OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/3209
2026-05-30T03:05:48ZLeli, il-farfett il-lejl li jdejqu l-lejl
/library/oar/handle/123456789/145630
Title: Leli, il-farfett il-lejl li jdejqu l-lejl
Abstract: Lil Leli, il-lejl kien idejqu wisq. Billejl kollox kien jidher ikrah, speċjalment is-siġar, b’dawk l-għajnejn irrabjati u snien ippuntati. Meta l-friefet il-lejl kienu jkunu barra, Leli kien jippreferi joqgħod waħdu, għall-kenn tat-toqba fil-ħajt tal-fortizza antika. Sakemm darba waħda, iltaqa’ ma’ Mira … u ħajtu nbidlet mil-lejl għan-nhar! Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.2024-01-01T00:00:00ZFis-sema hekkda fl-art
/library/oar/handle/123456789/145629
Title: Fis-sema hekkda fl-art
Authors: Aloisio, David
Abstract: “Rakkont mimli ħolm u maġija, mibni fuq pedament ta’ realtà. Ma xtaqtx nistenbaħ mill-ħolma.” — Trevor Żahra Nahel jitnaffar mir-rix, jistmellu daqskemm jistmell lil missieru, u l-bqija tal-Furraniżi. Ħal Furran joffrilu biss kenn fejn jistaħba min-nies u minnu stess. Sakemm tfeġġ hi. Amira, it-tfajla li tafu aktar milli jaf lilu nnifsu, it-tfajla li taf x’qed jinħema fil-ħemda ta’ madwaru. Għax is-sinjali, fis-sema u fl-art, qed juru li wasal il-waqt li titwettaq il-profezija: Meta tfeġġ is-sħaba ħmajra, meta tasal magħha t-tajra, id-demm jiġri mill-kustat … Bla ma jaf kif, Nahel jinġarr miċ-ċirkostanzi dejjem jinbidlu fi vjaġġ li jħabbtu ma’ ħbieb u m’għedewwa, vjaġġ li jwasslu jagħraf dak li minn dejjem kien hemm, stendut quddiemu.2025-01-01T00:00:00ZL-awtiżmu : x’nagħmlu (u x’nevitaw) – Skola primarja
/library/oar/handle/123456789/145626
Title: L-awtiżmu : x’nagħmlu (u x’nevitaw) – Skola primarja
Authors: Pontis, Marco; Aloisio, David
Abstract: Ġieli rriflettejt dwar l-aktar strateġiji effettivi sabiex timmaniġġja t-tfal bl-AWTIŻMU fl-iskola? Dan il-ktieb, fl-istil ta’ manwal ta’ taħriġ għall-għalliema, jiggwidak u jippreżentalek suġġerimenti dwar kif tindirizza b’suċċess 15-il eżempju ta’ sitwazzjonijiet problematiċi u ta’ mġibiet tipiċi fl-ispettru tal-Awtiżmu. Għax it-tfal bl-awtiżmu għandhom imġiba problematika imma MHUMIEX tfal problematiċi • Spjegalhom b’mod ċar • Oħloq logħob fi gruppi • Tisfurzahomx Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kif ukoll b’kontribut taċ-Ċentru għall-kotba u l-qari fi ħdan il-Ministeru Taljan għall-Kultura.2025-01-01T00:00:00ZAvian symbolism in unsilenced – poems for Palestine
/library/oar/handle/123456789/145505
Title: Avian symbolism in unsilenced – poems for Palestine
Abstract: Birds have long been powerful symbols in literature. The imagery of birds has been used to convey complex themes and emotions, allowing writers to explore the depths of human experience. In war poetry, birds often symbolise both the longing for freedom and the sombre realities of conflict, often serving as powerful metaphors for hope, resilience, and the fleeting nature of peace amidst chaos. [excerpt]2024-01-01T00:00:00Z