OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/136453 Tue, 11 Nov 2025 20:09:54 GMT 2025-11-11T20:09:54Z Qabelxejn : Ħarġa 1 /library/oar/handle/123456789/136539 Title: Qabelxejn : Ħarġa 1 Authors: Azzopardi, Kirsty; Grima, Adrian; Spagnol, Michael; Somerville, Justine Abstract: Daħla editorjali : komunità tal-kelma - Adrian Grima; L-idea tal-kanonu letterarju : idea tajba? - David Aloisio; “Għidli ma’ min tagħmilha...” : daqqa t’għajn lejn il-kollokazzjoni - Joseph Buttigieg; Atti ta’ memorja f’ "Kulħadd ħalla isem warajh" - Justine Somerville; Il-verbi fażiċi fis-sekwenza verbali tal-Malti - Kirsty Azzopardi; Il-funzjonijiet u l-motivazzjonijiet tal-ironija fil-versi popolari Maltin - Yanika Schembri Fava Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/136539 2025-01-01T00:00:00Z “Għidli ma’ min tagħmilha...” : daqqa t’għajn lejn il-kollokazzjoni /library/oar/handle/123456789/136528 Title: “Għidli ma’ min tagħmilha...” : daqqa t’għajn lejn il-kollokazzjoni Authors: Buttigieg, Joseph Abstract: Dan l-istudju jagħti ħarsa lejn il-kollokazzjoni, il-fenomenu ta’ kif il-kliem ifittex kliem ieħor b’ċerta regolarità, jekk mhux ukoll b’mod esklussiv. Wara li jintwera kif il-livell lessikali tal-lingwa beda jingħata l-importanza li tistħoqqlu minn Firth u oħrajn li mxew fuq il-passi tiegħu, jitfissru l-karatteristiċi ewlenin tal-kollokazzjoni. Tingħata attenzjoni partikolari liż-żewġ approċċi ewlenin f’dan il-qasam, dak frażjoloġiku u dak lessikali, li jibbaża aktar fuq il-frekwenza. B’referenza għal dan tal-aħħar, jiġi spjegat kif l-għanqud lessikali jista’ jintuża biex jiġi strutturat il-lessiku ta’ oqsma tad-diskors partikolari u kif jista’ jservi ta’ muftieħ biex jissolvew każijiet ta’ polisemija u omonimija. Dan kollu jiġi inkwadrat fil-qafas tal-lingwistika tal-korpora li tixħet dawl uniku fuq il-lingwa bid-data li tipprovdi u bil-metodoloġija li tħaddem.; This study provides an overview of collocation, the phenomenon of how words co-occur with other words with a certain regularity, if not exclusively. It outlines how the lexical level of language was recognised and given its due importance by Firth and his followers, and highlights the main characteristics of collocation. Special attention is given to the two main approaches in this field, namely the phraseological and the lexical, which is more frequency-based. With reference to the latter, it is shown how lexical clusters can be used to structure the lexicon in particular fields of discourse, and how it can be key in solving cases of polysemy and homonymy. All this is framed within the context of corpus linguistics, which sheds unique light on language through the data it provides and the methodology it employs. Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/136528 2025-01-01T00:00:00Z Komunità tal-kelma [Daħla editorjali] /library/oar/handle/123456789/136525 Title: Komunità tal-kelma [Daħla editorjali] Authors: Grima, Adrian Abstract: F’Novembru tal-2024, waqt li konna qed naħdmu fuq din l-ewwel ħarġa ta’ Qabelxejn, għalqu tliet snin l-Appuntamenti mar-Riċerka, is-seminars regolari tal-istudenti postgradwatorji tad-Dipartiment tal-Malti. Tliet snin ta’ diskussjonijiet, taħditiet, konferenzi, irtiri tal-kitba, u deliberazzjonijiet. Meta tħares lejn spazju miftuħ imma magħżul bħal dan, hemm affarijiet li mhux faċli tarahom mill-ewwel. Għax is-sens ta’ komunità, ta’ inkoraġġiment reċiproku, ta’ tħabrik biex ir-riċerkaturi joħorġu bl-aqwa xogħol possibbli ma tistax tikkwantifikah, ma tistax tniżżlu f’tabella u tagħtih kulur biex jispikka jew tiċċelebrah b’ċertifikat. Il-ħolqien ta’ komunità ta’ riċerka joffri lir-riċerkaturi fil-livell tal-Masters u d-Dottorat spazju miftuħ u fl-istess ħin esklussiv, li fih jistgħu jitkellmu fuq kwistjonijiet marbutin mar-riċerka tagħhom u jisimgħu fuq ir-riċerka ta’ xulxin. Spazju li d-Dipartiment tal-Malti qatt ma kellu. Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/136525 2025-01-01T00:00:00Z L-idea tal-kanonu letterarju : idea tajba? /library/oar/handle/123456789/136510 Title: L-idea tal-kanonu letterarju : idea tajba? Authors: Aloisio, David Abstract: Il-kritika letterarja lokali, fejn teżisti, hija fil-maġġorparti tagħha kritika melliesa żżejjed; fejn ma teżistix, il-kittieba nfushom iħossuhom mitlufin għax ma jsibu ebda forma ta’ kejl jew standard biex jimxu miegħu. Fost ir-riperkussjonijiet ta’ din l-atmosfera lokali “fejn kollox jgħaddi” hemm il-kwalità letterarja dibattibbli ta’ xi kotba bil-Malti u ż-żieda fil-produzzjoni tagħhom. Għaldaqstant, tinħass il-ħtieġa ta’ xi mekkaniżmu li mhux biss jiggwida lill-qarrejja liema kotba jaqraw, imma li, qabelxejn, jinforma aħjar lill-pubblikaturi nfushom dwar liema xorta ta’ manuskritti għandhom jinvestu fihom fost il-ħemel li jirċievu. Għaldaqstant, fost il-funzjonijiet fundamentali tal-kanonu letterarju, tibqa’ tispikka l-funzjoni ta’ gwida li toffri xi forma ta’ kriterji jew standards tal-kwalità li, għalkemm qatt ma jistgħu jkunu assoluti u permanenti, xorta jistgħu jaqdu din il-funzjoni utilitarja. Fost il-kriterji l-aktar kurrenti hemm dawk imħaddna minn ħassieba li jeżaltaw l-element ta’ ibridità inkorporat fit-test letterarju jew inkella dawk imħaddna minn ħassieba oħrajn li jfittxu fix-xogħlijiet dawk il-kwalitajiet li jrendu l-idea tal-omniversalità jew tal-universalità letterarja. Madankollu, id-djalettika tal-kanonu letterarju xorta tibqa’ għajn ta’ kontestazzjoni u ta’ dubji minħabba li, bħal f’kull attività intellettwali oħra, mekkaniżmu bħal dan qatt ma jista’ jkun ħieles mis-suġġettività umana. Dan jimplika wkoll li l-fiduċja tal-qarrejja fil-ġudizzji kritiċi tal-kanonizzaturi, sew jekk huma akkademiċi, pubblikaturi, antoloġisti, aġġudikanti tal-premjijiet jew membri fil-bordijiet tas-sillabi, tibqa’ problematika.; When local literary criticism takes place, for the most part it is overly mellow; when it is not, writers themselves might feel lost because there seems to be no standard to follow or measure against. Amongst the repercussions of this local atmosphere “where everything is acceptable” is the literary quality of books in Maltese and, consequently, the surge in their production. Therefore, the need arises for some sort of mechanism that guides readers on which books to read and, moreover, one that informs publishers about the kind of manuscripts they should be investing in, from the piles they receive. In this context, amongst the fundamental functions of the literary canon, its guiding role remains pivotal, as it offers a form of quality criteria or standards, which albeit never absolute and permanent, can still serve this utilitarian function. Among the most current criteria, there are those embraced by thinkers who exalt the element of hybridity incorporated in the literary text; there are also other standards recognised by theorists who seek qualities rendering the idea of omniversality or literary universality. Nevertheless, the dialectic of the literary canon remains a source of contestation and doubts, since like with any other intellectual activity, such a mechanism can never be totally autonomous from human subjectivity. This also implies that the readers’ blind trust in the critical judgments of the canonisers, whether they are academics, publishers, anthologists, award adjudicators or members of syllabi boards, remains problematic. Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/136510 2025-01-01T00:00:00Z