OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/4632
2025-12-26T04:22:31ZEmigrazzjoni lejn in-Naxxar
/library/oar/handle/123456789/139369
Title: Emigrazzjoni lejn in-Naxxar
Abstract: Sa qabel it-tieni gwerra dinjija in-Naxxar ftit kien ra tibdil, l-unika nies li kienu jiżdiedu mal-popolazzjoni tar-raħal kienu jkunu dawk li jiġu minn barra r-raħal minħabba żwieġ. L-ewwel mewġa ta' imigrazzjoni seħħet fin-Naxxar mal-bidu tat-tieni gwerra dinjija, fejn numru ta' familji li kienu minn żoni l-aktar milquta mill-għadu telqu djarhom u sabu kemm f'dan ir-raħal. It-tieni mewġa pero fuq skala iżgħar kienet fl-1946, meta l-Ġizwiti ġew ġon-Naxxar biex jokkupaw il-palazz mogħti lilhom mill-Farnilja tal-kaptan Robert Mizzi fi Triq il-Markiz Scicluna fejn fetħu n-Novizzjat għall-istudenti li kienu f'għadd ġmielu. Dan ġab miegħu għadd ieħor ta' patrijiet ġejjin u sejrin, kif ukoll ħafna qraba ta' l-istudenti minn kull naħa ta' Malta. Imma l-akbar emigrazzjoni u waħda stabbli, saret f'dawn l-aħħar snin f'dak li beda jissejjaħil-boom tal-bini. Malta kollha mtliet bil-bini ġdid, il-qodma trangaw u flok bini b'zewg sulari, tela' bini b'aktar sulari. In-Naxxar ma baqax lura, jiixhed dan l-izvillup kbir li sar fiż-żoni ta' Birguma u s-Sgħajtar.1995-01-01T00:00:00ZMafkar imżewwaq b'siġar u ward
/library/oar/handle/123456789/124097
Title: Mafkar imżewwaq b'siġar u ward
Abstract: Dan l-artiklu huwa parti minn kullana ta' ġrajjiet li seħħew fl-inħawi Ta' Ħamet li jmorru lura għal bidu tas-seklu għoxrin snin. Waħda minnhom hija ta' inċident traġiku li fih tilfet ħajjitha Franġiska Sultana f'nhar Santa Marija tal-1926 meta ġiet imtajra minn xarabank u meta fl-1964 fl-istess inħawwi ġie inawgurat ġnien pubbliku bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza tal-gżejjer Matlin mill-ħakma ingliża.2014-01-01T00:00:00ZIl-qagħda soċjali tal-parruċċani ta' San Ġorġ fl-1667
/library/oar/handle/123456789/119735
Title: Il-qagħda soċjali tal-parruċċani ta' San Ġorġ fl-1667
Abstract: Fl-14 ta' Ġunju 1667, 1-Isqof Lucas Buenos (1666-1668) ġie ppreżentat b'lista li fiha hemm l-isem ta' kull persuna li kienet toqgħod Għawdex u Kemmuna f' dak iż-żmien. F' din il-lista hemm imniżżla l-persuni li kienu jgħixu fiż-żewġ parroċċi ta' Għawdex, jiġifieri fil-parroċċa tal-Kolleggjata Matriċi tal-Assunta (illum il-knisja Katidrali) u l-oħra tal-parroċċa ta' San Ġorġ Martri, fir-Rabat.2017-01-01T00:00:00ZIl-Ħalluqin lejn l-aħħar tal-Medjuevu
/library/oar/handle/123456789/112566
Title: Il-Ħalluqin lejn l-aħħar tal-Medjuevu
Abstract: F'dan l-artiklu Mario Cassar jagħti tagħrif dwar l-ismijiet, kunjomijiet u laqmijiet u il-populazzjoni ta' Ħal-Luqa lejn l-aħħar tal-medjuevu. F'dan iż-żmien, il-popolazzjoni tal-Gudja u Ħal-Luqa flimkien kienet ta' madwar 300--350 ruħ. B'kollox kien hemm sittin raġel (b'31 kunjom differenti) Ii kellhom jagħtu sehemhom fl-angara, din kienet użanza fejn l-irġiel kellhom isewwu l-iswar bla ħlas.2009-01-01T00:00:00Z