OAR@UM Collection:
/library/oar/handle/123456789/31480
2026-06-10T21:55:52ZEvangelizzazzjoni effettiva u awtentika
/library/oar/handle/123456789/32761
Title: Evangelizzazzjoni effettiva u awtentika
Authors: Mifsud, Noel
Abstract: Hemm diversi aspetti u fatturi li jiddeterminaw u jiddistingwu
evanġelizzazzjoni effettiva u awtentika, minn xandir tal-Kelma
li ma jġib ebda differenza reali u pożittiva fil-ħajja ta' dawk li
jirċievuha. Għal dan il-għan se nkun qiegħed nesponi ħsibijiet
dwar kif l-evaġelizzazzjoni fid-dinja post-moderna tista'
tkun effettiva fost dawk l-aktar li jeħtieġuha. Għalkemm kull
bniedem għandu bżonn urġenti li jisma' l-aħbar ta' salvazzjoni li
ġab ilna Sidna Ġesu Kristu, se niffoka l-aktar fuq dawk li mhux
neċessarjament iħossuhom "tal-Knisja" jew qrib il-Knisja.
Filwaqt li metodi tradizzjonali ta' evanġelizzazzjoni jistgħu
jaħdmu ma' dawk li huma ta' "ġewwa': wisq nibża' li għall-bqija,
il-mod ta' kif qed inwasslu l-Evanġelju bħalissa, huwa ftit jew
wisq aljen għalihom.2016-01-01T00:00:00ZMessagg tal-gheluq mill-Arcisqof ta' Malta
/library/oar/handle/123456789/32211
Title: Messagg tal-gheluq mill-Arcisqof ta' Malta
Abstract: Kif innutajtu, jiena għażilt li ma nitkellimx f'dawn it-tliet ijiem
li għaddew, anke għaliex inħoss li l-proporzjon bejn il-kelma
tiegħi u s-smigħ għandu jkun dan, li jiena nisma' iżjed milli
nitkellem, u li biex nitkellem u jkolli d-dritt nitkellem irrid
nisma' iżjed.
Nisma' wkoll l-uġigħat ta' min iweġġa' għaliex nitkellem,
u li tagħtini responsabbilta kbira li mhix faċli. Jiena għadni
mmeraviljat kemm ċerti reazzjonijiet fil-poplu tagħna għadhom
reazzjonijiet antiki. Dinhijaxiħaġaliaħnarridunirriflettuħafna
dwarha fis-Sena tal-Ħniena, Sena li, anke f'dan il-qasam, ma
tridx tiġi għal xejn. Hemm ħafna weġgħat li rridu ndewwuhom.
Jiena għedt diġa pubblikament li ma nistax inkun paralizzat
fil-passat imma nifhem li hemm responsabbilta kbira li rridu
nġorruha flimkien. Fr John Berry għamel kumment li jġagħlni
naħseb ħafna dwar jekk għadux il-mument li jkollna 'l-kult talArċisqof'.
Naħseb li rridu nagħmlu għażliet li juru ċar u tond li it's
not about me, it's about us! Dan ma jfissirx li jiena jkolli ħajja iżjed
faċli, imma iżjed ikkomplikata, għaliex ifisser li d-deċiżjonijiet li
nieħu jridu jkunu f'sintonija, b'mod speċjali magħkom.2016-01-01T00:00:00ZHielsa permezz tal-hniena ta' Alla nahdmu bil-kliem u l-fatti ghall-gustizzja
/library/oar/handle/123456789/32210
Title: Hielsa permezz tal-hniena ta' Alla nahdmu bil-kliem u l-fatti ghall-gustizzja
Authors: Camilleri, Ronald
Abstract: li-mument ta' skiet fil-bidu ta' din il-preżentazzjoni kien
intenzjonat. Ir-reazzjoni għas-silenżju tista' tkun waħda ta'
skumdita. Stħajjiltkom issaqsu lilkom infuskom, "Dan għalfejn
għadu ma qal xejn?" L-iskumdita tas-silenzju nistgħu nħossuha
aħna l-insara meta ma nitkellmux fuq ċerti issues.
Fost ir-raġunijiet li ma nitkellmux jista' jkun hemm dawn:
inkunu mehdijin b'affarijiet oħra; ma nagħrfux inġustizzja li tkun
qed isseħħ fid-dawl tax-xemx għax ma nkunux nafu naqraw issintomi
tal-inġustizzja; inkunu iktar komdi jekk ma nħallux lilna
nfusna ftit mumenti biex nindunaw bl-inġustizzja. Iżda għannisrani
l-iskumdita hija importanti għax ma tħalliniex kwieti.
Irridu nkunu skomdi meta suppost inkunu għamilna xi
ħaġa fil-qasam tal-fidi u l-ġustizzja u ma nkunux għamilniha. likliem
"kont bil-guħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont
barrani u lqajtuni, eċċ ... .': huwa kliem li jbeżżagħni. Bħalma
darba ntqal, dan il-kliem qisu karta tal-eżami li ġiet illijkjata
elfejn sena ilu. Nafu l-mistoqsijiet. Imma mhux biss. Nafu wkoll
ir-risposti. X'qed nagħmlu biex nagħtu r-risposti t-tajba meta
jasal il-ħin tagħna?2016-01-01T00:00:00ZDisinn gdid ghall-vizjoni ta' Knisja
/library/oar/handle/123456789/32209
Title: Disinn gdid ghall-vizjoni ta' Knisja
Authors: Camilleri, Rene
Abstract: Edith Stein meta staqsewha kif ikkonvertiet, wieġbet: "This
is my secret". L-evanġelizzazzjoni mhux neċessarjament
x'nagħmlu aħna, u kif inwasslu l-Kelma, imma x'jiġri fil-ħajja u
l-qalb tan-nies - appuntu, kif isseħħ mixja lejn fidi matura. IlProgramm
ta' din il-ġimgħa beda b' analiżi tal-bidliet kulturali,
politiċi u soċjo-ekonomiċi. L-ewwel reazzjoni tiegħi meta rajt
il-Programm kienet: "U kemm se ndumu nanalizzaw?" Fl-aħħar
mill-aħħar it-tema tal-Aġġornament hi Minn Viżjoni għarRealta
mhux il-kontra. L-analiżi mhux dejjem se naqblu fuqha,
imma l-isfida tagħna hi li naqblu fuq viżjoni. Ma naffordjawx
nieqfu fl-analiżi, jew agħar minn hekk nisfaw vittmi ta' dibattiti
interminabbli dwar ir-realta.2016-01-01T00:00:00Z