OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/56303 2026-05-24T17:52:08Z Riċerkaturi : Ħarġa 7 /library/oar/handle/123456789/144665 Title: Riċerkaturi : Ħarġa 7 Authors: Spagnol, Michael Abstract: - Imsielet : Michael Spagnol; - Il-ġrajja tal-laqgħa tal-kittieba tal-Malti (1920) : Daniel Attard; - Il-Malti u l-Ingliż fost it-tfal : studju fuq il-preferenzi u l-attitudnijiet lingwistiċi : Maria Bellia; - Il-mara l-oħra : il-profil letterarju ta’ nisa f’relazzjonijiet ta’ mħabba meqjusin ‘illeċiti’ : Rebecca Greengrass; - “dirgħajk rotob dejjem wennsuni” : l-esperjenza materna skont poetessi Maltin : Solana Mangion; - silenzji li nduqu u metafori sinestetiċi oħra f’Nadia Mifsud : Klara Vassallo 2025-01-01T00:00:00Z Imsielet /library/oar/handle/123456789/144654 Title: Imsielet Authors: Spagnol, Michael Abstract: L-ittri tal-alfabett għandna ħabta nxebbhuhom mal-bnedmin. Il-ħ naqtgħulha rasha. Il-q bis-sieq. Il-b daharha ’l hemm u d-d daharha ’l hawn. L-e tal-widna, inkella nitfixkluha mal-i tat-tikka. U l-mistoqsija trid tispiċċa bil-misluta, mhux hekk? 2025-01-01T00:00:00Z Il-ġrajja tal-laqgħa tal-kittieba tal-Malti (1920) /library/oar/handle/123456789/144653 Title: Il-ġrajja tal-laqgħa tal-kittieba tal-Malti (1920) Authors: Attard, Daniel Abstract: Il-proċess tal-istandardizzazzjoni tal-Malti ġie ttrattat minn diversi akkademiċi u kittieba, fosthom Oliver Friggieri, Franġisku Saverju Caruana, Godfrey Zarb Adami u Lawrenz Cachia. F’xogħlijiethom irreferew għall-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti, li twaqqfet fl-1920 biex tistandardizza l-alfabett u l-ortografija tal-Malti. Bejniethom semmew diversi dati u ġrajjiet importanti li seħħew mit-twaqqif tal-Għaqda sa tmiem il-ħidmiet bikrija tagħha biex tistandardizza l-lingwa, imma kien jonqos li dawn l-istess ġrajjiet jintrifdu bi studju li jqis l-avvenimenti ewlenin tal-pjanifikazzjoni lingwistika ta’ mitt sena ilu minn lenti soċjolingwistika. F’dan l-artiklu se nanalizza t-twaqqif tal-Għaqda skont il-kriterji tal-First Congress (l-Ewwel Kungress) li ħareġ bihom Joshua A. Fishman (1993). Dan se nagħmlu billi nħares lejn is-sitwazzjoni soċjopolitika u letterarja li fiha ġie organizzat l-Ewwel Kungress tal-Malti, insemmi l-avvenimenti li għandhom korrelazzjoni mal-organizzazzjoni tal-kungress, u nelenka r-reazzjonijiet għas-sejħa għall-Kungress u l-ewwel deċiżjonijiet li ttieħdu fl-14 ta’ Novembru 1920, il-ġurnata sinonima mat-twaqqif tal-Għaqda. Se niddiskuti wkoll il-mod kif irriċerkajt biex ġbart l-informazzjoni għat-teżi, xi sfidi li ltqajt magħhom waqt ir-riċerka u xi soluzzjonijiet li għenuni negħleb dawn l-isfidi biex, fl-aħħar mill-aħħar, stajt intemm it-teżi. 2025-01-01T00:00:00Z Il-Malti u l-Ingliż fost it-tfal : studju fuq il-preferenzi u l-attitudnijiet lingwistiċi /library/oar/handle/123456789/144612 Title: Il-Malti u l-Ingliż fost it-tfal : studju fuq il-preferenzi u l-attitudnijiet lingwistiċi Authors: Bellia, Maria Abstract: F’dan l-artiklu nistħarreġ il-preferenzi u l-attitudnijiet lingwistiċi lejn il-Malti u l-Ingliż fost it-tfal Maltin ta’ bejn id-disa’ snin u l-11-il sena u l-ġenituri/kustodji tagħhom. Nesplora kif jintużaw iż-żewġ lingwi f ’ambjenti differenti, u jekk il-kuntest soċjali, edukattiv jew tad-dar jinfluwenzax l-għażla tal-lingwa. Nanalizza wkoll l-impressjonijiet personali tal-parteċipanti dwar il-ħiliet lingwistiċi tagħhom stess u kemm iħossuhom kunfidenti jitkellmu, jifhmu, jaqraw u jiktbu bil-Malti u bl-Ingliż. Saru diversi studji fuq l-użu tal-lingwi fost l-adulti u ż-żgħażagħ mid-disgħinijiet ’l hawn, iżda kien hawn nuqqas ta’ riċerka fuq l-użu tal-lingwi fost it-tfal. Dan l-artiklu jiġbor fih xi studji li saru sal-2024 u jiffoka fuq ir-riċerka li fiha t-tfal huma s-suġġett ewlieni tal-osservazzjoni, bil-għan li joffri stampa aktar ċara tal-preferenzi u l-attitudnijiet lingwistiċi tagħhom. 2025-01-01T00:00:00Z