OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/41331 2025-12-27T04:19:23Z L-Orkidi /library/oar/handle/123456789/42716 Title: L-Orkidi Abstract: Fost il-fjuri tad-dinja, x'aktarx dawk li għandhom l-akbar faxxinu huma l- ORKIDI (Orchids) minħabba li dawn il-pjanti jipproduċu ward ta' ġmiel u kurżita kbira. Barra minn hekk l-orkidi huma pjanti x'aktarx rari u ta' kultivazzjoni diffiċli tant li l-fjuri tagħhom iġibu prezzijiet għoljin ħafna fl-industrija ta' l-ortikoltura. Minkejja r-rarita tagħhom l-orkidi jikbru mad-dinja kollha u fil-fatt huma l-akbar familja ta' pjanti b'xi 18,000 il-speċi differenti. 1987-01-01T00:00:00Z Il-Gawwi /library/oar/handle/123456789/42715 Title: Il-Gawwi Abstract: F'Malta, id-dehra tal-gawwi hija marbuta l-aktar max-xhur tax-xitwa, għaliex huwa f'dan l-istaġun li ħafna nies jaraw il-gawwi fil-portijiet tagħna. L-ispeċi ta' gawwi li jidhru hawn Malta huma: il-gawwija rasha kannella (black-headed gull); il-gawwija prima (herring gull); il-gawwija daharha iswed (lesser black-backed gull); il-gawwija rasha sewda (Mediterranean gull); il-gawwija żgħira (little gull); u l- gawwija geddumha rqiq (slender-billed gull). Minbarra dawn hemm xi speċi oħra, bħall-gawwija geddumha aħmar (Audouin's gull), li huma rari f 'pajjiżna. 1987-01-01T00:00:00Z Progett : Ohloq ghadira [It-tieni parti] /library/oar/handle/123456789/42714 Title: Progett : Ohloq ghadira [It-tieni parti] Abstract: Jekk wieħed jitħajjar jagħmel għadira jew vaska bħal ma hemm imfisser kif il-Għasfur u l-Ambjent Naturali numru 5 żgur li għandu x'josserva u x'jitgħallem. Ma rridux ninsew li l-iskop li tagħmel għadira mhux biex tiġbor xi ħlejjaq minn agħdajjar oħra u titfagħhom ġo fiha iżda, li tosserva kif ħafna ħlejjaq jitrabbew b'mod naturali ġo l-ilma ta' l- għadira l-ġdida. 1987-01-01T00:00:00Z Il-Farfett tal-Fejgel /library/oar/handle/123456789/42713 Title: Il-Farfett tal-Fejgel Abstract: Il-farfett tal-fejġel, jew kif inhu magħruf bl-lngliż swallowtail butterfly huwa l-akbar u mill-isbaħ fost il-friefet li jgħixu fi gżiritna. L-ilwien suwed u sofor ta' dan l-insett, kif ukoll iż-żewg daqqiet vjola fuq ġwenħajħ ta' wara jagħmluh tassew farfett mill-isbaħ. lt-titjira normali tiegħu hija ħafifa u bla ħafna tferfir tal-ġwienaħ. Jinstab l-aktar fil-kampanja mħaddra, f'widien u sikwit ukoll f'ġonna. lgħix billi bħall-friefet l-oħra jixrob l-għasel mill-fjuri. 1987-01-01T00:00:00Z