OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/42992 2025-12-29T16:23:29Z Il-hajja fl-ghadajjar : il-gambli ta' l-ghadajjar u l-gambli tal-qoxra /library/oar/handle/123456789/43098 Title: Il-hajja fl-ghadajjar : il-gambli ta' l-ghadajjar u l-gambli tal-qoxra Abstract: Matul l-istaġun tax-xita, bejn Settembru u Marzu, jinġabar l-ilma ħelu fl-għadajjar żgħar fix-xagħri. Ħafna minn dawn l-għadajjar jinxfu f’temp ta' ftit sigħat jew ġranet. lżda xi ftit minnhom jistgħu jkunu kbar biżżejjed u fondi biżżejjed biex iżommu kwantita' ta' ilma tul dan iż-żmien. Hekk kif dawn l-għadajjar jimtlew bl-ewwel xita, jibdew jitfaċċaw ħafna pjanti u annimali żgħar. Xi ftit minnhom ikunu ġew fl-għadira minn xi mkien ieħor, iżda ħafna oħrajn ikunu faqqsu hemmhekk stess: minn bajd li jkun moħbi fil-ħamrija tal- qiegħ. Ħafna minn dawn l- annimali huma żgħar u, minħabba li ma jagħtux ħafna fil-għajn, ma tantx huma magħrufin. 1995-01-01T00:00:00Z L-ambjent fl-ahbarijiet /library/oar/handle/123456789/43096 Title: L-ambjent fl-ahbarijiet Abstract: The protection of natural environment is the focal theme of outstanding news dicsussed within this article, pointing out to the various issues that are threatening nature and species. The killing of butterflies for collection purposes, overfishing for tuna, marine pollution, and conservation of wild flowers are the main topics brought forward to increase awareness for the importance of nature and the relative habitat conservation. Furthermore, effective educational campaigns in favour of the natural environment, including the remarkable action taken to protect endangered bird species in Norway and in Germany yielded very positive outcomes. Description: A list of plants and animal species that are mentioned within this Issue follows this article. 1995-01-01T00:00:00Z L-Isturnell /library/oar/handle/123456789/43053 Title: L-Isturnell Abstract: Wieħed mill-għasafar karatteristiċi għax-xhur xitwin fil-gżejjer Maltin huwa l-isturnell. Wieħed jista' faċilment josserva dan l- għasfur fit-triqat tal-Belt meta jkun qed jidlam, meta qtajja' ta' sturnell ikunu deħlin għall-irqad fis-siġar, bħal dawk tal-bitħa tal-Palazz. L-isturnell huwa għasfur komuni u huwa mifrux rna' l-Ewropa kollha. Dan l-għasfur ġie introdott saħansitra fl-Awstralja u fl-Amerika ta' Fuq. Minħabba li f’dawn il-pajjiżi l-isturnell qiegħed ifixkel it-tkattir ta' speċi ta' għasafar oħra, huwa meqjus bħala pest. 1995-01-01T00:00:00Z L-imhar /library/oar/handle/123456789/43052 Title: L-imhar Abstract: L-imħar jagħmel parti minn grupp kbir ta’ annimali bla sinsla li jissejħu molluski. Bħal ħafna mill-molluski l-oħra, l-imħar għandu qoxra iebsa li jużaha biex jipproteġi ruħu mit-taħbit tal-mewġ mal-blat, kif ukoll minn annimali oħrajn li jitħajru jippruvaw jikluh. Il-qoxra ta' l-imħar hija differenti ħafna mill-qxur ta' molluski oħra bħalma huma l-bebbux u l-gandoffli. Għandha forma ta' tarka jew plattin maqlub, b'għamla ċatta u lixxa. Dan biex il-mewġ rna jkunx jista' jaħkimha u jaqlagħha minn mal-blat. 1995-01-01T00:00:00Z