OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/35251 2025-12-23T07:49:06Z Editorjal /library/oar/handle/123456789/138984 Title: Editorjal Abstract: Leħen il-Malti rabat ismu ma' l-aħjar persunaġġi letterarji tal-gżira. Qabel xejn, għaliex hu marbut mill-qrib mal-ħajja tal-lingwa u tal- letteratura fl-Universita, u mbagħad għaliex hu xiehda tal-ġrajja tal- kultura bil-Malti minn żmien it-twaqqif tal-Katedra tal-Malti sal-lum. L-isem li jmur lura lejn is-snin tletin u erbgħin, imqallbin bil-polemika u ħajja minħabba ċ-ċaqliq tal-gżira, hu l-istess isem li ntrabat ma' Leħen il-Malti għal erbgħin sena sħaħ: Ġużè Aquilina, il-professur li ta lill-istudju ta' Isienna d-dinjita li għandu llum u li ġabar madwaru liII- aħjar kittieba u lil bosta oħrajn biex ilkoll flimkien igħaqqdu s-setgħat tagħhom u jsemmgħu leħen magħqud u deċiż b'riżq iI-qawmien letterarju. 1977-01-01T00:00:00Z Aquilina : il-professur li bena u mexxa l-katedra tal-Malti /library/oar/handle/123456789/138921 Title: Aquilina : il-professur li bena u mexxa l-katedra tal-Malti Abstract: L-avviż għall-post ta' Professur tal-Malti u IIsna Orjentali deher fil-Gazzetta tal-Gvern, fiI-ħarġa tas-26 ta' Frar 1937. L-applikanti kellhom żmien biss sa nofs in-nhar tal-Ħamis, 4 ta' Marzu ta' l-istess sena. Dik il-ħabta Ġużè Aquilina kien qiegħed fl-aħħar sena tal-kors tal-Liġi. Għal dak li hu tagħlim hu kellu esperjenza ta' sena li fiha kien igħallem fl-Għasri fi skola primarja li nfetħet b'inizjattiva ta' Dun Ġorġ Saliba, mir-Rabat t'Għawdex. Dan kien qabel ma beda l-kors tal-Liġi. Għal dik li hi kitba, hu kien ħa sehem mal-Professur P. P. Saydon fil-ġbir tal-antoloġiji Ward ta' Qari Malti, u kien ukoll kiteb ir-rumanz Taħt Tliet Saltniet li bih rebaħ l-ewwel premju fil-konkors tal-Gvern. Flimkien ma' Aquilina applikaw nies li, bil-kriterji ta' dak iż-żmien, kienu kbar ukoll. Hekk kienu Ninu Cremona, Dr. Ġuże Micallef, E.B. Vella u r-Rev. John Theuma-Relf li fl-istess sena ntagħżel bħala professur tal-Patroloġija. 1977-01-01T00:00:00Z Il-professur Ġużè Aquilina kif nafu jien /library/oar/handle/123456789/138920 Title: Il-professur Ġużè Aquilina kif nafu jien Abstract: Lil Guzè Aquilina ili nafu għomor ta' bniedem; iltqajt miegħu l-ewwel darba xi ħamsin sena ilu meta kien għadu student ġej u sejjer mill-Birgu ghall-Belt bil-lanċa tal-pass; sirna ħbieb u bqajna bla ma qatt iġġelidna jew infridna. Inzertajna naqblu fil-fehma tagħna u fl-ideal: minn dejjem xtaqna naraw l-ilsien Malti jgħaddi 'I quddiem u jilħaq il-post li jistħoqqlu fil-ħajja kulturali, soċjali u amministrattiva tal-pajjiż. 1977-01-01T00:00:00Z Aquilina u l-lingwistika Maltija /library/oar/handle/123456789/138919 Title: Aquilina u l-lingwistika Maltija Abstract: Fil-mixja taż-żmien huwa tajjeb li wieħed jieqaf kultant biex jeżamina x'sar u ma sarx f'qasam jew ieħor u b'hekk jiċċara l-idea tiegħu dwar id-direzzjoni li l-affarijiet ikunu qabdu. Fil-każ tal-lingwistika Maltija, matul is-snin inbniet letteratura teknika ġmielha u qed joħorġu xogħolijiet interessanti tista' tgħid kull sena, kemm minn Maltin u kemm minn barranin. Hawnhekk se nagħti daqqa t'għajn fuq fuq lejn il-kontribut ta' Aquilina f'dan il-qasam. Fl-investigazzjoni tagħna se neżaminaw xi xogħlijiet speċifiċi ta' Aquilina. 1977-01-01T00:00:00Z