OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/119435 Wed, 12 Nov 2025 17:24:45 GMT 2025-11-12T17:24:45Z Harsa lejn il-Ktieb tal-Ghanja tal-Ghanjiet /library/oar/handle/123456789/55611 Title: Harsa lejn il-Ktieb tal-Ghanja tal-Ghanjiet Abstract: Il-Ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet huwa wieħed mis-seba’ kotba tal-għerf li nsibu fl-Antik Testment. L-isem tal-ktieb bil-Lhudi xir ħaxxirim u proprju għanja ta’ imħabba (bl-ebrajk: ahavah u bil-grieg: agape) bejn l-għarus u l-għarusa tiegħu, imħabba bejn żewġ żgħażagħ fl-aħjar tagħhom, liema imħabba trid tirrifletti l-imħabba ta’ bejn Alla u l-bniedem u wkoll fil-Ġdid Testment l-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja tiegħu; “ … ibusni bil-bewsiet ta’ fommu. Imħabbtek hija oħla mill-inbid; fwiħatek fihom għaxqa għar-riħa tagħhom, ismek żejt li jitferragħ, għalhekk iħobbuk lilek ix-xebbiet. (Għan 1:2-3). Il-ktieb inkiteb madwar it-tielet seklu Q.K., għaliex fih kliem ta’ nisel grieg u dan minħabba l-influwenza ellenistika. L-awtur ipoġġi l-kitba tal-ktieb taħt l-għerf ta’ Salamun biex il-ktieb jikseb mill-ewwel dik l-awtorità mixtieqa millawtur sagru. Infatti huwa msejjaħ ukoll bħala l-Għanja ta’ Salamun. Rabbi Aqiba tal-ewwel seklu W.K. iqis il-ktieb bħala l-eqdes fost il-kotba qaddisa. Ir-rabbini kienu jipprojbixxu l-qari tal-ktieb għal dawk li kienu għadhom ma għalqux it-tletin sena minħabba s-sentimenti ta’ mħabba li fih il-ktieb. L-għarus huwa Salamun u l-għarusa Sulammita. Tue, 01 Jan 2013 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/55611 2013-01-01T00:00:00Z Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa : il-Frangiskani jakkwistaw ic-Cenaklu /library/oar/handle/123456789/55610 Title: Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa : il-Frangiskani jakkwistaw ic-Cenaklu Abstract: Iċ-Ċenaklu jimmarka l-qofol oriġinali tal-preżenza stabbli tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Għall-Kristjanità hu Post mill-aktar Qaddis, li fih l-Insara jfakkru t-twaqqif tal-Ewkaristija waqt l-Aħħar Ċena, il-Ħasil tar-Riġlejn tal-Appostli, id-Dehra ta’ Kristu Irxuxtat lill-Appostli nhar Ħadd il-Għid filgħaxija, u l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq Marija u l-Apposti nhar Għid il-Ħamsin. Birraġun kollu ċ-Ċenaklu ġie msejjaħ “Omm il-Knejjes kollha” mill-Konċilju Kostantinopolitan I (381) u minn San Ġwann Damaxxenu (Omelija 2 fil-festa tad-Dormizzjoni tal- Verġni Marija). Tue, 01 Jan 2013 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/55610 2013-01-01T00:00:00Z Kristu medjatur ta' patt gdid /library/oar/handle/123456789/55597 Title: Kristu medjatur ta' patt gdid Abstract: Fit-tieġ ta’ Kana Kristu biddel l-ilma f ’inbid; dan is-sinjal ħabbar l-Aħħar Ikla fejn matulha Ġesu biddel l-inbid fid-demm tiegħu. Hekk jikkummenta San Ġwann Kriżostmu. Waqt l-aħħar ċena Ġesù waqqaf il-patt il-ġdid b’demmu meta qal espressament: “Dan il-kalċi huwa l-patt il-ġdid b’demmi” (Lq 22,20; 1 Kor 11,25). Hawn Ġesù wera bil-fatti li huwa tassew l-medjatur tal-patt il-ġdid, mela huwa tassew il-qassis il-kbir, totalment differenti mill-qassisin kollha tat-Testment il-Qadim. Tue, 01 Jan 2013 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/55597 2013-01-01T00:00:00Z L-Imperatur Kostantinu u l-Art Imqaddsa /library/oar/handle/123456789/55501 Title: L-Imperatur Kostantinu u l-Art Imqaddsa Abstract: Fix-xitwa tas-sena 313, wara li ħalla Ruma, Kostantinu mar lejn Milan biex jiltaqa’ mal-Awgustu l-ieħor, Licinio. F’dik l-okkażjoni, barra miż-żwieġ bejn Licinio u Kostanza, oħt Kostantinu, iż-żewġ Awgusti kellhom mod kif jivvalutaw dak kollu li kien jaqbel għallfutur ta’ strateġija politika u għall-istess sigurtà tal-imperu. Fil-kuntest ta’ dawn it-taħdidiet l-Awgusti qablu dwar pożizzjoni komuni li kellhom jieħdu fil-konfront tal-Kristjaneżmu. Skont opinjoni komuni kien waqt din il-laqgħa li ħareġ il-famuż Editt ta’ Milan, dokument li kellu jirregolarizza l-qagħda tal-Kristjaneżmu flimperu. Din is-sena qegħdin infakkru l-1700 anniversarju ta’ dan l-Editt li biddel l-istorja. Fil-fatt ma waslilna l-ebda dokument tal-editt li ħareġ ġewwa Milan, imma hemm biss żewġ kopji li kienu ppubblikati fl-Orjent minn Licinio, wieħed f’Nikomedja u l-ieħor f ’Cesarija tal-Palestina, u li jagħtuna ħjiel dwar dak li ftiehmu fuqu ż-żewġ imperaturi fil-laqgħa ta’ Milan. Tue, 01 Jan 2013 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/55501 2013-01-01T00:00:00Z