OAR@UM Collection:
/library/oar/handle/123456789/42710
2025-12-28T19:36:40ZStudju u osservazzjoni ta’ l-agħsafar fir-Riserva ta’ l-Għadira
/library/oar/handle/123456789/42810
Title: Studju u osservazzjoni ta’ l-agħsafar fir-Riserva ta’ l-Għadira
Abstract: Wieħed mill-għanijiet li għalih ġiet
maħluqa r-riserva naturali ta' l-Għadira
hu li sservi ta' post fejn il-pubbliku, partikolarment iż-żgħar, ikun jista'
jitgħallem josserva u jistudja n-natura
mingħajr ma jfixkilha u mingħajr ma
jagħmel ħsara. Il-ħlejjaq li l-iżjed jiġbdu
nies biex josservawhom ġewwa
r-riserva huma bla dubju ta' xejn l-agħsafar. Biex wieħed ikun jista'
josservahom aħjar, inbniet kamra apposta
li minn ġo fiha wieħed jista'
josserva l-agħsafar iżjed mill-qrib u bil-kumdita’.1988-01-01T00:00:00Z±õ±ô-²ú³Üż²¹±ç±ç
/library/oar/handle/123456789/42804
Title: ±õ±ô-²ú³Üż²¹±ç±ç
Abstract: Fil-Gżejjer Maltin billi m'hawnx xmajjar
jew agħdajjar kbar ta' l-ilma ħelu ma
nsibux tipi ta' ħut ta' dawn l-ambjenti.
L-eqreb li naslu huwa f'xi nħawi fejn ilma
ħelu jiskula mill-blat u jnixxi għall-baħar
biex jifforma ambjent ta' ilma
salmastru. Fejn hemm ilma bħal dan
ġeneralment jiffurmaw agħdajjar
mielħa (salt marshes) li fihom igħixu
għadd ta' ħlejjaq u ħixejjex uniċi u mill-aktar
interessanti. F'dan l-ambjent insibu
wkoll xi tipi ta' ħut, bħial xi mulett
jew bobin (Grey mullet) inkella xi
bużullieqa (Blenny) li jitħajru jersqu 'I
hemm minħabba li kapaċi jifilhu nuqqas jew żieda ta' melħ fl-ilma. Tgħix
dejjem f'ambjent ta' dan it-tip insibu
ħuta ċkejkna: il-bużaqq (killifish).1988-01-01T00:00:00ZIt-Tigiega tal-Bahar u l-Gallozz Iswed
/library/oar/handle/123456789/42803
Title: It-Tigiega tal-Bahar u l-Gallozz Iswed
Abstract: Żewġ agħsafar li jixbħu Iii xulxin u li
wieħed jista' jarahom flimkien igħumu
fl-ilma huma t-Tiġieġa tal-Baħar u l-
Gallozz lswed. Dawn iż-żewġ agħsafar
issibhom fejn ikun hemm l-ilma ħelu
jew salmastru. Madankollu t-Tiġieġa
tal-Baħar, kif jindika isimha, tista' ssibha
matul il-passa fil-baħar, speċjalment fil-portijiet
u l-bajjiet. Il-kulur dominanti ta' dawn iż-żewġ
tajr ta' l-ilma huwa griż skur li jidher
iswed. Minkejja li l-kulur dominanti tar-rix
huwa komuni għaż-żewġ agħsafar,
u t-tnejn igħumu f'wiċċ l-ilma bħall-papri,
wieħed m'għandux isibha diffiċli
biex jagħrafhom minn xulxin.1988-01-01T00:00:00ZAmbjent u hlejjaq fl-Ghadira
/library/oar/handle/123456789/42732
Title: Ambjent u hlejjaq fl-Ghadira
Abstract: L-ambjent ta' l-Għadira nistgħu niddeskrivuh
bħala ambjent ta' agħdajjar
ta' tajn u ta' ilma salmastru viċin tal-kosta. F'Malta għandna ftit wisq minn
dan it-tip ta' ambjent. Apparti mill-Għadira
nsibu rqajja' tiegħu f'postijiet
bħas-Salini, il-Marsa, il-Magħluq ta'
Wied il-Għajn u f'Marsaxlokk fil-post
magħruf bħala tal-Ballut. Għalkemm
semmejna tlieta jew erba' postijiet fejn
hemm dat-tip ta' ambjent, meta nħarsu
lejhom fid-dettal naraw li dawk tat-tramuntana
ta' Malta ma humiex
l-istess bħal dawk tan-nofsinhar ta' Malta, għaliex l-ispeċi li jgħixu fl-agħdajjar
salmastri fin-naħa tat-tramuntana
ma nsibuhomx igħixu
wkoll fin-naħa tan-nofsinhar.1988-01-01T00:00:00Z