OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/59972 2025-11-13T08:01:46Z Il-qlib tal-kodiċi /library/oar/handle/123456789/60053 Title: Il-qlib tal-kodiċi Authors: Calleja, Amy Abstract: Dan l-artiklu jinqasam fi tnejn. Fl-ewwel parti tagħti ħarsa ġenerali lejn il-qlib tal-kodiċi, bl-Ingliż code-switching, bħala fenomenu li jinsab f’għadd ta’ komunitajiet lingwistiċi madwar id-dinja. Fit-tieni parti tippreżenta s-sejbiet ewlenin tal-istudju li għamlet fuq il-qlib tal-kodiċi fi programm televiżiv lokali. 2020-01-01T00:00:00Z Il-verbi f'sekwenza fil-Malti /library/oar/handle/123456789/60052 Title: Il-verbi f'sekwenza fil-Malti Authors: Azzopardi, Kirsty Abstract: F’dan l-artiklu l-awtriċi tistħarreġ in-natura tal-katina verbali fil-Malti, li għalissa nistgħu niddeskrivuha bħala sekwenza ta’ verbi li jokkorru wara xulxin mingħajr l-ebda ndħil ta’ xi element ieħor. 2020-01-01T00:00:00Z Il-laqam personali: Analiżi lingwistika /library/oar/handle/123456789/60051 Title: Il-laqam personali: Analiżi lingwistika Authors: Deguara, Abigail Abstract: F’dan l-artiklu l-awtriċi tistħarreġ il-binja morfosintattika ta’ numru ta’ laqmijiet personali Maltin, ħafna minnhom meħudin mir-reġistru elettorali tal-1947. Fl-analiżi tħares lejn elementi formali fil-laqmijiet, bħall-artiklu jew il-prepożizzjoni ta’, li normalment jieħdu fil-bidu, u l-kategoriji grammatikali li jaqgħu taħthom. Fi kliem ieħor, f’dan l-istudju tiffoka fuq laqmijiet b’komponenti lessikali li jistgħu jiġu analizzati u kklassifikati skont għadd ta’ kriterji lingwistiċi. 2020-01-01T00:00:00Z Ir-realtà li toħloq il-letteratura /library/oar/handle/123456789/60050 Title: Ir-realtà li toħloq il-letteratura Authors: Saydon, Rachel Abstract: F’dan l-istudju l-awtriċi tistħarreġ, fost l-oħrajn, x’differenza hemm, jekk hemm, bejn il-lingwa li nużaw biex nikkomunikaw waqt it-taħdit ta’ kuljum u l-lingwa li nħaddmu fil-letteratura. Hawnhekk, il-kunċett tal-letteratura jinftiehem bħala l-użu speċjali tallingwa f’xogħlijiet mistħajla li jiddefamiljarizza dak li jirrappreżenta bl-għan li l-lingwa tħalli effetti differenti u tawmenta l-esperjenza tal-qarrejja waqt il-qari. Barra minn hekk, se tistħarreġ ir-relazzjoni bejn ir-realtà kif tidher fil-letteratura u r-realtà akbar li ngħixu ta’ kuljum. F’xi partijiet, biex tapplika l-kontenut teoriku għal test letterarju konkret, se tagħti eżempji mir-rumanz Castillo ta’ Clare Azzopardi. 2020-01-01T00:00:00Z