OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/43139 2025-12-26T14:59:48Z Widnet il-Bahar : il-pjanta nazzjonali /library/oar/handle/123456789/43237 Title: Widnet il-Bahar : il-pjanta nazzjonali Abstract: Widnet il-Baħar hija pjanta magħrufa mhux ħażin minħabba li fl-1971 ġiet iddikjarata l-pjanta nazzjonali. Minħabba li mid-dinja kollha tikber biss fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex, din il-pjanta titqies endemika. Din il-pjanta, li hija waħda mill-aktar pjanti sbieħ u uniċi tal- gżejjer tagħna, tikber ma' l-irdumijiet li jagħtu għal fuq il-baħar, mill-irdum fl-ilbiċ u l-punent ta' Malta u Għawdex (bħal f'Wied iż-Żurrieq, l-irdum ta' Ħad-Dingli u Fomm ir-Riħ f'Malta; u f'Ta' Ċenċ, fid-Dwejra u fix-Xlendi f'Għawdex). 1998-01-01T00:00:00Z L-Gharghar : is-sigra nazzjonali /library/oar/handle/123456789/43236 Title: L-Gharghar : is-sigra nazzjonali Abstract: Siġra li darba kienet komuni ħafna fil-gżejjer Maltin hija l- għargħar. Din kienet tiksi wesgħat kbar f'Birkirkara u l-inħawi ta' madwarha. Hemm inħawi li huma maħsuba li kienu msemmijin għal din is-siġra, bħal San Ġwann ta' l- Għargħar u Ħal-Għargħur, għalkemm hawn min jgħid li l-Għargħur, kif jixhdu mappi qodma, hu mnissel mill-isem Girgor. Mhux dokumentat li din is-siġra kienet tikber fis-selvaġġ f'Għawdex u l-anqas f'Kemmuna, għalkemm illum jinstabu xi siġar żgħar li ġew imħawwla f'dawn iż-żewġ gżejjer mill-bniedem. Description: A description of the term concerning 'introduced species’ follows this article. In addition, this document contains a list of species that are mentioned within this Journal Issue. 1998-01-01T00:00:00Z Il-Vjolini /library/oar/handle/123456789/43234 Title: Il-Vjolini Abstract: Il-vjolini huma għasafar miġbura fil-grupp Phylloscopus, li ma' gruppi oħra jiffurmaw il-familja Sylviidae. Din tiġbor fiha 339 speċi mferrxa mad-dinja. Il-vjolini huma x'aktarx għasafar żgħar, fuq tagħhom u b'lewn ħafna drabi isfar u aħdar. Dawn jinstabu kważi dejjem fejn ikun hemm siġar, arbuxxelli jew ħxejjex imdaqqsin oħra. Fil-gżejjer tagħna s'issa dehru tmien speċi, iżda wieħed jiltaqa' l-aktar mal-vjolin tax-xitwa, il-vjolin ħadrani u l-vjolin pastard. 1998-01-01T00:00:00Z In-Natura : issue 17 : 1998 /library/oar/handle/123456789/43233 Title: In-Natura : issue 17 : 1998 Abstract: Table of Contents: Il-Vjolini (minn Mark A. Falzon)... 4/ Widnet il-Baħar: il-pjanta nazzjonali (minn Darrin Stevens)... 8/ Il-Merill: l-għasfur nazzjonali (minn Denis Cachia)... 15/ L-Għargħar: is-siġra nazzjonali (minn Alfred E. Baldacchino)... 24/ L-ispeċi barranin... 30. 1998-01-01T00:00:00Z