OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/41324 2025-12-28T08:46:56Z Iz-Zwiemel tal-Bahar /library/oar/handle/123456789/43240 Title: Iz-Zwiemel tal-Bahar Abstract: Iż-żwiemel tal-baħar huma tip ta' ħut mill-familja Syngnathidae. Din il-familja tiġbor fiha ħut li għandhom kisja ta' ġilda kollha piegi, mibnija minn ċrieki ta' l- għadam. L-għamla taż-żwiemel tal-baħar hija qasira u ċatta u għandha bħal ħotba fuq in-naħa ta' taħt li tidjieq f'daqqa u tispiċċa f'denb li jkollu erba' faċċati. Dawn jistgħu jkunu miksijin b'ponot li jkollhom bħal ħafna friegħi tax-xagħar. Iżda dan jiddependi fuq l-ispeċi taż-żiemel tal-baħar. Huma għandhom geddum tawwali forma ta' tubu dejjaq li fit-tarf tiegħu hemm ħalq żgħir. Il-kulur ta' dawn il-ħut jiddependi fuq l-ispeċi u fatturi oħra, bħal jekk ikunx hemm speċi oħra fil-viċin jew jekk ikunx fiż-żmien in-namra. Hemm uħud li saħansitra huma parti ħomor jew sofor. 2001-01-01T00:00:00Z Il-Bulebbiet /library/oar/handle/123456789/43239 Title: Il-Bulebbiet Abstract: Il-bulebbiet huwa l-uniku membru mill-familja Picidae (Woodpeckers) li jpassi: mhux ir-razez kollha tal-bulebbiet ipassu. Fir-reġjun Palaeartiku (li jiġbor fih l- Ewropa kollha, l-Afrika ta' Fuq, il-Lvant Qarib u parti mir-Russja), insibu tliet razez tal-bulebbiet. Fost dawn, ir-razza li tista' titqies tabilħaqq passajra hija dik li tgħix fl-Iskandinavja u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (Jynx torquilla torquilla). 2001-01-01T00:00:00Z In-Natura : issue 18 : 2001 /library/oar/handle/123456789/43238 Title: In-Natura : issue 18 : 2001 Abstract: Table of Contents: Il-Bulebbiet (minn John Azzopardi)... 4/ Il-Ħarruba (minn Ian Mifsud)... 10/ Iż-Żwiemel tal-Baħar (minn Carmen Mifsud)... 15/ Il-Ħamrija - u l-flora u l-fawna li jgħixu fiha (minn Sonya Vella)... 19/ Lista ta’ speċi li jissemmew f’din il-ħarġa... 31. 2001-01-01T00:00:00Z Widnet il-Bahar : il-pjanta nazzjonali /library/oar/handle/123456789/43237 Title: Widnet il-Bahar : il-pjanta nazzjonali Abstract: Widnet il-Baħar hija pjanta magħrufa mhux ħażin minħabba li fl-1971 ġiet iddikjarata l-pjanta nazzjonali. Minħabba li mid-dinja kollha tikber biss fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex, din il-pjanta titqies endemika. Din il-pjanta, li hija waħda mill-aktar pjanti sbieħ u uniċi tal- gżejjer tagħna, tikber ma' l-irdumijiet li jagħtu għal fuq il-baħar, mill-irdum fl-ilbiċ u l-punent ta' Malta u Għawdex (bħal f'Wied iż-Żurrieq, l-irdum ta' Ħad-Dingli u Fomm ir-Riħ f'Malta; u f'Ta' Ċenċ, fid-Dwejra u fix-Xlendi f'Għawdex). 1998-01-01T00:00:00Z