OAR@UM Community:
/library/oar/handle/123456789/52658
2025-11-10T16:35:00ZMonasteri fid-desert tal-Lhudija : il-Monasteri ta' Wadi Qelt
/library/oar/handle/123456789/54855
Title: Monasteri fid-desert tal-Lhudija : il-Monasteri ta' Wadi Qelt
Abstract: It-triq li twassal minn Ġerusalemm għal Ġeriko tkopri distanza ta’ xi 24 km. Wara li tgħaddi
mill-mina taħt il-Muntanja Scopus (826m) it-triq tibda nieżla lejn id-Deżert tal-Lhudija
minn taħt l-insedjament Lhudi ta’ Ma’aleh Adumim, lejn il-belt ta’ Ġeriko (244m taħt il-livell
tal-baħar) u lejn il-Baħar il-Mejjet (423m taħt il-livell tal-baħar). It-triq ġiet reċentement imwessgħa u issa hi arterja
importanti ta’ traffiku bejn
Ġerusalemm u l-Wied
tal-Ġordan. Taqsam
reġjun interessanti mimli
siti ta’ interess storiku u
arkeoloġiku. Il-pellegrin
jistagħġeb bil-panorama
tad-Deżert tal-Lhudija,
bl-għoljiet għerja, widien u
sinjali ta’ veġetazzjoni fejn
l-ilma hu abbundanti, u
bil-preżenza ta’ xi tribujiet
Bedwini li għadhom jgħixu
fit-tined tagħhom mal-ġenb
tat-triq.2015-01-01T00:00:00ZLehen l-Art Imqaddsa : Numru 188 : April-Gunju : 2015
/library/oar/handle/123456789/54664
Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 188 : April-Gunju : 2015
Editors: Chircop, Twanny
Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija.2015-01-01T00:00:00ZSan Luqa : l-Evangelista tat-talb
/library/oar/handle/123456789/54662
Title: San Luqa : l-Evangelista tat-talb
Abstract: L-Evanġelju skont San Luqa huwa l-itwal fost l-erba’ Evanġelji kanoniċi. Huwa wkoll l-uniku
Evanġelju segwit mit-tieni volum, magħruf aħjar bħala l-Ktieb tal-Atti tal-Appostli. Dawn
iż-żewġ xogħlijiet, tradizzjonalment attribwiti lil San Luqa, huma ddedikati lil ċertu Teofilu. Minn dak li naqraw f ’Atti
1:1, jidher li San Luqa xtaq
li t-tieni volum tiegħu jservi
bħala l-kontinwazzjoni
għall-ewwel kitba tiegħu,
Minħabba f ’hekk, fl-istudji
Bibliċi nitkellmu minn
Luqa-Atti bħala żewġ volumi
li jmorru flimkien, aktar
milli minn l-Evanġelju
waħdu. Dan ifisser li ħafna
mit-temi li dan l-Evanġelista
jintroduċina għalihom
fin-narrativa tal-Evanġelju
tiegħu jkomplu wkoll fl-
Atti tal-Appostli. Waħda
minn dawn it-temi hija dik
tat-talb. Fil-fatt, nistgħu
ngħidu, li minn fost l-erba’
Evanġelisti, San Luqa huwa
l-aktar wieħed li jitkellem
fuq it-tema tat-talb.2015-01-01T00:00:00ZIl-mewt ta' Gesu' gabet bidla fl-ezistenza tal-bniedem
/library/oar/handle/123456789/54660
Title: Il-mewt ta' Gesu' gabet bidla fl-ezistenza tal-bniedem
Abstract: Il-mewt vittma ta’ Ġesù fuq
il-Kalvarju, mela l-offerta
tiegħu nnifsu stess, din
biddlet l-eżistenza kollha
ta’ kull bniedem ta’ kull
żmien, razza u età. Din
il-mewt vjolenti ta’ Ġesù
ħelsitna minn kull tfixkil
fil-mixja tagħna lejn Alla,
warrbet u ġarrfet il-ħajt
tal-firda, anzi qaddsitna u
fetħitilna l-opportunità għal
aktar għajnuniet. Hekk issa
l-vera qima mogħtija lil Alla
setgħet issir b’mod aktar
perfett, dejjem grazzi għall-mewt
ta’ Ġesù. Dan il-mod
perfett u għoli qiegħed fil-fatt
li ma fadalx aktar offerti
lil Alla ta’ bhejjem bħal
l-imgħoddi, imma baqa’ biss
l-offerta tal-Kalvarju.2015-01-01T00:00:00Z