OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/51542 2025-11-11T15:06:00Z Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 198 : Ottubru-Dicembru : 2017 /library/oar/handle/123456789/51634 Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 198 : Ottubru-Dicembru : 2017 Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija. 2017-01-01T00:00:00Z Il-Kristologija tal-Evangelju skont San Gwann /library/oar/handle/123456789/51614 Title: Il-Kristologija tal-Evangelju skont San Gwann Abstract: Huwa fatt magħruf li l-preżentazzjoni tal-persuna ta’ Ġesù Kristu fl-Evanġelju skont San Ġwann tisboq bil-bosta l-Kristoloġija tal-Evanġelji Sinottiċi. Bla dubju, dan hu frott ta’ aktar riflessjoni teoloġika profonda fuq il-persuna ta’ Kristu min-naħa tal-komunità nisranija li għaliha ġie miktub dan l-Evanġelju. F’dan l-artiklu sejrin naraw kif ir-Raba’ Evanġelista jitkellem fuq il-persuna ta’ Ġesù, l-Iben ta’ Alla, f ’rabta mal-Missier, u kif dan il-mod li bih jitkellem l-Evanġelista jvarja minn dak li naqraw fl-Evanġelji Sinottiċi. 2017-01-01T00:00:00Z Il-gustifikazzjoni fil-fidi f'San Pawl /library/oar/handle/123456789/51613 Title: Il-gustifikazzjoni fil-fidi f'San Pawl Abstract: Għadhom kif għalqu ċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru il-ħames mitt sena mir-Riforma mwettqa minn Martinu Luteru. Kienet it-tema tal-Ġustifikazzjoni fil-Fidi li firdet għal sekli l-Kattoliċi mir-riformaturi. Nixtieq li f’dan l-artiklu niġbor flimkien x’temmen il-Knisja Kattolika dwar il-Ġustifikazzjoni fil-fidi billi niġbor hawn taħt, f’traduzzjoni u adattament, l-ideat ippreżentati mill-Papa Benedittu XVI f’żewġ Udjenzi Ġenerali (19 u 26 ta’ Novembru) tas-sena 2008. 2017-01-01T00:00:00Z L-Omm tal-Makkabin (4) /library/oar/handle/123456789/51593 Title: L-Omm tal-Makkabin (4) Abstract: It-tieni ktieb tal-Makkabin joffri ġrajja tassew memorabbli mimlija kollha tbatijiet ħorox ma’ u lejn nies innoċenti. Dan huwa r-rakkont tal-martirju tas-seba’ aħwa fejn dawn ġew kkonfortati mill-preżenza kuraġġjuża tal-omm tagħhom stess. Din l-omm għamlitilhom il-qalb biex ma jiksrux il-Liġi tal-Mulej (2 Mak 7,1-41) minkejja t-torturi li għaddew minnhom uliedha! Din it-tifkira tal-omm erojka baqgħet stampata fil-moħħ u fil-qalb tal-ġenerazzjonijiet futuri. 2017-01-01T00:00:00Z