OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/6480 2025-11-09T21:20:23Z Opra moħbija fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar /library/oar/handle/123456789/140959 Title: Opra moħbija fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar Abstract: Il-Via Sagra fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar hija meqjusa bħala waħda mill-isbaħ u forsi l-aqwa f’Malta. Din l-opra artistika u ta’ qima, magħmula minn 14-il kwadru, bdiet fuq inizjattiva tal-Kappillan Dun Ġorġ Fiteni li talab għall-installazzjoni tagħha fil-bidu ta’ Ottubru 1776, u twaqqfet fl-1 ta' Diċembru tal-istess sena. Id-disinn tal-Via Crucis sar minn Antonio Cachia fi Frar 1779 , l-iskultura saret minn Antonio Fabri, u x-xogħol tal-injam sar minn Mastru Ġużeppi Pullicino. Il-kwadri kienu mpittra minn diversi artisti. L-opra tal-Via Crucis tlestiet fi żmien tlettax-il sena, għalkemm il-biċċa l-kbira tax-xogħol sar bejn l-1778 u l-1783. 1991-01-01T00:00:00Z Il-kwadru ta' San Gejtanu /library/oar/handle/123456789/139367 Title: Il-kwadru ta' San Gejtanu Abstract: F'dan l-artiklu insibu deskrizzjoni ta' kwadru tal-pittur Francesco Zahra iddedikat lil San Gejtanu li jinsab fil-mużew tal-knisja parrokjali ta' Naxxar. 1995-01-01T00:00:00Z Pittur tagħlaq 400 mitt sena /library/oar/handle/123456789/139363 Title: Pittur tagħlaq 400 mitt sena Abstract: Il-Parroċċa tan-Naxxar għandha pittura tal- Madonna tar-Rużarju li għandha 400 sena, xogħol attribwit lil Giovanni Maria Abela tal-1595. Dan il-kwadru huwa l-bidu tad-devozzjoni Marjana fil-parroċċa. Il-fratellanza tar-Rużarju fin-Naxxar twaqqfet fl-1594 ,sena qabel sar il-kwadru, u l-artal tagħha kien meqjum fil-knisja mill1634. Il-fratellanza kienet attiva ħafna, tiċċelebra żewġ festi tal-Madonna, waħda f'Ottubru u l-oħra f'Mejju , u kienet responsabbli għaċ-ċelebrazzjoni tan-Novena tal-Milied. Fis-seklu ta' wara (is-seklu 19), il-fratellanza laħqet l-aqwa tagħha, bil-festa ssir b'solennità kbira, u bil-ġbir isir man-Naxxar kollu. Il-volumi ta' amministrazzjoni tagħha, li jmorru lura għall-1732, jinsabu merfugħa, b'noti interessanti dwar il-perijodu tal-gwerra wkoll. L-awtur jikkonkludi li l-pedament ta' din l-istorja kollha jibqa' l-kwadru storiku tal-1595. 1995-01-01T00:00:00Z Michelangelo Merisi da Caravaggio : birth, artistic output and sojourn in Malta /library/oar/handle/123456789/139359 Title: Michelangelo Merisi da Caravaggio : birth, artistic output and sojourn in Malta Abstract: Michelangelo one of the greatest painters of all time had a very eventful life and for a brief stint even lived in Malta, this article delves into these events. 2023-09-24T00:00:00Z