzata minn kif kienet ħamsin sena qabel. Kien hemm iżjed kuxjenza nazzjonali u soċjali, speċjalment fost il-ħaddiema industIjali u l-impjegati ta' grad baxx. Il-politiċi bdew jikkonċentraw iżjed bis-serjeta fuq ilpolitika ekonomika. Malta issa kellha komunikazzjonijiet aħjar, kellha aktar skejjel u kienet aktar nadifa, u fuq kollox kienet tħossha ħielsa mhux ħażin. Għalkemm ċerti suġġetti ta' taħdit u dibattitu kienu familjari daqs l-ismijiet tal-mexxejja tal-partiti, l-għotja ta' Gvem Responsabbli ħolqot sens ta' sodisfazzjon u naturalment kienet imsieħba minn detenninazzjoni li l-problemi tal-pajjiż jiġu ffaċċjati b'awtorita u responsabbilta.
It-tema ta' 'taxxa bla rappreżemazzjoni' ma setgħetx tibqa' tapplika: minn dak il-lat intfiet l-oppożizzjoni li fl-imgħoddi kienet issir lit-taxxi, sikwit b'mod għami. Ħafna mit-talbiet għal bidliet kostituzzjonali issa kienu ntlaħqu wkoll: minn daqshekk anki l-problema kostituzzjonali kienet sa ċertu punt solvuta. Problemi 'reliġjużi' bil-kemm kienu jeżistu: l-antik1erikaliżmu fil-politika Nazzjonalista kien tnissel iżjed mill-kritika tal-ġerarkija tal-Knisja milli minn fehmiet jew twemmin reliġjuż differenti - is-sekulariazzjoni kienet biddlet l-attitudnijiet lejn il-Gvern aktar milli lejn ir-reliġjon - u lperiklu tal-proselitiżmu ma kienx għadu jeżisti, ġaladarba l-Gvern issa kellu kontroll fuq l-attivitajiet ta' Knejjes u gruppi Protestanti.
Description: Also includes an index chapter for names and places and a chapter about the author and his books1990-01-01T00:00:00Z